Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35816 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Inspection

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu wara li mistoqsijiet 30936, 33033, 30813, 30414, 30511, li oriġinarjament kienu saru lill-Ministru tal-politika soċjali, ġew riferuti lilu permezz tat-tweġiba 30936?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.

Qrati — Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti quddiem kull maġistrat u kemm ilu l-aktar wieħed li għadu ma ngħalaqx quddiem kull ġudikant?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qorti ta' l-Appell Kriminali

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura tintuża biex jinħatar il-Qorti ta' l-Appell Kriminali li jisma' appelli minn ġurijiet? Kif jiġi kostitwit kull Qorti ta' l-Appell ieħor? Il-ġudikanti kollha tal-Qorti Superjuri jistgħu joqgħodu f'kull Qorti ta' l-Appell?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-dmirijiet ta` l-Imħallfin, fosthom il-Qorti ta` l-Apell Kriminali, jitfasslu mis-Sinjorija Tiegħu l-Onorevoli Prim Imħallef wara konsultazzjoni mas-Sinjuri Imħallfin. Huwa jirrakkomanda dawn id-dmirijiet lil-Ministru dal-Ġustizzja li wara jagħti parir lill-Eċċellenza Tiegħu il-President ta` Malta li jagħti l-approvazzjoni tiegħu. Kull Imħallef jista` joqgħod f`kull Qorti tal-Appell.

Qrati — Ġurijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fil-Qorti Kriminali? Kemm ilu l-aktar wieħed? Jista' jgħid ukoll kemm hemm akkużi ta' omiċidju, traffikar/pusses ta' droga, eċċ? Kemm hemm barranin u ta' liema nazzjonalita` huma dawk li jinsabu akkużati b'xi delitt minn dawn? Kemm hu ppjanat li jsiru ġurijiet sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li hemm erbgħa u tletin (34) ġuri pendenti. L-aktar antik huwa l-att ta` akkuza numru 9/89 li daħal fil-Qorti Kriminali fis-26 ta` Mejju, 1989. Dan il-ġuri jinsab pendenti minħabba li hemm kawza kostituzzjonali. Gurijiet Pendenti Numru ta` Gurijiet Akkuza 6 Omiċidju volontarju 11 Traffikar/pussess ta` droga 1 Korruzzjoni ta` minuri 1 Stupru 4 Serq u reċittazzjoni 9 Tentattiv ta` omiċidju 1 Sekwestru ta` persuna 1 Taw nar bini Total = 34 F`dawn il-ġurijiet hemm 8 persuni akkuzati barranin ta` nazzjonalita`: Nru. Ta` Barranin Nazzjonalita` 1 Germaniza 6 Libjana 1 Tunezina Total = 8 Sa l-aħħar ta` din is-sena hemm ippjanati tlett (3) ġurijiet.

Qrati — Ġurijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn dawk il-persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri kemm hemm mill-akkużati li huma: (a) miżmuma l-ħabs, (b) qegħdin barra fuq pleġġ? F'kull każ kemm minnhom huma barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm ħamsa u erbgħin (45) persuna jistennew li jgħaddu ġuri. Minn dawn hemm tmienja (8) barranin. (a) Sbatax (17) il-persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri huma mizmuma l-ħabs, li minnhom hemm sebgħa (7) ta` nazzjonalita` barranija. (b) Tmienja u għoxrin (28) persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri qegħdin barra fuq pleġġ li minnhom hemm persuna waħda (1) ta` nazzjonalita` barranija.

Qrati — Imħallfin u Maġistrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm imħallfin u maġistrati li qed iservu fil-Qrati f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid min huma u meta ġie appuntat kull wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aggornata ta Imhallfin u Magistrati li qed iservu fil-Qrati Maltin u Ghawdxin u d-data ta' meta gew appuntati.
Leg 9 PQ #323 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx ir-responsabbilta' li jobbligaw sidien ta' plots abbandunati li jkunu qed jintużaw bħala dumping sites biex itellgħu boundary wall madwar il-plot?

Response (GATT, AUSTIN)

L-obbligu statutorju huwa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u l-Ambjent.

Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-digriet ingħata mis-Second ' Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar 65 sena li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel xi atti tal-ħajja ċivili? Ġew revokati minnhom dawn id-digrieti u jekk iva, kemm ġew revokati? Kemm il-rikors hemm pendenti quddiem is-Second' Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tiegħu qed tintalab l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni ta' xi persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li f`dawn l-aħħar 65 sena kien hemm 1224 digriet li ngħata mis-Sekond` Awla tal-Qorti Civili u li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel l-atti tal-ħajja ċivili. Kien hemm 35 digriet li ġew revokati u dawn huma mqassma kif ġej: 27 għal riabilitazzjoni 7 minn interdizzjoni għal riabilitazzjoni 1 minn riabilitazzjoni għal interdizzjoni Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija hemm 8 applikazzjonijiet pendenti għal interdizzjoni jew riabilitazzjoni.

