Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25283 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Dikjarazzjonijiet tal-U.E.

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura segwita meta l-Gvern Malti jiġi miktub jassoċja ruħu ma' dikjarazzjonijiet tal-U.E.? Kemm jingħata żmien minn mindu jirċievi d-dikjarazzjoni, sakemm jintalab jiddikjara jassoċċjax ruħu jew ma dikjarazzjoni partikolari? Meta jsiru statement f'fora internazzjonali bħal Ġnus Magħquda, il-Gvern Malti jkun infurmat bil-quddiem bit-text ta' dawn l-istatements?

Response (BORG, JOE)

It-talba sabiex Malta tassoċja ruħha ma' dikjarazzjoni jew statement tal-U.E. fil-kuntest tal-politika barranija tiġi riċevuta mid-Direttorat għall-Unjoni Ewropea li jieħu ħsieb li, sa fejn u kif meħtieġ, isiru l-konsultazzjonijiet interni neċessarji, qabel ma tintbgħat tweġiba dwar jekk Malta tisseħibx jew le mal-pożizzjoni msemmija. (Fil-każ tal-OSCE, billi t-terminu ta' żmien li jingħata huwa kemm il-darba qasir ħafna, it-test jiġi referut lid-Direttorat mir-rappreżentant Malti għall-OSCE fi Vienna f'każ ta' diffikulta jew dubju). Iż-żmien li jingħataw l-pajjiżi assoċjati biex jagħtu tweġiba jvarja minn sigħat għal ġranet skond fatturi bħal pressjoni ta' ħin, il-materja konċernata u l-organiżazzjoni internazzjonali fejn tkun sejra tittieħed il-pożizzjoni. Meta jsiru stqarrijiet f'fora internazzjonali bħal Ġnus Magħquda, il-Gvern Malti jkun infurmat bil-quddiem bit-test ta' dawn l-istqarrijiet bil-mod kif għadni kif indikajt.
Leg 9 PQ #25284 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tad-dikjarazzjonijiet u statements magħmulin mill-U.E. li għalihom ta l-approvazzjoni tiegħu u li assoċja ruħu magħhom il-Gvern Malti, matul l-aħħar sitt xhur?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li t-testi tad-dikjarazzjonijiet u stqarrijiet mitluba huma, meta meħuda fit-totalita, voluminużi; qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal-pożizzjonijiet li magħhom Malta assoċjat ruħha mill-1 ta' Ottubru 2000 sas-26 ta' April 2001. Il-listi, jibdew mill-pożizzjonijiet l-aktar riċenti, huma mqassmin kif ġej: A. Dikjarazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat tal-Kunsill fi Brussell B. Stqarrijiet magħmula fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York C. Stqarrijiet magħmula fin-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra D. Stqarrijiet magħmula f'organiżżazzjonijiet internazzjonali fi Vjenna, prinċiparjament fl-OSCE. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq jkollu kopja ta' xi dikjarazzjonijiet jew statements partikolari nitolbu jindika liema sabiex dawn jiġu provduti lilu.

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (BORG, JOE)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25054 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni għandu dwar in-numru ta' Maltin miżmuma ġo ħabsijiet barra min Malta? Fejn qed jinżammu?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 24703 li inagħtat fis-seduta numru 529 tal-4 t'April 2001.
Leg 9 PQ #218 Sitting 530 2001-04-23 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta High Commission

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma il-locally engaged people jew personnel fil-Malta High Commission ta' Londra? Meta kienu ngaġġati u x'salarju għandhom?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 218 it-tagħrif mitlub huwa kif jidher hawn taħt: NAME DATE OF EMPLOYMENT ANNUAL SALARY £ stg Mr Alfred Cassar 10/06/81 17,524.92 Ms Bernadette Tirador 16/10/89 17,524.92 Mr Albert Dalli 14/07/97 17,524.92 Mrs Arsenia Reyes 01/02/93 16,753.62 Ms Sandra Ellul 13/06/94 15,075.13 Mrs Purisima Blomqvist 02/01/98 15,075.13 Mr James Cachia 13/07/98 14,203.82 Mr Ranjith Karunaratne 04/06/87 15,668.76 Mr Joseph Zerafa 01/08/96 14,324.76 Ms Maria Giner 01/02/01 15,979.80 Mrs Quin Zhao 10/10/94 6,495.12 Ms Angelica Caceres 03/03/00 6,495.12
Leg 9 PQ #24988 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Financial Control

