Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21629 u 21878 u jgħid b'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, liema mhedded tal-mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas-CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ma tagħmilx spezzjonijiet b’CCTV fuq mains tad-drenaġġ li jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-Waste Water Unit fi ħdan Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. L-Awotrita' dwar it-Trasport tagħmel il-konsultazzjoni neċessarja ma’ din il-Korporazzjoni dwar xogħlijiet ta’ drenaġġ li jkunu meħtieġa max-xogħlijiet tat-toroq.

San Ġwann ta' l-Għargħar

Question

Il-Problema tikkonċerna l-parti ta' fuq ta' San Ġwan ta' l-Għargħar, San Ġwann li tmiss ma' Naxxar Road u mhux kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22011.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li fi Triq San Ġwann ta’ l-Għargħar minn kantuniera ma’ Triq Naxxar sa kantuniera ma’ Triq Bellavista hemm road hump li, minn kejl li ttiehed fuq il-post, irriżulta li mhux mibnija skond l-ispecifications ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Minn riċerka li saret fir- records tat-Taqsima għall-Immanniġjar tat-Traffiku irriżulta li tali road hump ġiet approvata fis-7 ta’ Diċembru 1998, fuq talba tal-Kunsill Lokali u li ma’ l-approvazzjoni ntbaghtu wkoll l- ispecifications għal tali road hump . It-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku informa lil Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li tali road hump mhux mibnija skond l- ispecifications ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta kif maħruġa mall-permess oriġinali sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja biex tittranġa tali raod hump.

Belt Valletta — Parkeġġ

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tat-toroq li minnhom se jitneħħew l-ispazji ta' parkeġġ li huma definiti bħala llegali fil-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorita’ dwar it-Trasport qiegħda taħdem fuq lista ta’ parkeġġi llegali li ser jitneħħew mit-toroq tal-Belt. Din il-lista ta’ parkeġġi llegali tinkludi dawk il-parkeġġi li bħalissa jsiru fuq il-bankini u li għalhekk jostakolaw żoni pedonali; parkeġġi li jseħħu f’kantunieri u li jostakolaw il-visibilita’ ta’ min ikun qed isuq, kif ukoll jostakolaw l-abbilta’ ta’ immanuvrar tas-sewwieqa; parkeġġi f’toroq dojoq li mhux permessi li jsiru minħabba l-wisa’ tat-triq. Dawn il-parkeġġi llegali huma kollha ta’ dannu mill-għat ta’ sigurta’ u għalhekk ser jibdew jitneħħew l-ewwel mit-toroq tal-Belt Valletta.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335, 21683 u 21982 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

San Ġiljan — Traffiku

Question

Jista' jiġi mmaniġġat aħjar it-traffiku li jgħaddi minn taħt l-iskola primarja ta' San Ġiljan peress li l-ġenituri esprimew it-tħassib tagħhom li m'hemm xejn x'jgħin lit-tfal u lill-ġenituri biex jaqsmu t-triq ħalli jmorru l-iskola u xejn x'jikkalma t-traffiku u spiss karozzi jgħaddu b'ħeffa kbira waqt li t-tfal ikunu qed jaqsmu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jagħti l-isem tat-triq li għaliha qed jirreferi fil-mistoqsija tiegħu sabiex l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta tkun tista’ tevalwa din il-problema.

Ħal Qormi — Twessiegħ ta' Triq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-kantuniera fi Triq San Ġwakkin, kantuniera ma' Triq Valletta, f'Ħal Qormi, se tiġi mwessa skond il-linja tat-triq li diġa' teżisti, u dan biex jiġi megħlub il-periklu ta' blind corner, eċċ.?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar Bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621 u 21852 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Siġġiewi — Triq f'Ta' Brandin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jiftaħ it-triq f'Ta' Brandin, is-Siġġiewi biex din il-parti tkun tista' tingħaqad maċ-ċentru tal-lokal? Jekk iva, xi pjani hemm u għal meta? Jekk le, għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Cottonera Waterfront

