Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30709 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq ir-Rattam

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq ir-Rattam il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat? Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt din l-istess Seduta tapplika g[al din il-mistoqsija wkoll.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie appuntat l-Assistant Personali tac-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta? L-ETC tat l-approvazzjoni? L-impjieg ta' din il-persuna mal-huma fiss jew qiegħed fuq kuntratt temporanju? Jekk jinbidel il-Bord tad-Diretturi din il-persuna, xorta, tibqa fl-impieg fl-Enemalta? Din il-persuna kienet qed tirreġistra xi parti tal-ETC qabel ġiet mpjegat? Kemm kien ilu jirreġistra? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess li ħarġet l-ETC skond l-Employment & Services Act? Xi skala ngħatat lil din il-persuna mill-Enemalta u fuq liema bażi? X'esperjenza u kwalifiki għandha ? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-CV tagħha? X'inhu xogħol bħal assistant personali? Jikkonferma li qed jingħata xogħol ta' purchasing? Kemm hu ppjanat li ddum jagħmel dan ix-xogħol? Bħalissa qed jagħmel xogħol ieħor bħala assistent personali jew xogħol ta' purchasing biss? Jikkonferma li hemm xi ħsieb li jiġi appuntat b'mod dirett mill-Bord tad-Diretturi bħala Procurement Manager? Jikkonferma vera li dan il-post ta' Procurement Manager inħoloq ġdid apposta? X'inhi l-proċedura fil-Korporazzjoni Enemalta biex jimtlew vakanzi interni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-konsulent tac-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta ġie mpjegat wara li l-Korporazzjoni għamlet talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabiex tkun tista' timpjega persuna bħala Konsulent Personali taċ-Chairman. It-talba kienet approvata fil-31 ta' Jannar tal-2001. Fil-fatt, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ issottomettiet lista bi tlitt kandidati kwalifikati li kienu qed jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru. Il-kandidat magħżul, minbarra li huwa gradwat, għandu esperjenza estensiva fil-qasam ta' produzzjoni u xiri. Din it-taħlita ta' kapaċitajiet f'diversi oqsma hija l-aktar meħtieġa fil-Korporazzjoni, u għaldaqstant il-persuna ingħatat grad li huwa relatat ma' din il-pożizzjoni fuq bażi ta' kwalifiki u esperjenza. Il-persuna li ntagħżlet għal dan il-post għandha Baċellerat tax-Xjenza fil-Fiżika u l-Matematika, minbarra esperjenza vasta ta' l-fuq minn tletin sena fil-qasam ta' ippjanar, produzzjoni u xiri ta' tagħmir industrijali. Fl-aħħarnett ta' min jinnota li dan huwa post maniġerjali u l-Enemalta għandha d-dmir li timpjega direttament persuni f'dan il-grad u għaldaqstant mhijiex marbuta li timla' postijiet f'dan il-livell billi tagħmel sejħa interna.
Leg 9 PQ #30698 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Cargo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġ tal-cargo li ġarret l-Airmalta bejn Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba li l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali, ma nħossx li jkun prudenti fiċ-ċirkostanzi attwali li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31227 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qalgħet il-Maltacom quddiem 228, Naxxar Road, B'Kara fuq il-bankina, jingħalaq għax qiegħed ikun ta' perikolu għall-pedestrians?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Maltacom qed tieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa kull inkonvenjent.
Leg 9 PQ #31246 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozoz maqtugħa li hemm f'Wied il-Baqqiegħa jiġu mibdula kif ukoll jivverifika r-raġuni għala l-arbli ta' l-istess bozoz qegħdin jixxukkjaw peress li dawn huma ta' periklu kbir għan-nies ta' dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #31249 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jissewew il-bozoz li ilhom maqtugħa għal ħafna xhur li hemm fuq il-post li jagħti għal Triq Alessandra Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant. Din, min-naħa tagħha, ser tagħmel l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #31250 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fuq il-bozza maqtugħa li hemm fit-tarf ta' Tria il-Polverista Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #31274 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