Question

B'referenza għaċ-chapter 28 Financial Control tal-IGC Conference on the Accession of Malta to the European Union fejn intqal li Malta għandha ċerti riżervi għall-konvenzjoni ewropeja dwar il-ħasil tal-flus, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn ir-riservi?

Response (BORG, JOE)

Malta ffirmat il-Konvenzjoni msejjħa l-"Convention on laundering, search, seizure and confiscation of the proceeds from crime", fil-5 ta' Novembru tal-1998. Malta rratifikat din il-Konvenzjoni fid-19 ta' Novembru tal-1999. Malta għamlet sitt riżervi għal din il-Konvenzjoni: 1. Malta taċċetta li tintrabat sabiex tipprovdi bil-liġi u b'miżuri oħra għall-konfiska ta' meżżi u rikavati jew proprjeta' involuti fir-reati ta' reċiklaġġ ikkuntemplati f'Artiklu 6 tal-Konvenzjoni fil-limiti ta' kif dawn huma speċifikati fil-liġi Maltija relattiva u meta dawn huma klassifikati bħala delitti fl-istess liġi Maltija. 2. Waqt li Malta taċċetta li tintrabat sabiex tagħmel fil-liġi tagħha dawk ir-reati ta' reċiklaġġ ikkuntemplati f'Artiklu 6 tal-Konvenzjoni, dan qiegħda tagħmlu għar-rigward ta' dawk ir-reati predikati jew presupposti (bħala fonti tal-proprjeta' reċiklata) indikati fil-liġi Maltija relattiva. 3. Malta taċċetta li tintrabat sabiex teżegwixxi rikjesti, minn Parti oħra, ta' konfiska a bażi ta' kundanna jew sentenza oħra emanenti mill-istess Parti sal-limiti imposti minn dawk il-prinċipji li jinsabu fil-Kostituzzjoni ta' Malta u dawk il-kunċetti bażilari mħaddna fis-sistema legali Maltija. 4. Waqt li Malta tintrabat li tiffaċilita n-notifika ta' atti bil-miktub b'konnessjoni ma proċedimenti ġudizzjarji tirriserva li tali notifika għanda tgħaddi biss permezz ta' l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li ġie indikat bħala l-Awtorita' Ċentrali f'Malta għall-finijiet tal-Konvenzjoni. 5. Malta tirriserva d-dritt li titlob li r-rikjesti għal assistenza magħmula lilha taħt din il-Konvenzjoni, kif ukoll id-dokumenti li jappoġġjaw tali talba, ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni Ingliża tal-istess rikjesti u dokumenti. 6. L-informazzjoni jew prova provduti minn Malta fl-eżekuzzjoni ta' rikjesta għal assistenza magħmula lilha taħt din il-Konvenzjoni ma tistax, qabel ma Malta tagħti l-kunsens tagħha, tiġi wżata jew trasmessa mill-awtoritajiet tal-Parti rikjedenti f'investigazzjonijiet jew proċeduri oħra mhux speċifikati fit-tali rikjesta. Mehmużin ma din ir-risposta hemm lista ta' dawn ir-riservi kif ġew imwassla minn Malta mal-att tar-ratifika ta' din il-konvenzjoni. Treaty no. 141 : CONVENTION ON LAUNDERING, SEARCH, SEIZURE AND CONFISCATION OF THE PROCEEDS FROM CRIME Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. Malta declares that, in accordance with paragraph 2 of Article 2, paragraph 1 of this Article shall apply only to offences provided for in Article 6 as specified in the relevant domestic legislation and which are classified as crimes under Maltese Law. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 2 Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. Malta declares that, in accordance with paragraph 4 of Article 6, paragraph 1 of this Article shall apply only to the predicate offences specified in its domestic legislation. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 6 Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. Malta declares that, in accordance with paragraph 3 of Article 14, paragraph 2 of this Article shall apply only subject to its constitutional principles and the basic concepts of its legal system. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 14 Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. Malta declares that, in accordance with paragraph 2 of Article 21, judicial documents should be served only through its Central Authority which is: The Office of the Attorney General. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 21 Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. Malta declares that, in accordance with paragraph 3 of Article 25, it reserves the right to require that requests made to it and documents supporting such request be accompanied by a translation into the English language. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 25 Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. Malta declares that, in accordance with paragraph 2 of Article 32, information or evidence provided by it under this Convention may not, without its prior consent, be used or transmitted by the authorities of the requesting Party in investigations or proceedings other than those specified in the request. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 32 Declaration contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl. In accordance with paragraph 2 of Article 23 the Central authority designed in pursuance of paragraph 1 of this Article is: The Office of the Attorney General Attorney General's Chambers The Palace Valletta - Malta. Period covered: 01/03/00 - The preceding statement concerns Article(s): 23
Leg 9 PQ #25031 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn vapuri tal-gwerra fil-portijiet tagħha lejliet u f'jum il-Ħelsien din is-sena u min liema pajjiż kienu?

