Jista’ l-Ministru jgħid kemm, kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, li matul din is sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li matul din is-sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – persuni li ngħataw kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li matul din is-sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li ngħataw kumpens
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul din is-sena ngħataw kumpens minħabba li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għall-miżura li ddaħħlet fil-baġit għas-sena 2016, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis minn 25% għall-15% fuq l-extra duty għandhiex capping? Jista' jgħid jekk hux il-ħidma kollha li ssir on extra duty mill-pulizija hux se tkun intaxxata bir-rata ta' 15% fuq id-dħul kollhu li jkun hemm permezz tal-extra duty?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta tal-Gvern hija li l-extra duty ikun intaxxat separatament u b’rata ta’ taxxa ta’ 15%.
Għassa ta’ Swieqi u Għassa ta’ San Ġwann – pulizija mislufa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk numru ta' pulizija hux qegħdin ikunu mislufa bejn l-għassa tas-Swieqi u l-għassa ta' San Ġwann bil-konsegwenza li f'ċerti ċirkustanzi waqt li għassa minnhom tkun miftuħa, l-oħra tispiċċa magħluqa sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-għassa tas-Swieqi tinfetah dejjem ħlief għal f’każijiet fejn ikun hemm impenji kbar tal-Pulizija fejn is-servizzi ta’ dawk f’din l-għassa jkun meħtieġ bnadi oħra. Madankollu, okkażżjonijiet bħal dawn huma xi ftit jew wisq rari. Infurmat li l-ebda għassa ma tingħalaq biex tinfetah oħra u bħala regola, it-tlett għases tad-Diviżjon tas-6A dejjem ikunu miftuħa. Meta jkun hemm bżonn ta’ ċaqlieq ta’ Pulizija minn għassa għal oħra fl-istess Diviżjon, dan isir minħabba raġunijiet ta’ mard jew assenza gustifikata oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3224 li r-risposta għaliha ġiet mogħtija f'Lulju tal-2013, il-Ministru responsabbli kien qal li s-sorveljanza tal-Pulizija fil-lokalità tas-Swieqi se tkompli tissaħħaħ ankè permezz ta’ CCTV, jista' l-Ministru preżenti jgħidilna sad-data li qed inressaq din il-mistoqsija parlamentari, fiex wasal dan il-pjan u jekk hux qed jiġi implimentat? Jekk dan il-pjan qed jiġi implimentat, kemm twaħħlu CCTVs s’issa u f’liema toroq twaħħlu il-cameras? Jekk dan il-pjan għadu ma bediex jiġi implimentat jista' l-Ministru jagħti skeda tar-rollout plan ta' din l-inizjattiva hekk importanti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent għaddejja ħidma ta’ preparazzjoni ħalli din il-proposta tibda tiġi mwettqa.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kinux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet mpjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lista ta’ bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-ħlasijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipeċifika għal liema sena qed jirreferi għaliex ir-remunerazzjoni tal-bordijiet, fejn applikabbli, jvarja minn board għall-ieħor, fosthom skont nin-numru ta’ laqgħat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entità li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 19674 u 17683, jista' l-Ministru jgħid meta ser ipoġġi r-rapport tar-regolatur fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li qiegħed jagħmel referenza għalih tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2015 f’seduta numru 314.
Korp tal-Pulizija — membri li jaħdmu fil-garaxx tal-pulizija
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17678, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li jaħdmu fil-garaxx tal-Pulizija skont ir-rank tagħhom? Jista' jgħid kemm inħadmu sigħat ta' overtime bejn Jannar 2014 u Awwissu 2015 fil-garaxx tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17677, jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw fi flus l-ispare parts li nxtraw b'kollox mill-garaxx tal-pulizija bejn Marzu 2013 sa Ġunju 2015? Jista' jgħid jekk dawn inxtrawx wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid min kienu l-aġenti, kumpaniji, individwi li nxtraw minn għandhom dawn l-ispare parts?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-proċedura li bħalissa tintuża biex jinxtraw il-parts mingħand aġenti lokali hi li l-uffiċjal inkarigat mit-taqsima kull tlett xhur jew sitt xhur skond il-bżonn, joħroġ talba għal parts li l-aktar jkunu meħtieġa għal vetturi użati mill-Pulizija. Meta il-quotations jintbagħtu tintgħażel l-aktar offerta vantaġjuza minn dawn l-aġenti f’dak li hu prezz u kwalita, biex jinxtraw il-parts. Il-parts jinxtraw skond il-ħtiġijiet u l-korp m'għandu l'ebda kuntratt ma xi aġent/importatur ta’ parts partikolari.