B'referenza għal PQ 31173, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru mit-Tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzji dwar il-każ ta' promozzjonijiet li ngħataw fil-Maltacom qabel l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sentenzi li qed jirreferi għalihom huma pubbliċi u jista' jarahom fuq il-Web Site tal-Ministeru tal-Ġustizzja. L-indirizz huwa http://www.justice.govt.mt
Leg 9 PQ #30697 Sitting 689 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta għall-perjodu ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu matul l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-aħħar tlitt xhur tas-sena li għaddiet, in-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta kien dan Ottubru 148,723 Novembru 92,326 Diċembru 75,389 L-informazzjoni mitluba dwar l-istess perjodu ta' kull sena matul l-aħħar ħames snin hija kif ġej: 1997 286,533 1998 325,771 1999 373,718 2000 330,396 2001 319,598
Leg 9 PQ #30686 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sussidju — Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus f'sussidju fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma li se jitneħħa u jispiċċa matul din is-sena? Kemm huwa n-numru ta' familji li se jiġu affettwati b'din il-miżura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li mhux il-każ li ser jitneħħa xi sussidju fuq il-konsum ta' l-ilma. Dan ser jibqa' kif jidher fuq il-kontijiet li toħroġ il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dak li ser jiġri hu li għall-konsum domestiku ta' l-elettriku u l-ilma, minn din is-sena skadew ir-rebates li kienu tħabbru fl-aħħar ta' l-1998 flimkien mat-tariffa eżistenti. Ir-rebates li kienu japplikaw għall-konsum ta' l-elettriku u l-ilma matul is-sena 2001 u li issa mhux se jibqgħu, huma kif ġej: Elettriku - tnejn u sittin ċenteżmu kull persuna kull erba' xhur Ilma - sittin ċenteżmu kull persuna aktar minn erbgħa fl-istess residenza kull erba' xhur. Rigward l-elettriku, dan ir-roħs kien fuq il-kontijiet kollha tal-konsum domestiku, filwaqt li għar-rigward ta' l-ilma, in-numru ta' residenzi b'aktar minn erba' persuni li ser jiġu affettwati hu ta' 18,664.
Leg 9 PQ #30687 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imtarfa By-Pass

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress tal-talba tiegħi cioe sabiex tiddawal aktar u aħjar il-By Pass ta' l-Imtarfa? Meta fil-fatt se jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt meta rrispondejt il-mistoqsija numru 30796 waqt is-Seduta numru 676 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Leg 9 PQ #30689 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Permsessi Ġodda — Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni ġodda li ngħataw għall-ħofor ta' l-ilma matul is-sena li għaddiet? F'liema lokalitajiet ta' Malta ingħataw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma ħarġet ebda permessi biex jitħaffru boreholes.
Leg 9 PQ #30690 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunellaġġ li ġarret is-Sea Malta matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu fil-ħames snin li għaddew sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar tlitt xhur kull sena, għal dawn l-aħħar ħames snin, il-kumpanija Sea Malta ġarret it-tunnellaġġ kif indikat SENA TUNNELLATI KUBI 1997 94,040 1998 104,317 1999 114,702 2000 114,278 2001 100,398
Leg 9 PQ #31192 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Program Xarabank

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' l-isponsorship tal-program Xarabank mill-Air Malta u minn ażjendi parastatali oħrajn? Dan it-tagħrif qed jintalab f'ġieh it-trasparenza ta' l-operat ta' dawn il-kumpaniji iffinanzjati minn fondi publiċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsija numru 31004 waqt is-Seduta numru 682 u għall-mistoqsija numru 31149 waqt is-Seduta numru 686.
Leg 9 PQ #30682 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq Ninfa Calypso

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat u rimedjat il-qtugħ ta' spiss fil-provista tad-dawl il-partijiet ta' Triq Ninfa Calypso, il-Mellieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta, li skond ir-rekords, kien hemm qtugħ fi tlitt okkażjonijiet minħabba overloading tas-sistema ta' vultaġġ baxx. Biex dan ma jerġax jiġri, diġa sar xogħol ta' balancing. Huwa ppjanat li jsir xogħol ieħor ta' rinfurzar biex jiġi assigurat servizz aħjar.
Leg 9 PQ #31062 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Scala — Triq l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista jsir ħalli jiġu solvuti l-problemi fil-provista ta' l-elettriku fi Triq l-Aħmar ġewwa M'Scala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li diġa saru xogħolijiet ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx biex titaffa din il-problema. Huwa ppjanat li f'dawk l-inħawi tinbena substation bħala soluzzjoni permanenti.
Leg 9 PQ #31161 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Liċenzji

Question

B'referenza għall-dak li ntqal mis-segretarju parlamentari responsabbli mill-kummerċ li f'dawn l-aħħar tliet snin inkiseb rekord ta' liċenzji, kemm kien hemm liċenzji dwar negozji li għalqu li gew irtirati? Kemm minn dawn il-liċenzji ġodda kienu jikkonċernaw negozji għal kollox ġodda jew inkella negozji diġa eżistenti li għalqu u reġgħu fetħu

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-ħruġ jew irtirar ta' liċenzji tan-negozju għadu, f'dan l-istadju, fil-kompitu tal-pulizija u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija tintalab lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #31139 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiżdiedu l-bozoz ġodda fi Triq A. M. Valperga Fgura, kantuniera ma Triq is-Sur u Triq George Stevens perss li t-talba ilha ssir għal ħafna snin u r-riżultat kien dejjem fin-negattiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma jirriżultax li t-talba li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ilha ssir għal ħafna snin. Madanakollu, din it-talba ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Rigward data, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31137 waqt is-Seduta numru 685.
Leg 9 PQ #31140 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiżdiedu d-dawl - bozoz ġodda - fi Triq is-Sur Fgura n-naħa t'isfel jiġifieri cioe minn kantuniera ta' Hompesch Road sa Triq Valperga, peress li t-talba ilha ssir għal dawn l-aħħar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija preċedenti.
Leg 9 PQ #31146 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir street lighting ġdid kantuniera ta' Triq San Gwann ma' Triq l-Iskola l-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31137 waqt is-Seduta numru 685.