Response (BORG, JOE)

Lejliet u nhar Jum il-Ħelsien fil-port ta' Malta kien hawn żewġ vapuri Franċiżi, jiġifieri il-Montcalm u La Motte-Picquet, li kienu Malta għal żjara ta' kortesija. Kien hawn ukoll il-bastiment Amerikan La Salle, li kif jaf kulħadd, jinsab fit-Tarzna Maltija għal tiswijiet.

MEUSAC

Question

Peress li d-dokument tan-negozjati dwar l-ambjent kien approvat mill-MEUSAC u kien iffinalizzat, jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-talbiet tal-Gvern Malti għal perjodi ta' tranżizzjoni jew arranġamenti speċjali oħra f'dan il-qasam?

Response (BORG, JOE)

Is-segwenti hija l-lista ta' derogi u perjodi ta' transizzjoni mitluba mill-Gvern fin-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam ma l-ambjent. Kapitlu 22-Ambjent Ż mien Direttiva 98/70/EEC - dwar it-tneħħija gradwali tal- petrol biċ-ċomb 3 snin Direttiva 94/63/EEC - dwar VOC emissions li jirriżultaw mill-ħażna u distribuzzjoni ta' petrol sentejn Direttiva 91/271/EEC - dwar it-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ 6 snin Direttiva 76/464/EEC - dwar ir-rimi ta' sustanzi tossiċi fil-baħar 6 snin Direttiva 98/83/EEC - dwar il-kwalita tal-ilma tax-xorb 3 snin Direttiva 96/61/EEC - I nte grated Pollution Prevention and Control sena Direttiva 88/609/EEC - dwar l-emissjonijiet fl-arja minn impjanti kbar li jiġġeneraw l-elettriku 3 snin Direttiva 96/82/EEC - dwar il-kontroll ta' inċidenti li jinvolvu sustanzi perikolużi 4 snin Regolament 2037/00 - li il- base line , li bih jinħadem it-tnaqqis ta' HCFCs ikun dak tas-sena 2001; u (li applika ukoll għad-Deciżjoni 94/68/EC) rigward l-eliminazzjoni tal- methyl bromide 4 snin Direttiva 94/62/EEC: - dwar il-livelli ta' skart tal-ippakkjar li jrid jiġi riċiklat u re-utiliżżat; - rigward artikolu 7 tal-imsemmi Direttiva; - li tinżamm is-sistema eżistenti fl-ippakkjar ta' xorb mhux alkoħoliku eżenzjoni permanenti 3 snin eżenzjoni permanenti Minbarra dawn it-talbiet, il-Gvern fin-negozjati, ħa l-pożizzjoni li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta żżomm d-drawwiet tradizzjonali dwar il-kaċċa u l-insib li żviluppaw bħala riżultat taċ-ċirkustanzi bio-ġeografiċi tagħha.
Leg 9 PQ #25172 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Prevention of Marine Pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid (b'referenza għall-konvenzjoni 'Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and other matter (1972) (a) Meta Malta iffirmat/aċċediet għaliha? (b) Meta saret parti mill-liġijiet ta' Malta? (c) min hu d-depożitarju? (d) Saru xi dikjarazzjonijiet jew ittieħdu xi miżuri minn Malta?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-mistoqsija numru 25172, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li: a) Malta aċċediet għall-Konvenzjoni 'Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and other matter (1972)' fit-28 ta' Diċembru 1989. b) Il-Kontenut tal-Konvenzjoni msemmija huwa kopert f'Malta permezz ta' Avviż Legali numru: 128/1997 datat 29 ta' Awissu 1997. c) Skond Artikli 17 u 18 tal-Konvenzjoni, id-depożitarji tal-Konvenzjoni huma il-Gvernijiet tal-Messiku, ta' l-Unjoni Sovjetika (USSR), tar-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. d) Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li meta Malta aċċediet għall-Konvenzjoni, il-Gvern Malti ma għamel l-ebda dikjarazzjoni. Il-miżuri li ttieħdu huma kif spjegat fl-Avviż Legali hawn fuq imsemmi.
Leg 9 PQ #24703 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsin Maltin

