Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' esproprijazjoni biex jitlesta x-xogħol fi Triq iz-Zahar, H'Attard?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa t-Taqsima tal-Proprjeta' tal-Gvern qegħda fl-istadju li tipprepara l-pjanti neċessarji biex wara jkun jista' jitkompla l-proċess ta' l-espropriju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba tad-Dipartiment ta' l-Artijiet għat-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għall-informazzjoni dwar titlu u dritt ta' l-użu ta' plot ta' ħamrija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab faċċata tad-dar tiegħu? Dan il-plot jinsab b'ħajt minnu jagħti għal fuq Triq iċ-Ċedru.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant waslet għand it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern fid-29 ta' Ottubru 2007 u għadha ma ingħatat l-ebda risposta formali. L-art in kwistjoni hija tal-Gvern u mhix mikrija. L-applikant in kwistjoni ser jirċievi din l-informazzjoni fi żmien ġimgħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi riveduta l-kirja tal-fond f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, billi dan l-aħħar l-inkwilin tilef lil martu li kienet intitolata għall-pensjoni wkoll u b'hekk id-dħul totali naqas?
Response (BORG, TONIO)
Ir-reviżjoni tal-kirjiet tal-fondi residenzjali issir mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Għaldaqstant l-Onor Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kumpanniji ħadmu riklamar u kampanji ta’ informazzjoni għall-mezzi tax-xandir awdjo-viżivi u stampati għan-nom tal-Ministeru/Segretarjat Parlamentari tiegħu u għan-nom ta’ dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u bejn Jannar u Settembru 2007? Kemm kien il-ħlas involut għal kull biċċa xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28645 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn stabilimenti kummerċjali matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 201 rapport ta' serq minn stabbilimenti kummerċjali li seħħew f'Malta u 8 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm90,093 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:-
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28643 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn fabbriki matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 27 rapport ta' serq minn fabbriki li seħħew f'Malta u 4 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm39,525 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:-
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28644 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn fabbriki matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 674 rapport ta' serq minn Bars/Hotels li seħħew f'Malta u 8 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm44,570 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:-
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28646 u jinfurmani kemm ġew rappurtati li saru serqiet minn karozzi u vetturi matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien stmat l-valur misruq? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa xhur* ta' din is-sena, il-Pulizija kellha 1464 rapport ta' serq minn vetturi li seħħew f'Malta u 42 li seħħew f'Għawdex u li fl-istess perijodu il-valur iddikjarat ta' dawn il-każi kien ta' Lm131,385 filwaqt illi d-dettalji ta' matul dawn l-aħħar ħames snin kienu kif jidher hawn taħt:-
Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant, dwar in-numru ta' sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, in-numru ta' applikanti għal kull sejħa, u s-sess u l-eta' tal-persuna magħżula, hi kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l-kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu visas tad-dħul liċ-ċittadini ta' pajjiżi ta' l-Ewropa ta' Lvant mis-sena 2005 sal-lum? Kemm minn dawn irriżultaw li baqgħu hawn wara li skaditilhom il-visa meħtieġa? Kemm minnhom ġew black listed u minn liema pajjiżi huma dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' visas li nħarġu lill-ċittadini ta' l-Ewropa ta' Lvant, ċioe' Russi w Ukreni mis-sena 2005 kien kif ġej:-
Sena
Ukreni
Russi
2005
2,862
19,634
2006
3,445
21,909
2007
*
4,610
23,809
Infurmat ukoll illi n-numru ta' persuni minn dawn l-istess pajjiżi li tkeċċew wara nstabu li kienu Malta illegalment, u għaldaqstant jeħtieġu permess speċifiku sabiex jerġaw jirritornaw Malta, kien kif ġej:-
Sena
Ukreni
Russi
2005
10
20
2006
10
2
2007
*
9
8
*sas-07.11.07
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi mill-awtoritajiet konċernati biex jinbena ħajt li jagħlaq l-open site 44, 45 u 46 fi Triq Belvedere, Gżira li qed jimtela' bi skart, siringi u ġrieden b'inkonvenjenza u periklu għall-ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi qed tittieħed azzjoni mill-Pulizija kif meħtieġ skond il-liġi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' immigranti llegali li hawn f'pajjiżna maqsuma skond in-nazzjonalita'? Kemm daħlu minnhom matul is-sena 2007? Jista' jaqsamhom skond l-istatus li għandhom? X'għajnuna tingħata lilhom mill-gvern u entitajiet oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti irregolari hemm fiċ-ċentri ta’ detenzjoni hu ta’ 1,699 maqsuma skond il-pajjiż kif iddikjaraw mnejn kienu ġejjin, kif elenkat hawn taħt. Minn dawn, fis-sena 2007 daħlu 1,694.
