Jista’ l-Ministru jgħid fejn kienu placed dawk it-tfal li nħarġulhom care order kemm f’fostering u kemm f’residential bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Frar 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23131.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti lill-Bord tal-Adozzjonijiet għall-adozzjoni bħalissa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interperlant illi, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija il-Bord għall-Adozzjoni kellu quddiemu każ wieħed pendenti li jrid jerġa' jiġi diskuss, u 10 applikazzjonijiet ġodda li għad iridu jiġu diskussi skont id-data li daħlu għall-attenzjoni tal-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ma għadhiex aktar intitolata għal Karta r-Roża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet ikkuntattjata fejn ġie spjegat lilha l-eżitu tal-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22853 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ individwi f’Malta u Għawdex li twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help minħabba nuqqas ta’ ħaddiema bejn l-20 t’April 2015 u l-20 ta’ Jannar 2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitlubha għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Impjegati fis-settur tal-home help trasferiti għaċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22669 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22215, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema li spiċċaw jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur tal-home help u issa qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bejn April 2013 u Diċembru 2015?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ ħaddiema li spiċċaw jagħtu s-servizz tagħhom fis-settur tal-home help u issa qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bejn April 2013 u Diċembru 2015 kienu kif ġej:
Sena
Numru ta’ Mpjegati
2013
11
2014
12
2015
11
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22668 u 22214 u jgħid għal liema raġuni, bejn Novembru 2015 u Jannar 2016, numru ta’ anzjani mill-Belt Valletta twaqqfilhom is-servizz tal-home help b’mod temporanju jew permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox, in-numru ta’ residenzi li twaqfilhom is-servizz tal-Home Help jammonta għal 19. Dan ġara minħabba raġunijiet varji.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bil-kuntratt il-ġdid qed jiġu allokati l-
home helpers
il-ġodda tal-kuntrattur.
Il-Mellieħa, San Pawl u n-Naxxar – twaqqif tas-servizz tal-Home Help
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 22667 u 22213 u jgħid kemm kienu dawk ir-residenti fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità) li bejn Diċembru 2014 u Jannar 2016 twaqqfilhom is-servizz tal-home help b’mod temporanju jew permanenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta' residenzi (households) li waqfilhom is-servizz fuq bażi temporanja fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej:
Il-Mellieħa - 37 residenza
San Pawl il-Baħar - 15 –il residenza
In-Naxxar - 4 residenzi
Ikel provdut skont il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma n-nies li kkwalifikaw għall-ikel provdut skont il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) għal din is-sena? Jista’ jagħti l-lista, lokalità b’lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ individwi li kkwalifikaw għall-ikel provdut skont il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), meta sar it-tqassim tal-ikel għall-ewwel darba f’Jannar 2016, ammonta għal 14,685. In-numru ta' benefiċjarji msemmija, kienu mqassma skont il-lokalitajiet ġewwa Malta u Għawdex, skont kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sadanittant fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed titħabbar għajnuna oħra mill-fond konsolidat.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22224, jista’ l-Ministru jgħid xi jrid ifisser b’“Familji mhux single u li jirċievu pensjoni għall-anzjanità mhux kontributorja”? Jista’ jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-“Familji mhux single u li jirċievu pensjoni għall-anzjanità mhux kontributorja” li bbenefikaw mill-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’familji mhux single, qed nifhmu dawk il-familji li huma komposti minn aktar minn persuna waħda u liema familji jridu jkunu qed jirċievu l-Pensjoni tal-Età mhux kontributorja, liema tip ta' pensjoni hija marbuta mat-test tal-mezzi..
