Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar t’Għawdex — kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bagħtu team ta’ persuni biex jitkixxfu fuq l-Isptar t’Għawdex ferm qabel ma rebħu t-tender huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li numru ta’ kumpaniji kienu avviċinaw lill-Malta Enterprise investiment ġdid barrani fis-settur tas-saħħa. Kienet saret preżentazzjoni lill-Gvern dwar l-Isptar t’Għawdex li ma ġietx milqugħa minħabba li ma kinitx taqbel mal-ħtiġijiet tal-qasam tas-saħħa ta’ pajji¿na. Ir-request for proposals li nħarġet fis-27 ta’ Marzu ta’ din is-sena kienet tirrifletti l-ħtiġijiet tal-qasam tas-saħħa ta’ pajjiżna.

Settur tas-Saħħa — kontroll

Question

Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li mhux se joħolqu monopolju privat fis-settur tas-saħħa? Huwa minnu li l-kontroll totali tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna se tkun f’idejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17550.

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karen Grech — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema ħaddiema jew professjonijiet se jibqgħu jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptar Karen Grech meta dawn l-isptarijiet jgħaddu f’idejn kumpanija privata?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-isptarijiet involuti se jibqgħu fuq il-kotba tal-gvern u se jibqgħu jitqiesu bħala uffiċjali pubbliċi.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — ingaġġ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet appuntata Chairman tal-Embryo Protection Authority b’remunerazzjoni ta’ €13,954 (tlettax-il elf, disa’ mija u erbgħa u ħamsin Ewro). Ġie maħtur ukoll Chairman ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta.
Leg 12 PQ #17458 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – dwal tat-triq ħdejn il-pitch

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tat-triq (street lighting) li hemm ħdejn il-pitch tas-Sirens Water Polo Club f’ San Pawl il-Baħar jinxtegħel peress li ilu maqtugħ għal żmien twil?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bozoz imsemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ ta’ l-Enemalta plc. L-entitajiet ikkonċernati ġew infurmati b’dan l-ilment biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi nvestigat.

ARMS — kontijiet ta' dawl u ilma - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-ARMS tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

ARMS — kontijiet ta' dawl u ilma - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-Arms ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata.

Privatizzazzjoni tas-Saħħa — tender

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tender document tal-privatizzazzjoni tas-saħħa li nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju 2015 tħabbar li saret l-għazla tal-aħjar offerta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda proċess ta’ privatizzazzjoni għaddej. Il-proċess li qed tirreferi għalih b’mod żbaljat l-onorevoli interpellant huwa proċess li għadu għaddej u għalhekk f’dan l-istadju, tali dokumetazzjoni ma tistax tingħata.

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u l-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding u kull tip ta’ ftehim ieħor li l-Gvern laħaq mal-Kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatmaent?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa l-proċess wasal fi stadju li tħabbar il-preferred bidder u ma ġie ffirmat xejn.

Privatizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa – due diligence tal-bidders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx stħarriġ ta’ due diligence fuq il-bidders kollha li ssottomettew l-offerta tagħhom għall-privatizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Għal darba oħra, ninforma lill-Onorevoli interpellant illi m’hemm l-ebda proċess ta’ privatizzazzjoni għaddej. Sar proċess dettaljat ta’ evalwazzjoni tal-proposti rispettivi inkluż dak finanzjarju.

Privatizzazzjoni tas-setturi tas-saħħa – proċess tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li waħda mill-kumpanija fil-proċess tal-għażla għall-privatizzazzjoni tas-settur tas-saħħa hija kumpanija Maltija li wieħed mid-diretturi tagħha jaħdem il-Foundation for Medical Services?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’hemm l-ebda proċess ta’ privatizzazzjoni iżda sejħa pubblika għall-għotja ta’ konċessjoni għal servizzi ta’ saħħa b’investiment ġdid mis-settur privat. Il-Kumpanija li tħabbret bħala preferred bidder m’għandha l-ebda direttur li jaħdem mal-Foundation of Medical Services. F’waħda mill-bids li ma intgħażlitx hemm direttur li qed jagħti servizzi ta’ project management fuq proġett tal-Ewropa mill-FMS. L-FMS qegħdha tinvestiga.

Privatizzazzjoni tas-settur tas-saħħa – proċess tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li waħda mill-kumpaniji fil-proċess tal-għażla għall-privatizzazzjoni tas-settur tas-saħħa hija kumpanija Indjana li m’għandiex saħħa finanzjarja u kapitali biżżejjed biex tmexxi tali investiment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li m’hemm l-ebda proċess ta’ privatizzazzjoni għaddej iżda hemm sejħa pubblika għall-għotja ta’ konċessjoni għal servizzi ta’ saħħa b’investiment ġdid mis-settur privat. L-evalwazzjoni saret u ġiet konkluża bl-għażla tal-preferred bidder.

Servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-servizz tas-saħħa f’pajjiżna se jibqgħu b’xejn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanti li s-servizzi tas-saħħa f’pajjiżna se jibqa’ b’xejn għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha. Bil-proġetti li qegħdin inħabbru se nkunu f’pożizzjoni li ntejbu s-servizzi fil-qasam tas-saħħa.

Fondazzjoni Richmond – servizzi mogħtija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9510, jista’ l-Ministru jelenka kemm hija l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern jagħti għal kull servizz offrut mill-Fondazzjoni Richmond biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2014 ir-Richmond Foundation rċeviet total ta’ €754,706.81 f’għajnuna finanzjarja mill-gvern.

Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitwaqqfu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali? Jekk iva, fejn sejrin jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet sabiex jinfetħu aktar ċentri.

Baġit għas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit għas-saħħa u kemm minn dawn il-flus qed jintnefqu għall-kura primarja u kemm għall-kura sekondarja? Kemm qed jintnefqu flus biex jintużaw fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dokument tal-baġit
Leg 12 PQ #17587 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – main tal-ilma mill-Qala sa Ta’ Sannat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16772, jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq kollha indikati fir-risposta humiex se jiġu resurfaced u ċjoe hux se jsir wiċċ ġdid fit-toroq kollha minn fejn għadda l-main tal-ilma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta' Ċenċ? Jekk iva, sal-lum, liema minn dawn it-toroq ġew resurfaced kollha u liema għadhom le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti mitluba fil-mistoqsija 16772 u jgħid x'għamlet il-Korporazzjoni f'dawk il-partijiet tat-toroq li kienu saru bit-tarmak u dan diġà nqala'?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Floriana Health Centre – klinika tal-Fibromyalgia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li t-tabella li twaħħlet għall-inawgurazzjoni tal-klinika tal-Fibromyalgia li nfetħet fil-Floriana Health Centre inqalgħet minn postha ftit wara li telqu r-rappreżentanti tal-media?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-ispazju fiċ-ċentri tas-saħħa jintuża b'aktar mod effettiv għas-servizz tal-pazjenti. Ninformha wkoll illi r-riżors l-aktar importanti fil-klinika tal-fibromyalgia huwa r-riżors uman u għalhekk huma mmaterjali fejn titpoġġa t-tabella.

Vouchers għall-prodotti Gluten Free

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema ta' vouchers għall-prodotti gluten free għal min hu coeliac hijiex se tiġi riveduta jew hijiex se tibqa' kif inhi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kif kien ippjanat mal-varar ta' din l-iskema, fil-ġranet li ġejjin ser isiru taħdidiet mal-istakeholders biex issir assessment tat-tħaddim tal-iskema sa issa.