Question

Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 24158?

Response (BORG, JOE)

Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Maltin li huma mixlija b'reati kriminali u oħrajn li jinsabu jservu sentenza ta' ħabs f'pajjiżi barranin. Nixtieq ngħid lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tinġieb l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' pajjiżi fejn Malta m'għandhiex rappreżentanza.
Leg 9 PQ #24565 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta' mobile phones li ntużaw mill-Ministeru matul l-1999 u s-sena 2000 kien 13 u 10 rispettivament. L-ispiża globali għas-sena 1999 kienet Lm 9,569.62 fil-waqt illi l-ispiża għas-sena 2000 kienet Lm 6,884.67. Fl-istess perjodu, l-Ambaxxati Maltin għamlu użu minn 18-il mobile phone bi spiża ta' Lm6,825.43 matul l-1999 u 28-il mobile phone bi spiża ta' Lm13,688.79 fis-sena 2000.
Leg 9 PQ #24692 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

President Muammar Gaddafi

Question

Jikkonferma l-Ministru li sa l-aħħar ta' din is-sena għandu jżur Malta l-President Libjan Muammar Gaddafi?

Response (BORG, JOE)

Għadhom ma ġewx stabbiliti dati għal żjara f'Malta mill-President Muammar Gaddafi.

Korp Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21677?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett listi li jagħtu t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Il-lista numru wieħed turi l-membri regolari li jiffurmaw parti mill-Korp Diplomatiku li wħud minnhom qed iservu fil-Head Office Malta jew Ministeri oħra u oħrajn fl-ambaxxati. Il-lista numru tnejn turi uffiċċjali oħra li qed iservu fl-ambaxxati. Il-lista numru tlieta turi l-ambaxxaturi akkreditati fuq bażi non-resident. Il-complement attwali u l-gradi huma kif jidhru fil-listi msemmija iżda dan il-complement mistenni jinbidel hekk kif tkompli sseħħ ir-restructuring tal-Ministeru. Fil-fatt bħala parti minn dan il-proċess sar eżami għar-reklutaġġ ta' Second Secretaries u tmienja mill-ħdax li għaddew minn dan l-eżami mistennija jibdew jaħdmu fil-Ministeru minn nhar it-Tnejn 2 ta' April 2001.
Leg 9 PQ #24742 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Proġetti — Għajnuna miċ-Ċina

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22843, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar għotjiet u self li kienu saru mill-Gvern Ċiniż bejn l-1972 u l-1986? Kien hemm xi żjarat minn ministri Laburisti bejn l-1996 u l-1998? Jekk iva, meta kienu u min kienu?

