Jista' il-Ministru jgħid kemms saru operazzjonijiet u kemm saru testijiet fil-privat fuq pazjenti riferuti mill-konsulenti tal-gvern? X'kienu dawn u kemm swew lill-gvern din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Din is-sena saru b'kollox sitta u għoxrin test fil-privat fuq pazjenti riferuti mill-konsulenti tal-gvern li minnhom ħamsa u għoxrin kienu MRI Scans u wieħed CT Scan.
S'issa tħallsu Lm928 ta' żewġ MRI Scans u wieħed CT Scan.
It-tlieta u għoxrin l-oħra saru kollha dan ix-xahar kemm ilha wieqfa għall-upgrading l-MRI Scanner u kontijiet għadna ma rċevejniex.
Jista’ il-Ministru jgħid meta se tissewwa l-MRI ta’ l-isptar San Luqa minħabba li tinsab bil-ħsara? X’inhi r-raġuni ta’ dan id-dewmien sabiex tissewwa din il-makna, b’konsegwenza li qed ibatu l-pazjenti?
Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Monte Carmeli — EMS stores - Ħaddiema li ħadmu s-sahra
Question
Jista' il-Ministru jgid kemm sar overtime din is-sena fl-EMS stores, fl-isptar Monte Carmeli? Kemm-il persuna ħadmet l-overtime u kemm tħallsu? Kien hemm impjegati oħra f'din is-sezzjoni li m'għamlux overtime din is-sena? Kemm-il siegħa ħadmu kull persuna individwalment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L- overtime li sar fil-maintance stores fl-isptar Monte Carmeli matul is-sena 2003 sal-25 ta' Novembru huwa ta' tmintax-il siegħa. Persuna waħda ħadmet dan l-overtime u tħallset Lm 74.60. Hemm tlett impjegati oħra f'din is-sezzjoni li m'għamlux overtime.
Sptar San Luqa — Persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni
Question
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2989 u cioe' kemm hemm nies jistennew biex issirilhom operazzjoni fl-isptar San Luqa, qasam b'qasam u kemm hu l-iżjed li ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra peress li tirrikjedi ammont sostanzjali ta ġbir ta' informazjoni.
Jista' il-Ministru jgħid fejn qiegħda fil-waiting list il-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jixtri qabar? Jista' jgħid kemm se jitħaffru oqbra u għal kemm ħarġu permessi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema ċimiterju tal-Gvern qiegħed jirreferi u l-acknowledgement number ta' l-applikazzjoni tal-persuna indikata.
Jsita' il-Ministru jgħid kemm ġew nurses mill-Gran Brittanja mal-visiting surgeon Dr. Lehowsky sabiex jieħdu ħsieb tal-pazjenti qabel u wara l-operazzjoni? Jista' jgħid ukoll dawn kemm jitħallsu?
X'inhi r-raġuni li nurses Maltin mhux qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol? Jista' jgħid jekk dawn l-operazzjonijiet humiex aktar diffiċli u kumplessi minn oħrajn li jsiru fl-isptar San Luqa? Nistgħu nħarrġu nurses Maltin sabiex fil-każ jagħmlu huma dan it-tip ta' xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' nurses li ġew mill-Gran Brittanja huma sitta.
Dawn jitħalsu ħamsa u għoxrin lira Sterlina fis-siegħa.
In-nurses Maltin ma jagħmlux dan it-tip ta' xogħol, għaliex in-nurses trenjati fl-ITU/HDU huma limitati.
Dawn l-operazzjonijiet isiru minn specjalisti barranin għaliex il-"catchment population" tagħna hija żgħira.
Jista' il-Ministru ġentilment jara li tinstab soluzzjoni għall-fatt li n-nursing managers li jkunu on duty fl-isptar San Luqa ta' spiss qed jaqilgħu ċitazzjoni għax idaħħlu l-karozza tagħhom ġewwa l-isptar?
