Jistaż il-Viċi Prim Ministru jara li tiġi ċċekjata l-pensjoni li qed tintbagħat lill-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, peress li qed jgħid li qed jirċievi anqas milli suppost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-25 ta' Novembru, 2003 qalulha mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li se tirċievi s-somma ta' Lm25.85 fil-ġimgħa u mbagħad fit-3 ta' Jannar, 2004 qalulha li se tirċievi s-somma ta' Lm23.60?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.
Jista' il-Viċi Prim MInistru jgħid fiex inhu l-każ ta' housing soċjali li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li issa ilu aktar minn erbgħa snin pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat flimkien ma’ każijiet oħrajn li għandu pendenti quddiemu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-gvern jaddotta politika li jneħħi mill-qasam tax-xogħol kull diskriminazzjoni li għad hemm kif jiġu ttrattati koppji miżżewġa u koppji li jikkoabitaw (bħal fil-każ ta' benefiċċji li jikkwalifikaw għalihom fl-impjieg tagħhom l-imsieħba ta' koppji miżżewġa iżda mhux l-imsieħba ta' koppji li jikkoabitaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-benefiċċji relatati mal-qasam tax-xogħol jingħataw għaliex il-persuna tkun qed taħdem u mhux għaliex għandha stat ċivili partikolari. Għalhekk ma naqbilx mal-premessa li hemm fil-mistoqsija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm każi li qed jiġu ttrattati quddiem it-tribunal industrijali? Kemm hemm minnhom li huma sospiżi? X'inhuma r-raġunijiet għal din is-sospensjoni? Meta hemm il-ħsieb li dawn il-każi jkomplu jiġu mismugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
L-imsieħba ta' koppji li jikkoabitaw għandhom l-istess drittijiet għal urgent family leave li għandhom dritt għalih l-imsieħba ta' koppji miżżewġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dritt għall-leave urġenti għal raġunijiet ta’ forza maġġuri hu regolat bil-provedimenti tar-Regolamenti ta’ l-2003 dwar Leave Urġenti tal-Familja li ġew ippubblikati b’Avviż Legali Nru. 296 ta’ l-2003. Sub-regolament (3) ta’ Regolament 4 ta’ dawn ir-Regolamenti jiddefinixxi b’mod ċar il-parentela bejn l-impjegat u l-persuna li tkun teħtieġ il-preżenza ta’ dak l-impjegat biex ikun hemm dritt għal dan il-leave.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex it-tfajla ta' 15-il sena li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha tarbija b'ċertifikat tat-twelid unknown father qed jiġu miċħuda lilha l-benefiċċji li hi ntitolata għalihom? Għaliex id-dipartiment qed jinsisti li jkompli jabbuża b'dan il-mod li jispiċċa jdaħħal lil din it-tfajla f'iżjed spejjeż legali biex tfittex id-drittijiet tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartment tas-Sigurta’ Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u ser jinfurmha bid-deċiżjoni li tittieħed.
Irrid ngħid li d-Dipartiment imsemmi għandu mhux biss id-dritt imma wkoll id-dover li jagħmel dawk l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jassigura li ma jkunx hemm abbużi fit-teħid ta’ benefiċċji soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed ikompli jżomm għal xhur sħaħ lid-dipartiment milli joħroġ il-benefiċċji li hi ntitolata għalihom il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija marida serjament u qed tiddependi għal kollox fuq il-pensjoni minima ta' ommha li tgħix magħha għall-ispejjeż tal-ħajja u tal-mediċina u dan qed iżommha f'sitwazzjoni ta' tbatija kbira, kemm lilha kif ukoll lill-ommha armla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qiegħed fi stadju ta’ appell quddiem l-Arbitru. Il-persuna konċernata tiġi nfurmata bid-deċiżjoni meta din tittieħed mill-Arbitru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru, 2003 kemm kien hemm: a) anzjani li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare u kemm minnhom kienu eżenti li jħallsu l-kera tiegħu; b) persuni bi bżonnijiet speċjali li kienu qed jagħmlu użu mis-servizz tat-telecare?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Belt Valletta — Ċentru ta' customer service għall-anzjani
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-post fil-Belt Valletta akkwistat mid-dipartiment ta' l-anzjani u servizzi fil-komunita' fl-2002 biex iservi bħala ċentru ta' customer service għall-anzjani u li kellu jkun lest sa Ġunju tas-sena l-oħra, għadu ma nfetaħx? Jista' jgħid meta dan iċ-ċentru se jibda jaqdi l-funzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-post indikat mill-Onor. Interpellant waqa’ ftit lura peress li hemm permessi pendenti mill-MEPA.
