Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għad-dħul fil-home għall-anzjani ta' Bormla? Minn liema lokalita' ġejjin? Minn min hu magħmul il-bord li jiddeċiedi min jidħol f'din il-home? Kull meta jiltaqgħu? Kemm-il każ jaraw kull darba? X'inhu l-kriterju biex l-anzjani jiġu kklasifikati top priority, priority u not urgent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-waiting list għad-dar ta' l-Anzjani Bormla hu ta' 173. L-applikanti huma minn dawn il-lokalitajiet: Birgu, B'Kara, Bormla, Fgura, Floriana, Gudja, Isla, Gżira, Kalkara, Kirkop, M'Scala, Msida, M'Xlokk, Naxxar, Paola, Qormi, Rabat, San Ġwann, Sannat, Siġġiewi, Santa Luċia, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq.
Il-Bord ta' l-għażla għad-dħul fid-Djar ta' l-Anzjani (inkluża id-Dar ta' Bormla) u San Vinċenz de Paul hu magħmul minn dawn il-membri:
Chairman
Is-Sur Salvu Sciberras
Membri
Dr Frank Bartolo, Dr Ronald Fiorentino, is-Sinjura Bernardette Psaila, is-Sinjura Faustina Sammut u s-Sur Remigio Zammit
Segretarja
Is-Sinjura Jessica Calleja
Il-Bord normalment jiltaqa kull ġimgħa. Normalment f'kull sessjoni l-Bord jara madwar 30 applikazzjoni, iżda n-numru jvarja 'l isfel jew 'l fuq skond il-kumplessita' tal-każi.
Il-kriterji li l-Bord juża biex jipprioritiżża l-applikazzjonijiet huma dawk mediċi u soċjali u jiġu klassifikati urġenti, għolja u baxxa. F'kaz li l-applikant ma jkollux il-kriterji minimi soċjali u mediċi, l-applikazzjoni tiġi rifjutata.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li pazjenti li jsofru mill-marda kronika tal-Fibromyalgia, jingħataw id-dritt li jibbenefikaw minn mediċini b'xejn maħruġin fuq il-Kartuna s-Safra? Dan peress li din hija marda kronika li tinvolvi teħid ta' mediċini kontinwu, u ta' spiss minħabba l-istess marda l-pazjent jitlef l-impjieg tiegħu u għaldaqstant ma jkunx jaffordja jixtri l-mediċini li jkollu bżonn? Jista' jikkonsidra li lil dawn il-pazjenti jintbagħtilhom it-trasport ta' l-isptar meta jkollom xi appuntament fid-dipartiment ta' l-out patients?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-suggeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi kunsidrat ma talbiet oħra simili. Trasport lejn l-isptar ma jiġix provdut a bażi ta' dijanjożi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kollettiv sar man-nurses u l-midwives mill-1988 sal-lum? Kemm minnhom saru mill-Malta Union of Midwives and Nurses? Kemm kienet il-paga ta' enrolled nurse u ta' staff nurse fl-1988 u kemm hi llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1998 sal-lum saru erba' (4) Ftehim Kolletiv. Tlieta minnhom saru mill-MUMN.
1988
2007
Enrolled Nurse
Lm2575
Lm6767 *
Staff Nurse (BSc)
Lm2962
Lm7287 **
* Il-paga bażika ta' Enrolled Nurse (massimu ta' Skala 55)
