Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul il-ġimgħat li għaddew twaqqafx u bediex jiffunzjona l-Istitut għall-Edukazzjoni? Jekk dan ġie mwaqqaf, jista’ jgħid min huma l-uffiċjali li diġà qed jaħdmu fi ħdan dan l-Istitut u jekk saritx sejħa pubblika biex ġew magħżula dawn l-uffiċjali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hu ppjanat li fl-ewwel laqgħat tal-Bord tkun approvata l-organigramma kif proposta u jibdew joħorġu s-sejħiet meħtieġa biex l-Istitut ikun jista’ jibda bil-ħidma tiegħu.
Il-Kap Eżekuttiv ġie appuntat u diġà ressaq id-dokumentazzjoni neċessarja lill-NCFHE biex tinkiseb il-liċenzja meħtieġa u jkun jista’ jopera bħala ‘Entità’ għall-Edukazzjoni Ogħla.
Diġà ġie mfassal programm ta’ ħidma biex meta jiltaqa’ l-Bord ikun jista’ jiġi approvat u b’hekk l-Istitut ikun jista’ jibda bil-ħidma tiegħu minnufih.
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li tiċċekkja r-rata tal-ħlas. Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm skejjel li huma liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Fejn jinsabu dawn l-iskejjel, lokalità b’lokalità? Kemm huma f’kull każ, liċenzjati li jgħallmu studenti barranin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’Malta hawn 47 skola liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lil studenti barranin. Infurmat ukoll li l-liċenzja toħroġ f’isem l-iskola u mhux fuq in-numru ta’ studenti.
Il-lokalitajiet li jinsabu fihom dawn l-iskejjel huma: Sliema, Pembroke, San Ġwann, San Ġiljan, Floriana, Valletta, Msida, San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Gżira, Swieqi, Kappara, Mosta, Smart City, Ta’ Giorni, Birkirkara, Lija u Kerċem.
Skont survey li jsir kull sena u li jiġi ppubblikat min-National Statistics Office (NSO), l-iktar pajjiżi li minnhom jiġu barranin għat-tagħlim tal-Ingliż huma: Italja, Ġermanja, Russja, Franza u Awstrija (f’din l-ordni).
Skejjel li joperaw biex jgħallmu studenti barranin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ skejjel li joperaw f’Malta, biex jgħallmu studenti barranin? Fejn jinsabu dawn l-iskejjel, u mil-liema pajjiż hu maħsub li jiġu l-istudenti li jattendu dawn l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Iskejjel Indipendenti li joperaw f’Malta biex speċifikament jgħallmu studenti barranin huma kif murija fit-tabella t’hawn taħt:
Isem tal-iSkola
Lokalità
Nazzjonalità tal-Istudenti
Quality Schools International Malta - Mosta
Mosta
Chinese, Czech, English, French, German, Irish, Italian, Libyan, North Korean, Russian, South African, Spanish, Swedish, Turkish, USA
Russian Boarding School - Bugibba
Bugibba
Bulgarian, English, French, German, Hungarian, Moldovan, Pakistani, Russian, Serbian, Ukrainian
Russian Boarding Upbringing and Education Centre Ltd
Marsaskala
Russian
Verdala International School - Pembroke
Pembroke
Argentinian, Australian, Austrian, Belgian, Canadian, Chinese, Czech, Danish, Dutch, Egyptian, English, Estonian, Finnish, French, Hungarian, Irish, Israeli, Italian, Kazakh, Latvian, Libyan, Maltese, Norwegian, Pakistani, Philippine, Romanian, Russian, Serbian, South African, South Korean, Spanish, Sudanese, Swedish, Tunisian, Turkish, Ukrainan,USA
Libyan School
Ta' Giorni
Libya
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li jattendu l-iskejjel primarji tal-Gvern, skola b’skola? Kemm minn dawn it-tfal, f’kull każ jattendu l-kindergarten?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti Għawdxin li qed jattendu f’xi wieħed mill-kulleġġi tal-MCAST f’Malta, maqsumin skont il-kors li qed jattendu u s-sena tal-kors li qegħdin fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li pparteċipaw f’Summer on the Move, matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’Summer on the Move sena b'sena f’dawn l-aħħar ħames snin, huwa kif se nsemmi:
2011 – 1,108
2012 – 2,967
2013 – 3,437
2014 – 3,662
2015 – 4,263
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-PE u kemm kien hemm għalliema tal-PEmatul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ għalliema tal-PE fl-iskejjel tal-Istat matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, hu kif ġej:
Sena Skolastika
Primarja
Sekondarja
2011/12
32
109
2012/13
32
101
2013/14
34
97
2014/15
34
100
2015/16
43
104
Skola Nazzjonali tal-Isport – faċilitajiet sportivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet sportivi għandha l-Iskola Nazzjonali tal-Isport?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Iskola Nazzjonali tal-Isport qiegħda tibbenifika mill-faċilitajiet tal-ġinnastika u tal-Isquash tagħha, flimkien ma' running track b'tul ta' 60 metru, kif ukoll faċilità għal-long jump. Eventwalment, dawn se jidhru fis-sit elettroniku fix-xahar ta' Jannar tal-2016. Is-sala prinċipali tal-isport se tkun iffinalizzata wkoll f'qasir żmien. Din is-sala se sservi bħala faċilità għall-basketball, handball, table-tennis, badminton, futsal, volleyball u numru sostanzjali ta' sports li jsiru ġewwa. L-iskola tikkonsisti wkoll minn seba' changing rooms.