Response (BORG, JOE)

Skond ir-records tal-Ministeru, fl-1972, il-Gvern Ċiniż ta self ta' mitt miljun Yuan Renminbi (16.93 Miljun Lira Sterlina) lill-Gvern Malti biex jgħinu fit-twaqqif ta' proġetti f'Malta, fosthom il-baċir numru sitta fit-Tarzna ta' Malta. Fil-fatt ġie ffirmat Ftehim (Agreement between the Government of the People's Republic of China and the Government of Malta on a Long-Term and Interest Free Loan by China to Malta) fit-8 ta' April 1972 fi Guangzhou, iċ-Ċina. Bejn l-1996 u l-1998, saret żjara fiċ-Ċina mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u Ambjent, l-Onorevoli Dr George Vella. Iż-żjara saret bejn it-30 t'Awissu u t-3 ta' Settembru 1997.
Leg 9 PQ #24749 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konvenzjonijiet/Trattati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-konvenzjonijiet/trattati internazzjonali illi jikkonċernaw "il-Media u l-Minoritajiet" u li Malta hija membru tagħhom, jew iffirmat jew irratifikat?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta ma ffirmat/irratifikat jew aċċediet ebda konvenzjoni jew trattat internazzjonali fuq is-suġġett ta' "il-Media u Minoritajiet" u sa fejn hu nfurmat il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin m'hemmx konvenzjonijiet jew trattati internazzjonali fuq dan is-suġġett ta' "Media u Minoritajiet". Jekk l-Onorevoli Membru qed jifhem konvenzjonijiet jew trattati internazzjonali li jikkonċernaw il-Media u l-Minoritajiet separatament, nixtieq ninformah li Malta ffirmat, irratifikat jew aċċediet għal dawn il-konvenzjonijiet/trattati internazzjonali li ġejjin: 1. Media: a. Council of Europe: i. European Convention on Transfrontier Television (Strasbourg, 1989) ii. Protocol amending the European Convention on Transfrontier Television (Strasbourg, 1998) b. L eague on Nations: i. Convention concerning the Use of Broadcasting in the cause of Peace (Geneva, 1936) c. International Telecommunications Union (ITU): i. International Communications Convention (Malaga Torremolinos, 1973) ii. Optional Additional Protocol to the International Telecommunications Convention (Malaga Torremolinos, 1973) iii. Constitution of the International Telecommunications Union and the Convention of the International Communication Union (Geneva, 1992 as amended in Kyoto in 1994) d. I nternational Maritime Organisation: i. Convention on the International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) as amended (London, 1976) ii. Operating Agreement on the International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) (London, 1976) e. Inte rnational Telecommunications Satellite Organisation (INTELSAT): i. Agreement relating to the International Telecommunications Satellite Organisation (INTELSAT) (Washington, 1973) f. United Nations: i. Co n vention for the Suppression of the Circulation of, and Traffic in, Obscene Publications, concluded at Geneva in 1923 and amended by the Protocol signed at Lake Success, New York in 1947 ii. Agreement for the Suppression of the Circulation of Obscene Publications, signed at Paris in 1910 and amended by the Protocol signed at Lake Success, New York in 1949 iii. Tampere Convention on the Provision of Telecommunication Resources for Disaster Mitigation and Relief Operations (Tampere, 1998) 2. Minoritajiet: a. Council of Europe: i. European Charter for Regional or Minority Languages (Strasbourg, 1992) ii. Framework Convention for the Protection of National Minorities (Strasbourg, 1995)

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1998 l' hawn kemm ġew allokati fondi għal NGO's u korpi kostitwiti bħala parti mir-riċerka u xogħol ieħor konness mas-sħubija ta' Malta fl-EU li dawn għamlu jew qed jagħmlu? F'dan is-sens, jista' l-Ministru jgħid: 1) Kif ġew allokati dawn il-fondi? 2) Min kienu l-entitajiet u għaqdiet oħra li bbenifikaw minn dawn il-fondi? 3) Meta ġew allokati dawn il-fondi? 4) Mill-liema fond dawn il-flus ittieħdu ?

