Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 29090 li originarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita` u issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-aħħar ftehim kollettiv li sar ftit taż-żmien/ġranet ilu mat-tobba u n-nurses?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ l-aħħar Ftehim Kollettiv li sar mat-Tobba u n-Nurses.

Inspections f'ħwienet tad-deheb

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-inspections saru fil-ħwienet tad-deheb mill-ispetturi tal-konslu mill-1 ta' April 2004 sal-lum? Kemm inġabar xogħol minn dawn l-inspections? X'verifiki qegħdin isiru fuq il-kwalita' tad-deheb li jiġi mpurtat f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ April 2004 sas-17 ta’ Diċembru 2007, il-konslu għamel mija u tmienja u erbgħin (148) spezzjoni fil-ħwienet tad-deheb u nġabru sittin (60) oġġett tad-deheb u l-fidda. Dan minkejja li l-perijodu bejn l-1 ta’ April 2004 u l-ewwel ta’ April 2006 kien stipulat bħala perijodu ta’ transizzjoni li fih id-deheb imbullat skond l-ordinanza preċedenti għall-Att kienu għadu legali. F’dawn l-ispezzjonijiet oġġetti maħduma lokalment kif ukoll impurtati jiġu eżaminati bir-reqqa filwaqt li l-oġġetti miġbura għall-verifika u assaġġ jinkludu kemm oġġetti ta’ manifattura lokali u kemm oġġetti mpurtati.

Ħlas ta' bolla lura

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 29020 u 29199 u jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament u li hi armla tingħata lura l-ħlas tal-bolla għax din mhux suppost li tħallset?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-talba għall-ħlas saret fis-27 ta' Novembru, 2007 u qed tiġi kkonsidrata.

Sptar Mater Dei — Xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fl-iSptar Mater Dei jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew iqumu x-xogħlijiet, kull tip ta' xogħol separtament: i.e. kostruzzjoni, waterproofing, elettriku, ilma, drenaġġ, madum ta' l-art, madum tal-ħajt, sanitary set and fittings, tikħil, tibjid u bini, airconditioning, aperturi ta' barra u ta' ġewwa, irħam etc nkluż l-għamara, l-apparat mediku u l-IT equipment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fuljett

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29047, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex dan l-istess fuljett tqassam fid-djar ta' Għawdex kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29047.

Liġi tal-Health and Safety

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29211 u jgħid jekk sarx risk assessment fid-dipartimenti u d-dekasteru tiegħu skond kif titlob il-liġi tal-health and safety f'każ li bini partikolari jkun okkupat b'aktar minn għaxar persuni? Jekk fl-affermattiv, f'liema dipartimenti sar tali risk assessment u tista' kopja tiegħu titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra? F'liema dipartimenti ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 28829, 28950 u 29205 u jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat? Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll? Meta sar il-handing over ta' l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Skanska għadha ma tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat. L-ebda ammont tal-garanzija bankarja li ġiet provduta mill-SMJV bħala garanzija tar-‘retention money’, ma ġiet rilaxxata sal-lum. Il-handing over ta’ l-isptar sar fit-28 ta’ Ġunju 2007.

Programmi ta' taħriġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28742 u għall-fatt li Lm17.7 miljun ġew allokati għall-programmi ta' taħriġ li ġew allokati għalihom l-istess fondi, jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29207 u jgħid kemm inħolqu mpjiegi full time bħala riżultat ta' l-istess taħriġ min kienu l-entitajiet jew aġenziji privati u jew pubbliċi li mplimentaw dawn l-programmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fondi mill-UE

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28742 jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29208 u jgħid kif intnefqu u f'liema proġetti ġew vvotati/usati s-somma lump sum ta' aktar minn Lm112 miljun li sal-lum Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-somma lump sum ta’ Lm112 miljun hija kumpens għal baġit li ġiet trasferita fil-vot tad-dħul tal-Gvern, u liema somma m’hi abbinata ma l-ebda proġett.

Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidli kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fl-aħħar ta' kull sena mill-1999 'l hawn ma' dipartimenti, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet oħra tal-Gvern f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħrieqi u mediċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29189 u jekk jogħġbu, jgħidli min hu responsabbli mill-għajnuna li kienet tingħata lill-ommijiet li jkollhom numru ta' trabi f'daqqa aktar min normal, bħal fil-każ ta' quadruplets, f'assistenza li kienet tingħata fi ħrieqi u mediċini lil dawn l-ommijiet? Staqsejt lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' (PQ 28929) u qalli biex nirriferi l-mistoqsija lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali u meta staqsejt lill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali (PQ 29072) din qaltli biex nirreferi l-mistoqsija lill-ministeru konċernat.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kumitati tal-kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29247 u jgħid jekk l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea kitbux rapporti evalwattivi u kritiċi tal-proċeduri użati minn kumitati tal-kuntratti f'pajjiżna dwar ħruġ u għoti ta' kuntratti f'pajjiżna din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fund For Good Causes

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29256 u cioe' : B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għal mistoqsija parlamentari 27278, jista' jgħid jekk huwiex ċert li t-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 29129 hija sħiħa u li m'hemmx partijiet li tħallew barra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27848.

Hal Far

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27334 u 27581 u jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt il-proposta lill-Awtorità dwar it-Transport għal konsiderazzjoni tagħha.