Kulleġġ Santa Margerita, CSEN u Malta Judo — proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien jinkludi l-proġett li sar mill-Kulleġġ Santa Margerita, iċ- Centro Sportivo Educativo Nazionale (CSEN) u anke l-Malta Judo?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett huwa wieħed pilota fejn permezz ta’ kollaborazzjoni bejn iċ-Centro Sportivo Educativo Nazionale (CSEN), id-Direttorat tal-Kurrikulu (Edukazzjoni Fiżika) u l-Kulleġġ Santa Margerita hemm il-ħsieb li żgħażagħ mill-iskejjel Sekondarji tal-Kulleġġ ikollhom laqgħat sportivi u jieħdu sehem f’logħbiet ta’ sport differenti. Din il-kollaborazzjoni tnediet fit-30 ta’ Novembru 2015 b’attività fejn ġew ippreżentati l-premjijiet għal kompetizzjoni ta’ Arti bl-isem Sports is Friendship li ttellgħet fost l-iskejjel kollha tal-Kulleġġ matul ix-xahar ta’ Novembru. Matul ix-xahar ta’ Jannar 2016 għandha titlaqqa’ laqgħa biex issa jsir pjan t’attivitajiet sportivi.
Hemm il-ħsieb ukoll li jkun hemm kollaborazzjoni fuq livell ta’ tisħiħ fil-Lingwa Taljana minħabba li ż-żgħażagħ li se jkunu qegħdin jaqsmu din l-esperjenza tagħhom huma Taljani. Ma’ dan wieħed iżid li din il-kollaborazzjoni jekk tkun suċċess, tinfetaħ għall-Kulleġġi l-oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kulleġġi/skejjel li matul dan is-sajf ħadu sehem fit-tournament tal-waterpolo?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel li ħadu sehem fit-tournament tal-waterpolo huma kif se nsemmi:
Sacred Heart
Our Lady Immaculate
National Sports School
St Lucia Girls' Secondary
St Monica Gzira
St Francis Sliema
Mosta Girls' Secondary
St Venera Boys' Secondary
San Anton
St Albert The Great
Archbishop's Seminary
Sliema Boys' Secondary
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew skejjel primarji kemm dawk tal-Gvern kif ukoll tal-privat, f’Malta kollha fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' tfal li attendew l-Iskejjel Primarji tal-Istat fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
Sena Skolastika
Skejjel Primarji tal-Istat
2000/01
21,311
2005/06
17,675
2010/11
14,150
2014/15
13,740
Rigward l-iskejjel Primarji tal-Knisja u Indipendenti, l-istatistika fl-2010 u l-2014 hija kif ġej:
20102014
Knisja69267585
Indipendenti30463005
Infurmat mid-Dipartiment Għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li peress li din l-istatistika bdiet tinżamm u tinġabar b’mod elettroniku mis-sena 2008 iċ-ċifri mitluba għas-snin 2000 u 2005 ma jistgħux jingħataw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew skejjel sekondarji kemm dawk tal-Gvern kif ukoll tal- privat, f’Malta kollha fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li attendew l-Iskejjel Sekondarji tal-Istat fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
Sena Skolastika
Skejjel Sekondarji tal-Istat
2000/01
18,572
2005/06
17,794
2010/11
14,278
2014/15
11,495
Rigward l-iskejjel Sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, l-istatistika fl-2010 u l-2014 hija kif ġej:
20102014
Knisja76347027
Indipendenti22802745
Infurmat mid-Dipartiment Għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni li peress li din l-istatistika bdiet tinżamm u tinġabar b’mod elettroniku mis-sena 2008 iċ-ċifri mitluba għas-snin 2000 u 2005 ma jistgħux jingħataw.