** Il-paga bażika ta' Staff Nurse (massimu ta' Skala 9).
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija 28572 u jgħid kif jista' wieħed jiġġustifika l-fatt li persuni ntitolati għall-mediċina Stalevo għal nies li jbatu bil-Parkinson's Disease qed ikunu nfurmati mill-ispiżerija ta' l-isptar li din il-mediċina, li tiswa madwar Lm30 lil kull persuna fix-xahar (Lm15.06 kull pakkett), qed ikunu out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Stalevo ġie ntrodott fuq bażi protocol regulated f'Mejju 2007 u għaldaqstant id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern beda jixtri din il-mediċina għall-pazjenti partikolari skond il-protokol stabbilit. Minħabba żieda fin-numru ta' pazjenti ntitolati kien hemm nuqqas temporanju. Fid-29 ta' Ottubru daħlet il-kunsinna ta' Stalevo u din tqassmet l-Ispiżerija tal-Isptar (OPD), Għawdex GGH u l-SVPR l-għada.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-messaġġiera fl-isptar li jinsabu fi skala 17, jkunux jistgħu fil-ġejjieni qarib joqogħdu għal xi eżami intern jew interview ħalli javvanzaw fil-grad tagħhom? U jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta dan mistenni jsir? U jekk hux ser ikun sempliċi interview jew anke internal exam wkoll?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond il-ftehim mal-Unions tal-1994 persuni fil-grad ta' messaġġier jibdew fi skala ta' salarju nru.18 u jitla għal skala ta' salarju nru. 17 wara ħames snin ta' servizz sodisfaċenti. Il-grad ogħla ta' wara dan huwa dak ta' Senior Messenger li jimtela skond paragrafu 2.2 ta' l-istess ftehim indikat hawn fuq. Il-proċedura biex jimtlew il-postijiet fil-grad ta' Senior Messenger tinbeda mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw tilqim ta' l-influwenza staġjonali s-sena li għaddiet? Kemm kien hemm tilqim li kellu jew se jkollu jintrema' minħabba li ma ntuzawx? Kemm hu l-valur tat-tilqim li ntrema' jew se jkollu jintrema'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi ta' l-ammont ta' tilqim li ngħata fis-sena 2005, fis-sena 2006 inxtraw110,000 tilqima ta' l-influenza, u li minnhom ma ntużawx 40,000. Il-prezz ta' kull tilqima kien ta' 3.90ewro (Lm1.67).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28410 li saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġu nvestigati lmenti li d-disposable nappies li jingħataw lill-persuni diżabbli huma ta' kwalita' nferjuri ħażina ħafna u jitqattgħu malajr? Jistgħu jingħataw disposable nappies tajbin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-każ ta' disposable nappies li jingħataw lil persuni b'diżabilita, mit-Tnejn 22 ta' Ottubru hemm kuntrattur differenti bi prodott differenti ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid eżatt x'se jsir mill-isptar Boffa 'il quddiem? Jista' jiċħad jew jikkonferma li hemm il-ħsieb li dan l-isptar jingħata lil xi kuntrattur privat minflok flus li għandu jieħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min hu dan il-kuntrattur u kemm għandu jieħu fi flus?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli għall-marda psoriasis jiġux mogħtija mill-Health Department? X'irrid issir biex wieħed jieħu dawn il-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Extensive psoriasis hija kundizzjoni li taqa' taħt is-Schedule V u għalhekk il-mediċini biex jittrattaw din il-kundizzjoni jiġu provduti mill-Gvern u jingħataw b'xejn skond il-lista tal-formularju u l-protokolli li jinsabu fis-sit ta' l-internet tan-National Medicines Policy and Audit Unit (http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=739).
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Nefqa fuq petrol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq petrol matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu u l-uffiċjali li huma ntitolati għall-petrol imħallas mill-Gvern huma dawn:
Ministeru
Dekasteru
Entitajiet
Nefqa (Jannar - Marzu)
Lm600
Lm1,555
Lm289
Uffiċjali
Head of Secretariat
Director Elderly
General Manager ZCH
Private Secretary
Permanent Secretary
Executive Officer MCH
Assistant Private Secretary
DG (Health)
CEO Medicines Authority
Director Corporate Services
Director Finance & Administration
Director GPS
Director Policy & Planning
Director Institutional Health
Director EU Affairs
Director Nursing Services
Director Health Promotion
Director Public Health
Superintendent SLH
Director Information Management & Technology
Adviser
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Propjeta'
Użu
Sid (mhux il-Gvern)
Ħlas Lm
Stores tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern (GPS)
Stores - Marsa
Marina Milling & Grain Handling Ltd.