L-ammonti fi flus ta' spare parts li nxtraw mill-garaxx tal-Pulizija kienu :
Marzu - Dicembru 2013: 307,107 Ewro mingħand 168 supplier differenti
Jannar - Dicembru 2014: 330,122 Ewro mingħand 179 supplier differenti
Jannar - Gunju 2015: 110,427 Ewro mingħand 104 supplier differenti
Dettalji ta' dawn is-suppliers , kumpaniji u individwi jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara apparat u makkinarju għall-iskwadra/branka tal-RIU bejn Marzu 2013 u Settembru 2015? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dan l-apparat u makkinarju li nxtara? Jista' jgħid mingħand liema kumpanija, aġent jew dealer inxtara dan il-makkinarju jew apparat? Jista' jgħid jekk dawn inxtrawx permezz ta' direct order jew jekk inxtrawx permezz ta' tender?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ninsab infurmat li peress li l-apparat u makkinarju li jinxtara minn żmien għal żmien minn taqsima speċjalizzata bħalma hi ir-‘Rapid Intervention Unit’ hu ta’ natura sensittiva għax jimpinġi fuq is-sigurta’ pubblika, l-Onor Interpellant japprezza li ċerti dettaljati tal-apparat/makkinarju nnifsu ma jistax ikunu żvelati. Wieħed iżda jista’ jikkwantikfika li l-apparat li nxtara fil-perjodu mitlub jammonta għas-somma ta’ €131,996.56. Tmintax-il arma tan-nar inxtraw b’direct order filwaqt li l-kumplament tal-apparat/makkinarju inxtara permezz ta’ direct order wara li nġabru l-kwotazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20222 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19401, fejn il-Ministru wieġeb li sal-lum intefqu 511,670 Ewro fuq il-patrol boat Le Aoife mogħtija mill-Gvern Irlandiż lill-Gvern Malti, jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux tender fuq dan l-ammont jew jekk dawn ingħatawx b’direct order? Jista’ jgħid fuq xiex intefqu dawn il-flus u x’kien l-apparat jew manutenzjoni li saret? Jista’ jgħid min kienu l-kumpaniji, ditti jew dealers li mingħandhom inxtara dan l-apparat jew servizz biex intefqu 511,670 Ewro?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li t-total ta’ € 511, 670 intefqu għand il-kumpaniji Cork Dockyard Ltd u James Scott & Company rispettivament. Iż-żewġ kumpaniji ġew magħżula b’direct order minħabba diversi raġunijiet:
Cork Dockyard Ltd:
1. Huma l-uniku faċilita’ fl-Irlanda attrezzata biex tagħmel ‘dockings’ ta’ bastimenti tad-daqs partikulari.
2. Huma l-faċilita’ li oriġinarjament bnew il-bastiment u b’hekk għandhom konoxxenza teknika assoluta.
3. Il-prezzijiet kwotati ġew imqabbla ma’ prezzijiet lokali għal xogholijiet simili u ġew aġġudikati bħala raġunevoli.
4. Numru kbir ta’ xogħolijiet kellhom bilfors isiru qabel il-partenza tal-vapur mill-Irlanda u b’hekk ma setgħux isiru f’faċilitajiet lokali.
1. €310,571.63 intefqu biex sar id-‘docking’ tal-bastiment li kien jinkludi xogħolijiet ta’ żebgħa, manutenzzjoni ta’ valvi, manutenzzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni katodika, manutenzzjoni ta’ sistemi tat-tmun u ‘stabilizers’, manutenzzjoni fuq ‘shaftline’ u l-iskrun, tindif u manutenzzjoni ta’ tankijiet tal-ilma u fuwil, inspezzjoni u tiswija fejn meħtieġ tas-struttura kompleta tal-bastiment, manutenzzjoni taġ-ġeneraturi, xogħolijiet ġenerali ta’ manutenzzjoni
2. €94,453,67 biex inxtraw komponenti tekniċi għax-xogħolijiet elenkati f’numru
James Scott & Company
1. Is-servizzi kellhom jiġu mgħotija l-Irlanda u b’hekk kellu jintagħ¿el bilfors aġent lokali.
2. Ġew avviċinati żewġ aġenti li intgħa¿lu fuq rakkomandazzjoni tas-Servizz Navali Irlandiż u ġew mitluba jagħtu stima għal varieta’ rappresentativa ta’ servizzi kif ukoll il-miżati tagħhom. Wara dan il-proċess, ġie magħżul James Scott & Company bħala l-aħjar valur.
Żewg invoices ta’ € 51,084.02 u € 55,562.41 li jkopru miżati tal-aġent, assistenza mandatorja ta’ Tug Boats, manutenzzjoni ta’ ekwipaġġament ta’ sikurezza, manutenzzjoni ta’ komponenti tal-magni u l-iskrun, servizzi għall-bastiment.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19948, jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT fuq il-vetturi ta' kull sezzjoni tal-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013, mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014 u mill-1 ta' Jannar 2015 sat-30 ta' Settembru 2015? Jista' jgħid għand min saru dawn it-testijiet tal-VRT? Jista’ jgħid kemm ħallas il-Korp tal-Pulizija għal dawn it-testijiet? Jista' jgħid ħarġitx sejħa għal dawn it-testijiet jew jekk ingħatawx b'direct order? Jista' jgħid kemm, kien hemm vetturi li weħħlu mit-test tal-VRT u kemm għaddew f'kull perjodu hawn fuq indikat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jidher it-testijiet saru għand Aġenti diversi u il-ħlasijiet jidhru kif indikat fl-istess tabella u skont ir-rata fissa tal-Gvern. Inżid li ma saritx talba għal direct orders f’dan ir-rigward għaliex ma hemmx ġustifikazzjoni barra mill-fatt li l-ammonti huma inqas minn dak provduti mill-proċeduri tal-Finanzi.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19682, li tgħid li nxtraw 8 ex-MOD Truck mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-ammont ta' EUR 113,270.76, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn inxtrawx b'direct order jew inkella permezz ta' tender?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta xtraw darbtejn trakkijiet second hand min għand il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, waħda 2008 u l-oħra 2015 u d-darbtejn inxtraw b’direct order (dejjem skond il-parametri tal-linji gwida maħruġa mil-Ministeru tal-Finanzi).