Billi jien informat li hemm nursing managers li diġa' qalgħu ħames ċitazzjonijiet waqt li jkunu jaqdu dmirhom fl-isptar, possibbli id-diviżjoni tas-saħħa tipprova ssib soluzzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fi żmien qasir in-Nursing Managers se ikollhom parking lots allokati għalihom.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istaff taċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jieħdu leave u sick leave bl-addoċċ? Jista' jgħid jekk hux minnu li hemm min jiffirma u ma jidħolx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-istaff taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi jieħu l-leave tiegħu wara li jagħmel it-talba bil-miktub lin-Nursing Officer jew lid-Deputy Nursing Officer. In-Nursing Officer jagħmel it-talba tiegħu lid-Departmental Nursing Manager u dan irid jiġi approvat.
Riġward is-sick leave d-dipartiment ma għandu l-ebda kontroll fuq kemm jittieħed, biss isir kontrol b'verifikazzjoni ta' sick leave minn tobba ta' kumpanija privata.
Fuq jekk hux minnu li hemm min jiffirma u ma jidħolx jista jingħad li dan l-aħħar kien hemm każ wieħed u li ttieħdu l-passi dixxiplinarji kontra l-impjegat immedjatament.
Jekk l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni differenti nitolbu jgħaddijieli b'mod kunfidenzjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm twieldu trabi minn tfajliet taħt is-16-il sena bejn Jannar u Ottubru 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu informazzjoni nazzjonali fuq it-twelid ta' trabi lil ommijiet (Maltin jew mhux Maltin). L-istatistika għal din is-sena, kif miġbura permezz tas-sistema National Obstetric Information System (NOIS), hija aġġornata sa l-ewwel sitt xhur tas-sena.
Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena (2003) kienu reġistrati total ta' seba' (7) ommijiet li welldu seba' (7) trabi f'Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid huwiex konxju minn reklamar li qed isir fuq stazzjon tar-radju - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - minn kumpannija - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu wkoll separatament - li qed tirreklama prodott li jkabbar is-sider tan-nisa? Jista' jgħid jekk dawn ir-reklami għandhomx l-awtorizzazzjoni meħtieġa mid-dipartiment? Huwa etikament aċċettabbli li l-pubbliku jingħata informazzjoni minn impjegati ta' kumpannija u mhux minn persuni professjonali fil-qasam tal-mediċina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment qiegħed jinvestiga u risposta definittiva tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-addolorata u kemm hemm permessi għal oqbra ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata hemm 16,000 qabar privat u 1,000 qabar fil-parti komuni.
L-applikazzjoni li għamel id-Dipartiment għal estensjoni taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata hija għal 1,500 qabar ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li permezz tagħha ċertu persuna li ismu qed jintbagħat separatament, li x-xogħol tiegħu hu wieħed bir-roster ta' BBO, pero' jagħmel change of duties bl-addoċċ sabiex it-Tnejn u l-Ħamis qatt ma jkun xogħol peress illi għandu xogħol ieħor ta' pitkali, qiegħed ikun dejjem barra l-bini tal-health centre ta' Ħal Qormi oltre dak indikat? Jista' jgħid x'permess għandu u min tahulu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 2923. Hija policy tad-dipartiment li n-Nursing Officer u d-Deputy Nursing Officer jagħmlu ftehim bejniethom (change of duty) sabiex kuljum ikun hemm dejjem wieħed preżenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Għalhekk change of duty issir wara li tiġi ikkonsidrata din il-policy u wara li jintalab permess ta' l-Awtorita konċernata, jiġifieri d-Deputy Nursing Manager in charge mill-lokal.
Nursing Officer bħal kull impjegat ieħor jista' jagħmel xogħol privat li jrid basta dan isir barra l-ħin tax-xogħol u bil-permess tad-Diviżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-health centre ta' Ħal Qormi: a) is-securities huma kollha Qriema? b) Għalfejn hemm għaxar health assistants u nursing aides fir-reception?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja tas-Saħħa l-impjegati kollha jintbgħatu fil-post tax-xogħol tagħhom kif allokati mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani. Dan jinkludi lis-security officers.