Response (BORG, JOE)

Apparti dawk l-organiżżazzjonijiet rappreżentattivi li ġew allokati somma fissa (il-Federazzjoni tal-Industrija, Kamra tal-Kummerċ, General Workers Union u Unjoni Ħaddiema Magħqudin kwantu għal Lm25,000 kull waħda u il-General Retailers and Traders Union kwantu għal Lm20,000), il-kumplament tal-fondi disponibbli ġew allokati abbażi ta' proposti sottomessi mill-organiżżazzjonijiet nfushom u tal-firxa ta' rappreżentazzjoni tal-entitajiet konċernati. Bi tweġiba għat-tieni u t-tielet mistoqsija, il-fondi allokati mill-Gvern lill-organiżżazzjonijiet rappreżentattivi għas-snin 1999 (l-ewwel sena meta tqassmu dawn il-fondi), 2000 u 2001 huma kif indikati fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-listi jinkludu wkoll il-flus li attwalment tħallsu lill-organiżżazzjonijiet imsemmija jew ġew approvati għall-ħlas sat-23 ta' Marzu 2001. Dawn il-flus huma allokati taħt fond apposta fil-vot tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #24158 Sitting 515 2001-03-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsin Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa f'liema pajjiżi hemm Maltin miżmuma f'ħabsijiet? Fuq liema akkużi huma miżmuma dawk li għadhom mhux qed iservu sentenza? Kemm hemm li qed iservu sentenza u biex kienu akkużati? Kollha għandhom aċċess għall-consular officials ta' Malta?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24158, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #24315 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Work Permits

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif in dettal ta' kemm ingħataw work permits lil barranin, matul is-sena 2000 u 2001? Jista' jgħid kemm tresqu nies akkużati li ħadmu illegalmentu? Kemm minnhom weħlu?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24315, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġett tal-mistoqsija ma jikkonċernax lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #23940 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

TAIEX — Għajnuna

Question

B'riferenza għall-interpellanza parlamentari numru 21723, jista' l-Ministru jgħid meta (sal-lum) il-parlament Malti talab sabiex jibbenefika mill-programm TAIEX

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm tat-TAIEX hu miftuħ għad-dipartimenti tal-Gvern, organiżżazzjonijiet mhux governattivi kif ukoll il-korpi kostitwiti. Talbiet mill-Parlament Malti jiġu nklużi ma dawk magħmula minn dipartimenti tal-Gvern. Sta għall-Parlament Malti li jinforma lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin dwar kwalunkwe talba li jkun irid jissottometti u jfassal programm adegwat għall-ħtiġijiet tiegħu. A bażi ta' dan il-programm, il-Ministeru jissottometti talba għall-għajnuna mit-TAIEX.
Leg 9 PQ #24057 Sitting 507 2001-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Newtralita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien wassal lill-Gvern Malti biex iġedded il-ftehim tan-newtralita' li kellha Malta mal-Unjoni Sovjetika, mar-Russja fl-1993 wara li kien waqa ' l-ħajt ta' Berlin?

Response (BORG, JOE)

L-Onorevoli Interpellant mhux korrett f'li qed jgħid. Fl-1993 sar Protocol bejn Malta u l-Federazzjoni Russa li kien jikkonferma l-validita tal-akkordji kollha li Malta kellha mal-Unjoni Sovjetika, liema akkordji, kellhom ikomplu mal-Federazzjoni Russa. Dan kien Protocol proċedurali, iżjed milli ta' sustanza li jsir meta pajjiż jinbidel f'ieħor. Hekk kien ukoll sar meta iċ-Ċekoslovakkja saret ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka. Jien infurmat li f'ċirkustanzi bħal dawn hija prassi ta' kull pajjiż li jadotta xi proċedura simili.