Jista’ l-Ministru jara li d-dawl fil-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi jergħu jinxtegħel, minħabba li tfal u żgħażagħ qed jitħallew jilagħbu filgħaxija b’mod perikoluż?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fil-Qormi Sports and Fitness Park qed isir eżercizzju ta’ verifika fuq il-konsum tad-dawl peress li l-kontijiet qed ikunu iktar għoljin minn norma.
Qormi Sports and Fitness Park – manutenzjoni fuq bandli
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni fuq bandli u apparat ieħor fil-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, minħabba li tfal u żgħażagħ qed jitħallew jilagħbu f’dan il-park b’detriment għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni ta’ dan il-park qed issir b’mod regolari, u kull tiswija li jkun hemm bżonn qegħda ssir.
Qormi Sports and Fitness Park – żamma adekwat tas-siġar
Question
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm żamma adekwata tas-siġar u l-pjanti li jsebbħu l-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, minħabba li bħalissa u f’ħafna okkażżjonijiet qed tirrenja t-telqa u l-abbandun?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Kunsill lokali ta’ Ħal Qormi kien wasal fi ftehim li jieħu ħsieb it-tindif u s-siġar. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Qormi Sports and Fitness Park – manutenzjoni ta’ apparat
Question
Jista’ l-Ministru jassigura li l-Qormi Sports and Fitness Park f’Ħal Qormi, ikollu manutenzjoni tal-apparat u żamma xierqa u nadifa tal-madwar b’mod regolari biex dan il-post tassew jitgawda mill-Qormin u min-nies tal-madwar? Jista’ jgħid għaliex il-Kunsill Malti għall-Isport kien neħħa l-persuni assenjati biex jieħdu ħsieb din il-faċilità? Jista’ jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport għandux kuntratti stabbiliti għall-ħarsien u l-manutenzjoni ta’ din il-faċilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ manutenzjoni qed isir kull darba li jkun hemm bżonn. Dwar il-ħaddiema li kienu jieħdu ħsieb din il-facilità, wieħed talab revocation of detailing u l-ieħor ġie assenjat fuq xogħol ieħor. Madankollu, ta’ kull ġimgħa l-post jiġi ċċekjat minn ħaddiem ta` SportMalta.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv għax il-manutenzjoni ssir mill-ħaddiema tekniċi ta’ SportMalta.
Wara li l-Qormi Sports and Fitness Park ġie żviluppat b’faċilitajiet mill-aqwa fosthom bi klabb u pitch tal-hockey u ieħor tal-boċċi, kif ukoll b’outdoor gym u faċilitajiet oħra li jitgawdew minn tfal, żgħażagħ u adulti, jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi żviluppata l-aħħar parti tal-Qormi Sports and Fitness Park fin-naħa ta' Triq l-Imdina?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-aħħar parti tal-iżvilupp tal-Qormi Sports and Fitness Park kienet suġġett ta' diskussjoni bejn SportMalta u l-Malta Basketball Association, iżda dan l-iżvilupp ma kienx fil-prijoritajiet ta' din l-assoċjazzjoni. Għaldaqstant, l-art ser tiġi rritornata lura lid-Dipartiment tal-Artijiet.
L-Imsida – Sheltered Employment Training – parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jara li barra x-Sheltered Employment Training fl-Imsida, ikun hemm parkeġġ adegwat għall-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru, peress li fil-preżent is-sitwazzjoni qed tiżviluppa f’waħda ta’ perikolu u inkonvenjent għall-persuni indikati kif ukoll għall-qraba tagħhom li jkunu qed iwasluhom fuq il-post?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) diġà talbet lill-Kunsill Lokali tal-Imsida biex il-kaxxa tal-parkeġġ quddiem l-entratura prinċipali tax-Sheltered Employment Training tinżeba’ safra bil-kliem ‘keep clear’. Dan biex il-persuni b’diżabilità li jattendu dan iċ-ċentru jkollhom aċċess għall-imsemmija entratura mingħajr periklu u inkonvenjent.