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21533 u 21763 u jgħid liema partijiet tal-proġett tal-Cottonera Waterfront tlestew sal-lum kif previsti fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-kuntratt tal-Kottonera jistipula li ix-xogholijiet jsiru wara li jinhareg l-Outline Development Permit tal-Malta Environment and Planning Authority. Sa issa nhargu permessi fuq dan li gej; Twaqqa’ il-bini maghruf bhala il-‘White Building’. SPA Fitness Mariners Residences Club – Inhareg il-permess sabiex jsir restawr tas-sit u uzi godda u estensjonijiet. Zvilupp ta’ Sea Wall fuq in-naha tal-Kalkara ma genb ir-residenzi. Sar xoghol ta’ mautenzjoni u restawr fuq l-arja ta’ Santa’ Anglu u preparazzjoni ghall-iszilupp tas-Sea Gate Vaults u De Gurial Battery. Ser inhareg permess fil-gimght li gejjien ghas-Sea Gate Vaults sabiex jigu irrestawrati u jigu zvilupati f’stabilimenti ta’ entertainment u catering. Inbnew ir-residenzi ta’ Sant’ Anglu li jinkludu postijiet kummercjali u restawr tal-Caraffa Stores li qed jintuzaw bhala venue ghal attivitajiet kulturali. Dan jinkludi Belveder fuq il-livell tal-Birgu jhares lejn il-Kalkara. Sar ix-xoghol fuq zewg substations u il-utilities fl-arja kollha. (PA 5804/02) Tlesta x-xoghol fuq r-restawr u il-konverzjoni ta’ Scamp’s Palace f’ Casino u catering. Tlesta x-xoghol fuq it-Tezorerija li tinkludi stabilimenti u ristoranti u kif ukoll servizzi ancillari. Twaqqa il-bini maghruf bhala ic-China Buildings u gie estiz il-moll ta’ Sant Anglu. Qed ssir xoghol fuq il-‘Fuel Line’ tul il-moll tal-Marina minn Xatt ir-Risq sal-moll ta’ Sant Anglu. Sar ix-xoghol foq il-moll tal-Birgu mill-arkata tal-Ammiraljat sa gol-Menqa li jinkludi; pedestrianisation, pavimentar, soft u hard landscapinging, upgrading maniggjar tas-servizzi kollha, dwal u bankijiet jif ukoll stallazzjonijiet ta’ l-arti. Tlesta x-xoghol fuq il-Marina b’ 35 irmigg (20-25 metru), 14 irmigg (20-35 metru), 20 irmigg (50-85 metru) 6 rmiggi (80-100 metru). Saru xogholijiet ta’ infrastruttura li jinkludu; mains tad-drenagg u pumping station, ilma, sistema ta’ l-elettriku u ta’ telefonija. Rigward il-partijiet l-ohra tal-koncessjonijiet saru dawn l-applikazzjonijiet lill-MEPA:- Nru ta’ l-Applikazzjoni Sit Stat PA 4986/00 Senglea Club House & Restaurant Appell PA 4988/00 Senglea Fuel Station Appell PA 4989/00 Pied - a – Terre Pendenti PA 4996/00 De Guiral Posposta PA 4261/01 Hotel Processar PA 4767/00 Macina Pendenti PA 4908/00 Cement Stores Processar

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335 u 21683 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għad qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Attard — Junction f'Imdina Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' junction f'Imdina Road, Attard kantuniera mat-triq li tagħti għal Misraħ Kola (fejn Mount Carmel Hospital), huwiex qiegħed isir mill-ADT jew mill-privat? Jekk mill-ADT, x'inhi l-istima tax-xogħlijiet? Jekk mill-privat, hemmx il-permess ta' l-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet li qegħdin isiru fil-junction imsemmija mill-Onor. Interpellant qed isir mill-privat. Dan ix-xogħol qed isir bħala parti mill-kundizzjonijoiet ta' permess għall-iżvilupp maħruġ mill-MEPA. Ninsab infurmat ukoll li bħal ma huma l-proċeduri normali l-kuntrattur applika għall-permessi meħtieġa biex isiru dawn ix-xogħolijiet.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-proġetti li ġew sottomessi għal EU għal funding: TEN.T - upgrading of Regional Road Bridge (ERDF); TEN.T - Restoration and upgrading of Ħal Far Road. Phase III (ERDF); Restoration and upgrading of Section of TEN.T (Civil Aviation Avenue, St. Paul's Bay Bypass, Mġarr Road, Gozo) - Cohesion Fund (kull triq separatament)?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi:- ERDF FUNDS TEN.T - Upgrading of Regional Road - Fiche Value €5.537M (Lm2,376,380) Bridge Tender Value €4.651M (Lm1,996,057) TEN.T – Restoration and upgrading - Fiche Value €4.587 (Lm1,968,710) of Ħal Far Road – Phase III Tender Value €4.244M (Lm1,821,341) COHESION FUNDS Restoration and upgrading of Section of TEN.T Civil Aviation Avenue - Fiche Value €1.20M (Lm515,160) Tender Value €1.154M (Lm495,279) St Paul’s Bay Bypass - Fiche Value €6.00M (Lm2,575,800) Tender Value €5.952M (Lm2,554,723) Mġarr Road, Gozo - Fiche Value €3.886M (Lm1,668,260) Tender Value €3.376M (Lm1,449,136)