Ninsab infurmat ukoll li dan iċ-Ċentru mistenni jinfetah aktar tard din is-sena.
Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
Billi kif jidher ċar mir-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari 3728 dwar l-ammonti ta' flus lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali għadda lill-welfare committee fis-snin 2000 sa l-2003, hemm diskrepanza kbira għas-sena 2002, meta mqabbla mas-sena 2001 u mas-sena 2003, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti istruzzjoni lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jagħmel reviżjoni totali tal-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani għas-sena 2002 għaliex hu evidenti li din id-diskrepanza hija ta' madwar Lm250,000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija ser tingħata f’xi Seduta oħra.
Billi fl-estimi ta' l-aħħar budget taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali, Vot 5029 Residential case in private homes, ġie miżjud b'Lm200,000 (mill-Lm150,000 għal Lm350,000) li jfisser li d-dipartiment ta' l-anzjani jista' jakkomoda madwar 100 anzjan oħra permess tal-public private partnership scheme, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-anzjani jistax jakkomoda daqstant anzjani fiż-żewġt idjar privati ta' l-anzjani li kienu magħżula sentejn ilu? Jekk le, x'passi se jieħu d-dipartiment ta' l-anzjani biex jintlaħaq dan l-iskop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nikkonferma li ż-zieda fil-Vot indikat mill-Onor. Interpellant hi ntenzjonata biex ikun hemm żieda fis-soddod għall-anzjani li l-Gvern jixtri mingħand is-settur privat.
Ninsab infurmat ukoll li f’dan ir-rigward id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’ ħa l-passi biex jippubblika sejħa għall-interess bil-ħsieb li jkun hemm aktar djar għall-anzjani fil-privat li jipparteċipaw f’din l-iskema.
Sigurta' Soċjali — Persuni ntitolati għall-karta r-roża
Question
Jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ntitolati għall-karta r-roża matul is-sena 2003? Kemm kien hemm minn dawn il-persuni sa l-aħħar ta' Jannar 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2003 kien hemm 11,135 applikazzjoni għall-Karta r-Roża li minnhom ġew aċċettati 10,970.
Sa l-aħħar ta’ Jannar 2004 kien hemm 821 applikazzjoni għal din il-Karta, li minnhom ġew aċċettati 805.
Sigurta' Soċjali — Diskriminazzjoni ma' koppji li jikko-abitaw
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-oqsma fejn koppji li jikko-abitaw għadhom isofru diskriminazzjoni meta mqabbla ma' koppji miżżewġa? Xi pjan ta' ħidma hemm biex din id-diskriminazzjoni titneħħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-politika tal-Gvern Nazzjonalista ma tikkonsidrax koppji miżżewġa u koppji li jkunu qed jikkoabitaw bħala l-istess. Għaldaqstant, ma tistax titkellem fuq diskriminazzjoni bejn żewġ sitwazzjonijiet li huma differenti ħafna.
Sigurta' Soċjali — Każ dwar żewġ persuni li qegħdin bir-relief
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed fil-konfront tal-persuna indikata bħala persuna 'A' separatament meta din qegħda bir-relief u tbiegħ il-ħut fil-pjazza tax-Xagħra, Għawdex u dan mis-7.00 a.m. sad-9.30 a.m. u wkoll fil-konfront tal-persuna ndikata bħala persuna 'B' separatament li tbiegħ il-ħut mit-8.00 a.m. sa xi d-9.30 a.m. iż-Żebbuġ, Għawdex u wara tkun Ta' Sannat u l-Munxar?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-koperattivi? X'kompetenzi għandhom f'dan il-qasam u x'remunerazzjoni qed jieħdu?
Min huma l-membri tal-fond ċentrali tal-koperattivi u x'remunerazzjoni qed jieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.