L-għaxar Health Assistants jew Nursing Aides imsemmija jaħdmu fuq roster u għalhekk qatt ma jkunu jaħdmu flimkien. In-numru minimu mal-ġurnata huwa ta' tliet impjegati u n-numru massimu huwa ta' ħamsa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi jkunx miftuħ għall-pubbliku nhar ta' Ħadd? Jekk fin-negattiv, jista' jispjega x'inhi r-raġuni li permezz tagħha il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, dejjem jirrapportaw għax-xogħol meta fost il-ġimgħa ma tarhomx hemmhekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi ma jkunx miftuħ nhar ta' Ħadd minħabba nuqqas ta' tobba. Dan sar wara ftehim li ntlaħaq bejn id-Dipartiment tas-Sahha u l-Union tat-tobba.
Hija policy tad-Dipartiment li NOs u DNOs taċ-Ċentri tas-Saħħa li ma jiftħux il-Ħadd, jidħlu għax-xogħol fiċ-Ċentri rispettivi tagħhom. Huma jaħdmu skond ir-roster u għalhekk jidħlu meta jkun jmisshom biex jagħmlu x-xogħol amministrattiv li jkun akkumulat matul il-ġimgħa u biex jippjanaw ix-xogħol tal-ġimgħa li tkun ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li permezz tagħha ċertu persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Ħal Qormi u li x-xogħol tagħha hu dak ta' BBDOO, qatt ma tirrapporta għax-xogħol fil-grant ta' l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-Nursing Officer u Deputy Nursing Officer huma responsabbli Għat-tmexxija taċ-Ċentri tas-Saħħa.
Minħabba li n-Nursing Officer jaħdem fuq BBO roster u d-Deputy Nursing Officer bil-BBDOO roster isr ftehim bejniethom (Change of Duty) sabiex kuljum ikun hemm dejjem wieħed preżenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Dan isir wara li jintalab permess ta' l-Awtorita konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet fir-rigward l-inkonvenjent fil-fond nru. 5, Sqaq Marina, nru. 2, Kalkara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li nvestigazzjonijiet fil-fond Numru 5, Sqaq Marina Numru 2, Kalkara għadhom għaddejjin.
Għaldaqstant ninforma li saru diversi presses bil-kullur f'diversi fondi ta' mal-ġemb tal-fond referut. Dawn dejjem irriżultaw fin-negattiv. Ittieħdu wkoll diversi kampjuni ta' l-ilma li qed jinfiltra w rriżultaw bħala probabbli ilma tal-vit. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet infurmata bil-kitba dwar dan biex tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet minn naħa tagħha.
Nies involuti fl-isport — Xiri ta' pilloli mingħajr riċetta tat-tabib
Question
Jista' il-Ministru jordna investigazzjoni dwar minn liema spiżjara u/jew spiżeriji qed jinbiegħu pilloli mingħajr riċetta tat-tabib lil dawk l-isportivi speċjalment bodybuilders li jridu jmorru aħjar fil-kompetizzjonijiet? Jaf li dan stqarrewh il-president ta' l-assoċjazzjoni tal-bodybuilders u żewġ tobba waqt il-programm sportiv GRANDSTAND fuq il-PBS nhar it-Tnejn 20 ta' Ottubru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li investigazzjoni dwar l-allegat bejgħ ta' pilloli mingħajr riċetta tat-tabib minn spiżeriji, liema każ ġie riferut għalih waqt il-programm sportiv Grandstand, diġa' qegħda ssir minn uffiċjali tad-dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtara methadone s'issa din is-sena għall-użu ta' dwk li jixtiequ jieqfu mit-teħid ta' l-eroina u anke dawk li qegħdin fuq il-methadone maintenance programme? Kemm sewa flus?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s'issa inxtraw 20,160 flixkun Methadone ta' 500 millilitru kull wieħed għall-prezz ta' Lm34,106.