Żvilupp Urban u Toroq — rapporti

Question

No question text.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ismijiet tar-rapporti li saru huma kif jidher hawn taħt:- Awtorita’ Dwar it-Trasport:- Sena Isem tar-Rapport 2003 Security Report Report re Electricity Installation Final Payment Analysis Enforcement Review of controls over work performed at the Licensing & Testing Directorate 2004 Possibility of setting up a company to operate the scheduled bus service in Malta Operations Review of the Bus Ticketing System Review of the procedures re Capital Expenditure Cycle of the Roads Directorate Audit report on health, safety and fire protection Professional study re Unit Costs related to Road Civil Protection Reports on Italian Protocol Roads 2005 Survey & report on ATP Fuel Report on DG Tanks Inspection & Certification Better public transport Park & Ride Projects 2006 Report on roads projects Consumer Research Test report re Mensija roads Ministeru/Dipartiment:- 2004 Consultancy re Fort St Elmo Consultancy re Pace Grasso Development Consultancy re Cottonera Development Consultancy re Cottonera Development Consultancy re Cable Car Project Legal Services Professional Services re Valletta Entrance Project Report re Pace Grasso Development Proposal 2005 Financial Projection re Cottonera Car Park Drafting of legal instruments for the implementation of Motor Insurance Directive Proposals on Harbour Developments 2006 Drafting of the CMR Convention Drafting of the legislative draft in the English Langauage (CMR Convention) Translation of Regulations re interoperability of electronic road toll systems Advice re relocation of facilities to Sliema Wanderers FC Advice re proposal put forward by MIDI plc i.c.w. clauses in emphyteutical grant Due diligence enquiries re MIDI project Follow up of Legislative Draft (CMR Convention) Due diligence enquiries re: Dock 1 N.B. (Ara risposta għall-mistoqsija parlamentari 21976 f'Seduta nru. 470 ta' nhar it-Tnejn 27 ta' Novembru, 2006)

San Ġwann — Sleeping policeman

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti ta' diversi residenti ta' Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann, tista' titneħħa s-sleeping policeman li qed tkun ta' inkonvenjent għalihom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali tat-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku irrizulta li ma hemm ebda road hump fi Triq San Gwann Tal-Ghorghar u lanqas fit-toroq biswit li huma Triq It-Trunciera t-Twila w Triq Il-Kwartier ta’ Xindi. Minn ricerka li saret fir- records tat-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku sa mis-sena 2002, ma nstabelt l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ghal tali road hump u lanqas ma nstabet l-ebda approvazzjoni mit-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku.

San Ġwann — Triq San Ġwann tal-Għorgħar

Question

Rigward Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann li hi one way, jista' il-parking isir fuq naħa waħda biss tat-triq minħabba l-inkonvenjent għar-residenti nfushom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn ufficjali tat-Taqsima ghall-Immanigjar tat-Traffiku irrizulta li Triq San Gwann ta’ l-Gharghar hija two-way in-naha t’isfel u one way in-naha ta’ fuq. Fil-parti tal- one way fi Triq San Gwann ta’ l-Gharghar il-wesgha tat-triq tvarja minn tmien metri sa ghaxar metri w sittin centimetru. Tali triq hija kkunsidrata bhala Local Access u ghaldaqstant, skond il-linji ta’ Gwida tat-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku, l-parkegg jista’ jsir fuq iz-zewgt nahat tat-triq fejn il-wisgha ta’ tali triq ma tkunx inqas minn tmien metri u nofs. It-Taqsima ghall-Immannigjar tat-Traffiku ser jikkuntattja lill-Kunsill Lokali ta’ San Gwann rigward din il-proposta ghall-kummenti taghhom.

Wied il-Għajn — Triq it-Tiben

Question

Billi f'diversi interventi u talbiet li kont għamilt jien fil-Parlament biex issir Triq it-Tiben, Wied il-Għajn kont informat li kienet ġiet ippubblikata t-tender, jista' il-Ministru ġentilment jinformani fiex waslet it-tender biex issir din it-triq? Jista' jagħti indikazzjoni meta hu maħsub li jibda x-xogħol f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq hija skedata li ssir meta jigu allokati l-period contractsghal xoghlijiet ta' kostruzzjoni ta' toroq.

Bini ta' toroq — Mains ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21629 u jgħid b'konnessjoni ma' proġetti ta' bini ta' toroq, liema mhedded tal-mains tad-drenaġġ ġew spezzjonati permezz tas-CCTV qabel ma nbeda x-xogħol matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jitlestew Triq San Ġużepp u Triq San Paċifiku, Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li-tender għall-bini ta' toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant kien għalaq fil-25 ta' Lulju 2006. Id-Dipartiment tal-Kuntratti aġġudika dan it-tender u l-kuntrattur magħżul għandu jirċievi l-Letter of Acceptance fil-jiem li ġejjin.

EU — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21656 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-total ta' proġetti ta' toroq u junctions li ġew sottomessi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea bl-ispiża stmata għal kull proġett separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninform lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT issottometiet applikazzjoni għal bini ta’ toroq mill-fondi ta’ koezjoni u żewġ applikazzjonijiet ghall-bini ta’ toroq mill-fondi strutturali L-applikazzjoni għall-fondi ta’ koezjoni tikkonsisti fi tlett proġetti li huma: St Paul’s Bay Bypass - Fiche Value €6.00M (Lm2,575,800) Tender Value €5.952M (Lm2,554,723) Civil Aviation Avenue - Fiche Value €1.20M (Lm515,160) Tender Value €1.154M (Lm495,279) Mġarr Road Għajnsielem - Fiche Value €3.886M (Lm1,668,260) Tender Value €3.376M (Lm1,449,136) L-applikazzjonijiet għall-fondi strutturali huma: Manwel Dimech Bridge - Fiche Value €5.537M (Lm2,376,380) Tender Value €4.651M (Lm1,996,057) Ħal Far Phase III - Fiche Value €4.587M (Lm1,968,710) Tender Value €4.244M (Lm1,821,341)