Qorti Kriminali Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi ratifikat l-istatut li bih twaqqaf il-qorti kriminali Internazzjonali (ICC)? Jista' jgħid għaliex għadu ma ġiex ratifikat meta 76 pajjiż diġa' rratifikawh?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diġa tħejja abbozz ta` liġi li meta jgħaddi mill-Parlament, permezz tiegħu Malta tkun tista` tirratifika r-`Rome Convention` li permezz tagħha twaqqaf il-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Kawżi Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-figuri ta' kawżi pendenti, dawk ċivili u dawk kriminali, sena b'sena, għal ħames snin li għaddew?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34750 u cioe jista' l-Ministru jgħid, il-gwardjani lokali fejn għandhom setgħa li jeżerċitaw il-poteri mogħtija lilhom bil-liġi, ngħidu aħna jistgħu jkunu preżenti b'mod fiss fi triq arterjali li ma taqax fil-konfini tal-kunsill lokali partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Skond l-Avviz Legali 32 ta' L-2000 ir-responsabbilita' ghal toroq arterjali u distributorji u l-parti murija fit-Tielet Skeda, giet delegata lill-Kunsilli Lokali unikament ghall-Ghanijiet ta' infurzar mill-Kunsilli Lokali. Gwardjani Lokali ma jistghux ikunu prezenti biex johorgu kontravvenzjonijiet fi triq arterjali jekk din ma tkunx fil-konfini tal -Kunsill Lokali partikolari fejn ikunu assenjati.

Kunsilli Lokali — Effiċjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali hux sejrin jibdew jiġu pubblikati sett ta' 22 kunsill kull tlett xhur għal kull perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Kunsilli Lokali gew maqsuma fi tliet gruppi sabiex isir rapport ghal kull grupp kull erba' xhur. Dan it-tibdil ghandu jippermetti lid-Dipartiment biex jikkoncentra aktar fuq il-kwalita' ta' l-ispezzjonijiet.
Leg 9 PQ #34930 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Żebbuġ — Water Culvert

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-inkjesta li kellu jagħmel il-Gvern fuq il-Water Culvert ta' Triq il-Kbira f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid f'liema stadju waslet jew jekk tlestietx? Jekk ingħalqet din l-inkjesta, x'kien ir-riżultat?

Response (GATT, AUSTIN)

L-inkjesta fuq il-Water Culvert ta' Triq il-Kbira, Haz-Zebbug qieghda f'idejn l-Awditur Generali. Ir-rapport qieghed fi stat avvanzat u kif jitlesta r-rapport mill-konsulent tekniku , l-Awditur Generali jkun jista' jikkonkludih.

Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-digriet ingħata mis-Second ' Awla tal-Qorti Ċivili fl-aħħar 65 sena li permezz tiegħu xi ħadd ġie interdett jew inabilitat milli jagħmel xi atti tal-ħajja ċivili? Ġew revokati minnhom dawn id-digrieti u jekk iva, kemm ġew revokati? Kemm il-rikors hemm pendenti quddiem is-Second' Awla tal-Qorti Ċivili li permezz tiegħu qed tintalab l-interdizzjoni jew l-inabilitazzjoni ta' xi persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Qrati

Question

Peress li jidher li hemm xi każi fil-qrati li ma jistawx ikomplu minħabba li m'hemmx espert tal-marki tas-swaba li huwa ndipendenti mill-pulizija, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi effettwat fil-qrati tal-maġistrati f'Malta u f'Għawdex? Hemm il-ħsieb li jiġi mpjegat espert minn barra minn Malta biex dawn il-każi jkunu jistgħu jkomplu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-Qrati Kriminali, Malta hemm 19-il kawza li ma tistax titkompla minħabba li m`hemmx espert tal-marki tas-swaba li huwa indipendenti mill-pulizija. Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ma hemmx kawzi li ma jistgħux ikomplu minħabba n-nuqqqas ta` esperti tal-marki tas-swaba. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba Parlamentari mogħtija mill-Onor. Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi li ngħata iktar kmieni f`dan il-Parlament.

Marki tas-Swaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi persuna Maltija li bħalissa qed tistudja biex issir esperta fil-marki tas-swaba? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid min hi din il-persuna u fejn qed tistudja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma għandi ebda informazzjoni dwar d-dettalji li qed jitlob l-Onor. Interpellant.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, il-gwardjani lokali fejn għandhom setgħa li jeżerċitaw il-poteri mogħtija lilhom bil-liġi, ngħidu aħna jistgħu jkunu preżenti b'mod fiss fi triq arterjali li ma taqax fil-konfini tal-kunsill lokali partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.