Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Malta Enterprise approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompettitività u Tkabbir Ekonomiku fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iStamp Design Advisory Committee fassalx il-pjan għall-bolol tas-sena d-dieħla? Jista' jgħid liema huma s-settijiet ta' bolol li mistennija jiġu maħruġa matul l-2014? Jista' jassigura li fost il-bolol tas-sena d-dieħla jkun hemm sett li jfaħħar b'mod sew il-50 anniversarju tal-Indipendenza ta' Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-pjan għal ħruġ ta' bolol jitfassal skond il-ħtiġijiet tal-posta li llum hija entita' privatizzata għalkemm l-għażla tad-disinn huwa f’idejn l-iStamp Design Advisory Board kif maħtur mill-Gvern.
It-temi tal bolol jinkludu okkażjonijiet speċjali , li jinqalgħu perjodikament , obbligi nternazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-posta per eżempju l-UPU jew l-Olimpijadi jew il FIFA kif ukoll kommemorazzjonijiet importanti bħal ma huma l-Milied jew xi żjara tal-Papa eċċ.
Peress li spiss ikun hemm ħtieġa għat-tibdil fil ħruġ ta’ dawn il bolol għal raġunijiet li semmejt , il-pjan jiġi rivedut minn ħin għall-ieħor.
Ninsab infurmat li hemm pjan biex jitfakkar il-50 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4649 u 3882 u jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Privatisation Unit mis-sena 1998 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu dawn id-direct orders, lil min ingħataw u kemm swew? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi ngħataw u għaliex intgħażlet il-proċedura ta’ direct order
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ ħlasijiet li saru b’ direct order approval bejn l-2004 u l-2013. (Tabella A). Dawk il-ħlasijiet li saru bejn l-1998 u l-2003 mhumiex disponibbli.
Il-Privatisation Unit minn dejjem kellha budget biżżejjed biex jitħallsu biss is-salarji taċ-Chairman u tal-assistenta tiegħu. Spejjeż oħra materjali li ma setgħux jiġu koperti minn dan il-budget kienu jitħallsu mill-MIMCOL minkejja l-fatt li kienet tkun il-Privatisation Unit li kienet titlob dawn is-servizzi. Kull ħlas kien isir wara li tinġieb l-awtrorizzazzjoni taċ-Chairman tal-istess Privatisation Unit kif ukoll taċ-Chairman tal-MIMCOL li wkoll kien membru tal-Privatisation Unit.
Ninsab infurmat li spejjeż oħra tħallsu mill-MGI/MIMCOL għan-nom tal- Pivatisation Unit matul is-snin 2003 u 2013. Dawn l-ispejjeż qed jidhru f’ Tabella B. Dawn l-ispejjeż tħallsu mill-MGI/MIMCOL fuq l-awtorizzazzjoni bil-miktub ta’ Chairman tal-PU, matul iż-żmien. L-MGI/MIMCOL mhux infurmat u ma għandux aċċess għal xi awtorizzazzjoni oħra li setgħet ingħatat mill-Ministeru rispettiv għal xi direct orders approvals. MGI / MIMCOL huma biss ‘paying agents’ għan nom tal- Privatisation Unit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4651 u 3862 u jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mal-Malta Enterprise taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Min kienu dawk l-impjegati? Saru interviews? Min għamilhom? Xi rwol ingħataw dawn il-ħaddiema ġodda? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom flimkien ma’ rendikont tas-salarju tagħhom u l-grad li ngħataw minn dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Huwa possibli li r-raġuni għala ċertu informazzjoni ma tidhirx rigward dettalji tal-interviewing board hu minħabba:
- Data mhux kompluta peress li ma ġietx segwita tajba l-proċedura ta’ rekrutaġġ;
- Data mhux kompluta peress li l-ewwelnett l-informazzjoni ma ġietx imniżżla;
- Data mhux kompluta peress li l-informazzjoni imniżżla kienet mitlufa
Peress li ċertu informazzjoni m’hijiex disponibbli, l-uffiċju tagħna m’huwiex f’pożizzjoni li jiddetermina liema minn dawn hija r-raġuni il-għala m’hemmx informazzjoni f’kull każ partikolari.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4652 u 3863 u jgħid jekk iddaħħlux jaħdmu mal-Malta Enterprise persuni li huma relatati, ossija jiġu mill-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-istess żmien li hu kien Chairman tal-Malta Enterprise ? Min kienu? Xi rwol ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid jekk f’tali proċeduri kenitx iddikjarata l-parentela?