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, meta sar l-ewwel tqassim tal-ikel, f'Jannar li għadda, in-numru ta’ familji fil-kategorija fuq imsemmija li bbenefikaw mill-programm tal-ikel kien jammonta għal 625 familja, jew aħjar 1,429 persuna, li minnhom, 16-il persuna kienu tfal ta' taħt is-16-il sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu s-ceiling għal dawk il-familji li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u li għandhom żewġt itfal jew iktar taħt l-età ta’ 16-il sena li jibbenefikaw mill-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ma kienx hemm cieling marbut mal-kategorija ta' familji li jirċievu benefiċċji mhux kontributorji u li għandhom 2 itfal jew aktar taħt is-sittax-il sena u li bbenefikaw minn dan il-programm. L-għoti ta’ dawn il-benefiċċji mhux kontributorji huwa diġa' determinat minn test tal-mezzi, hekk kif inhu stabbilit fil-Liġi tas-Sigurta’ Soċjali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19471, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-lift li jieħdok mil-livell tad-daħla tal-Belt Valletta sal-livell tal-Bank Ċentrali għadu mhux qed jopera meta dan kellu jibda jopera sal-aħħar ta’ Novembru? Jista’ jgħid x’wassal għal dan id-dewmien għad-detriment tal-persuni li jagħmlu użu minn wheelchair?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani ‘l fuq minn ċertu età u li huma residenti fi djar tal-anzjani privati u li jħallsu għal dan hux ser jirċievu l-allowance speċjali ta’ tliet mitt ewro li tingħata lill-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif jaf hu, l-għotja għall-anzjani ta’ €300, mill-bidu tagħha kienet maħsuba għal dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fi djarhom jew fid-djar tal-qraba tagħhom fil-komunità u qatt ma ngħatat lill-anzjani li qed isemmi hu fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex l-Awtorità tad-Djar tikkuntattja lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar applikazzjoni mal-istess Awtorità u jesiġi li jsir il-progress meħtieġ fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Familja — użu ta' karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi uffiċjali li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kenux jinkrew jew ġewxmixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu l-karozzi? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienu mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozzi uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għall-karozza/i li għamlu użu minnhom is-Segretarji Parlamentari matul il-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru tiegħi, m’għandux informazzjoni fuq il-karozza uffiċċjali tas-Segretarji Parlamentari bejn l-2008 u l-2012. Jista’ jagħti l-każ li din l-informazzjoni hija disponsibbli fil-Ministeru responsabbli għas-saħħa.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li llum jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ta’ xogħol lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, skont kif qed jidher fit-tabella t’hawn taħt:
SenaKif ingħata dan is-ServizzTip ta XogħolAmount
€
2008Permezz ta’ Kuntratt ta’ Servizz
(Contract of Service)
Servizz ta' Traduzzjoni1,624.61
2009Permezz ta’ Kuntratt ta’ Servizz
(Contract of Service)Servizz ta' Traduzzjoni531.00
2010Permezz ta’ Kuntratt ta’ Servizz
(Contract of Service)
Servizz ta' Traduzzjoni3,819.88
2011Permezz ta’ Kuntratt ta’ Servizz
(Contract of Service)
Servizz ta' Traduzzjoni5,238.04
2012Permezz ta’ Kuntratt ta’ Servizz
(Contract of Service)
Servizz ta' Traduzzjoni1,759.99
2013Permezz ta’ Kuntratt ta’ Servizz
(Contract of Service)
Servizz ta' Traduzzjoni1,651.55
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri f'każ li jkun hemm ħsara fis-set ta' Telecare, liema ħsara tkun waħda irreparabbli? Jista' jgħid jekk l-anzjan ikunx irid jerġa' japplika mill-ġdid għas-servizz ta' Telecare Plus? Jista' jgħid ukoll jekk dak l-anzjan ikunx suġġett għal xi forma ta' ħlas, tariffi jew charges? Jekk iva, jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-ħlasijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’każ li jkun hemm ħsara irreparabbli tat-Telecare, irid isir Upgrade għat-TelecarePlus.
· Il-Klijent ma għandux għalfejn jerġa japplika għas-servizz. Irid iħallas
€25 li huma refundable mat-tmiem is-servizz tat-TelecarePlus u €4.00 inkluż il-VAT, kull xahar mal-kont tal-GO plc. Ir-raġuni ta’ dan il-ħlas hija minħabba li l-benefiċjarju ikun qaleb min Telecare għal TelecarePlus.
· Dejjem min għandu il-karta r-Roża u huwa eliġibbli, il-kera tat-TelecarePlus ma titħallasx.
Jista' l-Ministru jgħid min hu eliġibbli għas-servizz tal-handyman u kemm huma l-ħlasijiet li jridu jsiru minn anzjani li ma għandhomx il-karta r-roża? Jista' jgħid x'inhu l-ħlas minimu u l-ħlas massimu li jista' jintalab?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuni eliġibbli għas-Servizz tal-Handyman huma dawk il-persuni li għandhom ‘il fuq minn sittin sena. Il-ħlas għal dawk il-persuni li m’għandomx karta roża ivarja skont is-servizz li jkollhom bżonn. Il-ħlas minimu huwa ta’ meta jintalab biex jinbidel ċilindru tal-gas, liema ħlas huwa dak ta` € 1.16, filwaqt li l-ħlas massimu huwa ta` meta jsir bdil ta` waterheater (Geyser); liema ħlas jammonta għal €11.65.
Awtorità Ċentrali Maltija – infieq ta’ spejjeż relatati mal-proċess tal-adozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Ċentrali Maltija tagħtix rendikont ta’ kif jintefqu l-ispejjeż relatati mal-proċess ta’ adozzjonijiet lill-koppji / individwi Maltin li jkunu bdew il-proċess mal-istess awtorità u liema ħlasijiet ikunu qed isiru mill-istess koppji / individwi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizz lill-koppji jingħata direttament mill-aġenziji tal-adozzjoni akkreditati. Għaldaqstant, il-proċess tal-adozzjoni minn ġenituri adottivi prospettivi Maltin, isir mal-aġenziji akkreditati u mhux mill-Awtorità Ċentrali. Huwa l-irwol tal-aġenziji akkreditati li jiggwidaw lill-applikanti dwar l-ispejjeż relatati mal-proċess tal-adozzjoni.