Ċentru ta' Matul il-Jum tad-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Ċentru ta' Matul il-Jum - B'Kara
Kunsill Lokali B'Kara
Ċentru ta' Matul il-Jum tad-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Ċentru ta' Matul il-Jum - Mosta
Kunsill Lokali Mosta
Ċentru ta' Matul il-Jum tad-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Ċentru ta' Matul il-Jum - B'Bugia
Kunsill Lokali B'Bugia
Ċentru ta' Matul il-Jum tad-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'
Ċentru ta' Matul il-Jum - Ħad-Dingli
Kunsill Lokali Dingli
Uffiċċji tat-Telecare
Sezzjoni Telecare - Santa Venera
Telecare Conservatorio Vincenzo Bugeja
Ċentru Ċiviku B'Kara
Ċentru tas-Saħħa B'Kara
Kunsill Lokali B'Kara
37-39 Rue D'Argens Msida
Dipartiment tas-Saħħa Pubblika
Messrs Spiteri / Falzon
'Antonio' Triq Nani, Ta' Xbiex
Food Safety Unit
Robert Randle
32 Triq il-Qalb ta' Ġesu, Santa Venera
Spiżerija
Portanier Bros
'St Helen' Triq in-Naxxar, San Gwann
Berġa
Josephine Catania
21 Triq Balbi, Marsa
Spiżerija
Carmelo Micallef
53 Triq il-Parroċċa, Ħaż-Żebbuġ
Uffiċċju tas-Saħħa
Maria Stella Felice
Pjazza M. Scicluna, Gżira
Ċentru tas-Saħħa - Gżira
Maltapost
Total
77,978
Barraminhekk, il-Ministru jagħmel użu minn diversi propjetajiet tal-Gvern u li l-kera fuqhom tammonta għal Lm492,827 fl-ewwel tlett xhur.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jibgħat lil xi ħadd jispezzjoni l-kċina ta' San Vincenz De Paule għaliex minn informazzjoni li għandi hemm min ra minn erba' sa ħamest iġrieden jiġru qalb l-apparat u l-akkwati tal-kċina? Dan huwa każ serju u inaċċettabbli għax l-anzjani jixirqilhom l-aħjar għal saħħithom.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Spezzjonijiet fil-kċina ta' San Vinċenz de Paul isiru regolarment mill-Health Inspectors u anke minn min hu responsabli mill-kċina. Trattamenti kontra l-ġrieden u insetti isiru b'mod regolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu barranin fl-iSptar San Luqa din is-sena sal-lum? Minn liema pajjiż ġew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm ħmistax -il mewt ta' barranin fl-isptar San Luqa sa Awissu ta' din is-sena. Dawn ġew mill-pajjiżi li jidhru fit-tabella ta' hawn taħt:
Pajjiżi tat-twelid
Numru ta' mwiet
Renju Unit
11
L-Amerika
1
Irlanda
1
Franza
1
Polonja
1
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28062 u 27558 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' nursing aids Għawdxin li hemm Malta bis-seniority, bid-data tal-appointment tagħhom fil-grad ta' nursing aid u bil-post tax-xogħol tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fil-lista jidher li hemm xi persuni li għalkemm jidhru lura fil-lista ta' priorita' dawn ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex. Ir-raġuni hi li bejn it-13 ta' Ottubru 1997 u l-5 ta' Settembru 1998 kienu ntbagħtu numru ta' persuni ġewwa Għawdex mingħajr ma ngħatat kunsiderazzjoni tal-lista ta' priorita'.
Hemm ukoll 4 persuni li ntbagħtu Għawdex bejn is-7 ta' Diċembru 1998 u l-14 ta April 2003 li żewġ każi minnhom intbagħtu hemm temporanjament minħabba raġuni umanitarja waqt li tnejn oħra kienu fuq quddiem nett tal-lista.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27609 u jgħid kemm hija l-ispiża totali li tinvolvi l-gvern l-ispiżeriji ta' l-outpatients? Kemm hija l-ispiża totali tal-mediċini li jitqassmu mill-outpatients? Kemm hija mistennija li tkun l-ispiża totali meta tidħol is-sistema ta' l-ispiżerija ta' l-għażla tiegħek?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-valur tal-mediċini li ħarġu mis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern (GPS) matul is-sena 2006 lill-ispiżeriji (outpatients) tal-Health Centres f'Malta u l-isptar San Luqa jammonta għal Lm9,489,283.
Skond il-Memorandum of Understanding, il-Gvern iħallas Lm8 fis-sena għal kull reġistrat ma' spiżerija privata matul l-ewwel sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet qed jingħataw mill-istituzzjonijiet tas-saħħa tal-gvern għal dawk li jbatu mid-dimentia? Dawn il-pazjenti qegħdin jingħataw il-mediċina Exclon b'xejn? Jekk le, x'qed jingħataw bħala għajnuna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Pazjenti bid-dementia jingħataw il-kura u l-attenzjoni personali li jinħtieġu skond in-natura u l-gravita' tal-marda tagħhom. Il-mediċina msemmija mill-Onor. Interpellant mhijiex fuq il-formularju u għalhekk ma tistax tingħata b'xejn.