AFGHANISTAN
1
MOROCCO
2
ALGERIA
2
MAURITANIA
2
BENIN
6
NIGER
47
BURKINA FASO
29
NIGERIA
142
CHAD
13
PAKISTAN
2
CONGO
6
PALESTINE
6
ERITREA
212
SENEGAL
21
ETHIOPIA
134
SIERRA LEONE
10
GAMBIA
22
SOMALIA
442
GHANA
130
SUDAN
52
GUINEA
19
SYRIA
2
GUINEA BISSAU
7
TANZANIA
1
IRAQ
5
TOGO
57
IVORY COAST
171
TUNISIA
3
LIBERIA
9
UZBEKISTAN
1
LIBYA
7
ZIMBABWE
1
MALI
135
Waqt li jkunu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, l-immigranti irregolari, minnbarra li jingħataw affarijiet basiċi ta’ kulljum, bħal tlett ikliet kulljum, ħwejjeġ ta’ taħt u ta’ fuq, sapun u affarijiet oħra għal iġene personali, sapun biex jaħslu l-ħwejjeġ, u post fejn jorqdu, dawn jingħataw ukoll ktejjeb li jispjegalhom id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, għajnuna legali waqt l-istadju ta’ l-appell għat-talbiet ta’ status ta’ refuġjat/status umanitarju, telecards kull xaharejn biex iċemplu lill-qrabathom, gazzetti lokali bl-Ingliż ta’ kuljum, aċċess għall-NGOs, kif ukoll blalen tal-football, basketball u volley ball.
Dwar l-immigranti irregolari li jinsabu f'ċentri oħra, nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-proprjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex proprjeta' tal-gvern jew Joint Office?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern (inklużi dawk tal-Uffiċċju Konġunt) il-proprjetajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant m'humiex tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn mindu beda s-servizz ta' Childnet kemm-il rapport ressqu l-Aġenzija Appoġġ lill-Pulizija rigward abbużi fuq l-internet? X'passi ttieħdu mill-pulizija dwar dawn ir-rapporti? Kemm kien hemm persuni li tressqu quddiem il-Qorti minħabba dan ir-reat gravi u x'sentenzi ngħataw mill-ġudikatura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena il-Pulizija rċeviet 29 rapport mill-Aġenzija Appoġġ dwar rapporti li kienu waslu għandha permezz tal-hotline (179) fuq allegati abbużi ta' tfal fuq l-internet. Wara li dawn ir-rapporti kollha ġew investigati mill-Pulizija, ma rriżultax li kien hemm lok għall proċeduri kriminali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (BORG, TONIO)
It-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27659 għadha tgħodd.
Ċertu triqat f'Ta' Xbiex għadhom ikunu frekwentati minn nisa għal tlajjar, jista' l-Ministru jinfurmani l-miżuri li ttieħdu biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jgħixu bil-kwiet, f'ambjent normali u jistgħu joħorġu bil-familji tagħhom? Jistgħu jkun hemm rondi minn pulizija minn barra d-distrett u użu tal-mobile police station f'dawn l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ta' l-Iskwadra ta' kontra l-vizzji, regolarment jagħmlu spezzjonijiet fl-inħawi msemmija u kull fejn jirriżulta li jkun hemm xi abbuż jittieħdu dawk il-passi kollha skond il-liġi. Infurmat ukoll illi b'riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet matul din is-sena il-pulizija ħarġet 122 akkuża quddiem il-Qorti fuq tlajjar għall-prostituzzjoni fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk hux possibli li l-Għaqda Kulturali Maltija - Taljana "Club Italia - Malta" tinstabilha sede akbar milli għandha fi Blk 2A, Gżira Complex, Gżira għaliex dan sar żgħir wisq għall-bżonnijiet ta' l-għaqda msemmija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-viċinanza tal-post attwali li għandha l-Għaqda Kulturali Maltija-Taljana m'hemm l-ebda proprjeta' tal-Gvern li mhix mikrija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.