Response (CARDONA, CHRIS)
Skond il-kodiċi ta’ etika ta’ Malta Enterprise huwa stabbilit li “huwa biss l-uffiċjal individwali li jista’ jkun a konoxxenza ta’ potenzjal ta’ konflitt ta’ nteress”. Mela, fil-każ ta’ konflitt potenzjali , bħal dak li jista' jkun hemm fil-każ ta’ parentela, il-kodiċi jgħid li “r-responsabbilita’ (onus) li wieħed jgħarraf lill-uffiċjali superjuri tiegħu jekk hemm konflitt attwali jew potenzjali ta’ nteress, taqa’ fuq l-uffiċjal individwali” ikkonċernat.
Ma nafu b’ebda każ fejn saret dikjarazzjoni f’dan is-sens minn xi mpjegat.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li ġew ingaġġati mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-konsulenti li ġew ingaġġati mill-istess Awtorità minn Marzu 2013 ’l hawn huma msemmija hawn taħt:
Associació Eclèctica Laboratori de Noves Visions Digitals
Analysis Mason Ltd
Ernst & Young Ltd
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-Kap Eżekuttiv jew Diretturi Ġenerali tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara r-riżenja taċ-Chairman ta’ l-Awtorita’, fil-31 ta’ Diċembru 2012, ma kienx ġie appuntat Direttur Ġenerali fl-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni(MCA). Din il-pożizzjoni għadha vakanti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-organisational structure tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA) u jelenka x’tibdil sar minn Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5086 u 4901 u jgħid x'inhu l-indirizz tal-uffiċċju li minnu qed taħdem l-envoy speċjali tal-Gvern, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi barranin li fihom taħdem għall-Gvern Malti bħal dak taċ-Ċina?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indirizz tas-sinjura Sai Mizzi f' Malta huwa: Malta Enterprise Gwardamangia Hill, Pieta`, MEC 0001 Malta. L-email uffiċjali tagħha huwa sai.mizzi@maltaenterprise.com. Meta jinstab post addattat minn fejn Malta Enterprise tkun tista' topera fil-pajjiżi barranin li għalihom hija responsabbli, dan jew dawn l-indirizzi jiġu ppubblikati fuq il-website tal-Malta Enterprise.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex ingaġġat mill-Ministeru tiegħu jew mill-Malta Enterprise bħala Executive Chairman, Major Projects Co-ordinating Agency? Jista’ jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li ġie mogħti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol mogħti lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-individwu u/jew kumpanija li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu u entitajiet, aġenziji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid jekk f’kull każ, ix-xogħol ingħatax b’direct order jew wara li saret sejħa għall-offerti? Jista’ jgħid f’kull każ kemm kienet l-ispiża? F’kull każ, min awtorizza li jsir il-ħlas? F’kull każ fiex kien jikkonsisti x-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jekk teżistix xi forma ta' ċensura fuq logħob elettroniku li jista' jkun meqjus bħala vjolenti jew għandu messaġġ vjolenti speċjalment għat-tfal? Fid-dawl ta' dan kollu, jeżisti xi tip ta' kontroll?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise — investiment u promozzjoni ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma jew kienu, mit-12 ta Marzu 2013 sa meta tiġi risposta din id-domanda, il-persuni (Maltin u barranin) magħżula mill-Malta Enterprise li kienu jew huma responsabbli, b’xi mod jew ieħor, għall-investiment u promozzjoni ta’ Malta fiċ-Ċina, il-Lvant Nofsani u fl-Asja tax-Xlokk? Kemm kien jew hu l-ħlas ta’ kull persuna? Minn liema uffiċċju taħdem kull persuna? X’tip ta’ investiment inġieb minn Marzu sal-lum minn kull persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratt ta’ xogħol – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jagħti s-servizzi lill-istess Ministeru u jekk fl-affermattiv jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol/servizz tiegħu filwaqt li jgħid minn meta beda jagħti s-servizz lil-Gvern Malti?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed jagħti servizz lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Il-kuntratt eżistenti hu dak li kien ġie ffirmat f’Lulju 2009. Il-kuntratt ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Enterprise – Kumitat tal-Procurement – drafting tal-leġiżlazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx kienet involut u attiva, b’mod dirett jew indirett, fit-tfassil (drafting) ta’ leġiżlazzjoni matul iż-żmien li kien membru tal-Kumitat tal-Procurement fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn il-leġiżlazzjonijiet li ħadem fuqhom il-persuna inkwestjoni u jgħid meta sar it-tfassil ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna indikata ma kenitx involuta u attiva, b'mod dirett jew indirett fit-tfassil (drafting) ta' leġiżlazzjonijiet.