Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38283 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Armi reġistrati

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 38000 u cioe' jista' jgħid minbarra l-armi tan-nar liema armi oħra għandhom jiġu reġistrati mal-Pulizija? Kemm hemm reġistrati minn kull tip? Kemm minn dawn l-armi ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-31 ta` Diċembru 2002, in-numru ta` armi reġistrati mall-Pulizija li ma jagħqux taħt l-interpretazzjoni ta` "arma tan-nar" kif definit fl-Arms Ordinance (Chap 66) hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38284 Sitting 858 2003-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li ser jinħatru maġġuri fil-Korp tal-Pulizija? Kemm kien hemm applikazzjonijiet minn surġenti fil-Krop? Hemm xi data sa meta dawn ser jinħatru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm mitt membru tal-Korp tal-Pulizija li jokkupaw il-grad ta` Surġent ta` l-Ewwel Klassi li applikaw sabiex ikunu ikkunsidrati għall-ħatra ta` Surġent Maġġur tat-Tieni Klassi. Il-ħatriet ser isiru skond kif ikun hemm bżonn fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp.
Leg 9 PQ #38014 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sena li għaddiet kienx hemm każi fejn il-pulizija bil-poteri mogħtija lilha għalqet xi post ta' divertiment minnufih li nstabu tfal taħt l-eta' fihom? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji dwar liema kienu dawn il-postijiet, f'liema lokalita' u għal kemm żmien ingħalaq kull post?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ma kien hemm ebda post ta' divertiment fejn giet ordnata is-sospensjoni tal-licenzja minhabba li kienu thallew jidhlu persuni taht l-eta ta' sittax-il sena.
Leg 9 PQ #38015 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Alkoħol — Tfal taħt is-sittax il-sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi tippermettix li tfal taħt l-eta' legali ta' sittax-il sena jidħlu f'postijiet ta' divertiment fejn ikun servut l-alkoħol anke jekk ma jixorbux alkoħol huma stess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Regolamenti biex jinzamm il-Bon Ordni f'Lokalitajiet ta' Divertiment jipprojbixxu li persuni taht l-eta' ta' sittax-il sena jithallew jidhlu gewwa lokalita` ta' divertiment.
Leg 9 PQ #38016 Sitting 854 2003-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Ġiljan — Żagħżagħ/alkoħol

Question

Jista' il-Ministru għalkemm fi tweġiba preċedenti ta' ftit xhur ilu qal li qed ikun hemm sorveljanza fl-inħawi ta' fuq ta' St. George' Road f'San Ġiljan fejn qed ikun hemm ħwienet (mhux bars) li qed ibiegħu nbid u xorb alkoħoliku ieħor liż-żagħżagħ anke taħt l-eta', jgħid kemm-il darba nqabdu dawn il-ħwienet ibiegħu dan l-alkoħol? Jista' il-Ministru jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji peress li għandi lmenti li l-playing fields faċċata ta' dawn il-ħwienet qed tkun mimlija żagħżagħ jixorbu l-alkoħol u li l-Ħadd filgħodu dan il-post ikun mimli fliexken vojta speċjalment ta' l-inbid?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ma kienx hemm okkazzjonijiet fejn irrizulta illi l-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant bieghu inbid, birra jew likuri spirituzi lil persuna taht sittax-il sena. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ser tkompli taghmel sorveljanza fl-inhawi msemmija.
Leg 9 PQ #38010 Sitting 853 2003-01-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Postijiet ta' divertiment — Żgaħżagħ taħt l-eta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid fis-sena 2002 kemm kien hemm żagħżagħ taħt l-eta' legali li nqabdu mill-pulizija f'Malta u Għawdex f'xi post ta' divertiment? Kemm-il darba ttieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet ta' divertiment? Jista' jagħti lista' ta' liema huma dawn il-postijiet u l-lokalita' tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 kien hemm tmienja u sebghin (78) persuna taht is-sittax-il sena li nqabdu f'postijiet ta' divertiment. B'rizultat ta' dan il-Pulizija hadet passi quddiem il-Qorti kontra hdax (11) il-sid ta' dawn l-istabbilimenti li jinsabu f'San Giljan, ix-Xemxija, Mellieha, Buskett u Rabat Ghawdex.
Leg 9 PQ #38001 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marsaskala — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni ta' l-għassa tal-pulizija f'Marsaskala u jekk għandhux il-ħsieb li matul din is-sena jibni għassa tal-pulizija ġdida f'post ċentrali li tkun attrezzata tajjeb u li tkun miftuħa b'mod permanenti għal 24 siegħa kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Mhux minnu li r-residenti ta` Wied il-Għajn iridu jinqdew bl-Għassa tal-Pulizija ta` Ħaż Żabbar għax bħal ma diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid, l-Għassa ta` Wied il-Għajn qed tkun miftuħa u regolarment ikun hemm kuntistabbli jew surġent dettaljat hemmhekk, bl-eċċezzjoni li jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-kuntistabbli jew surġent li jkun għassa joħroġ fuq xogħol fil-lokal. Ninsab infurmat ukoll illi l-possibilita` illi din l-Għassa tkun traskolata għal post ieħor għadha qed tkun mistħarrġa, pero` dan jiddependi fuq meta jinstab post li jkun addatat sabiex jaqdi l-ħtiġijiet aħjar mill-Għassa preżenti. Infurmat ukoll illi riċentement, bħala parti mill-programm ta` tiġdid fl-Għases tal-Pulizija, f`din l-Għassa ukoll sar xogħol ta` manutenzjoni estensiv kif ukoll ġiet fornita b`għamara ġdida u b`sistema ta` komunikazzjoni tar-radjo. Kemm ix-xogħol ta` manutenzjoni kif ukoll l-għamara sar kollu mill-membri tat-Taqsima tat-Trades tal-Korp tal-Pulizija stess.
Leg 9 PQ #38002 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Għassa ġdida

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li wara li l-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn nieda kampanja intensiva favur il-ħtieġa ta' għassa tal-pulizija f'post ċentrali u attrezzata tajjeb, inkluż bir-riżorsi umani neċessarji u wara l-preżentazzjoni ta' ittra ta' appoġġ lill-Membri Parlamentari kollha, saru xi xogħlijiet fuq l-għassa preżenti, kif ukoll inxtrat għamara ġdida? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid kemm hija s-somma minfuqa fuq xogħlijiet u fuq xiri ta' għamara?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38001 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #38003 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għases tal-pulizija — Ħaż Żabbar/Marsaskala

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li, minkejja l-isforzi kollha lin saru min-naħa tal-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għall-akkwist ta' għassa ġdida f'post adattat u attrezzat tajjeb, sal-lum, ir-residenti ta' Marsaskala jridu jinqdew bl-għassa ta' Ħaż Żabbar? Jista' il-Ministru jgħid ukoll kemm huma l-vetturi disponibbli għall-għassa ta' Ħaż Żabbar li trid taqdi l-bżonnijiet ta' Ħaż Żabbar u l-postijiet ta' l-inħawi, inkluż ta' Marsaskala?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jiena tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38001, ninsab infurmat illi l-Għassa tal-Pulizija ta` Ħaż Żabbar hija l-Għassa prinċipali tal-Diviżjon, li tinkludi Wied il-Għajn. Għalhekk bhal kull Diviżjon ieħor tal-Korp tal-Pulizija, din għandha għad-dispożizzjoni tagħha karozza. Id-Diviżjon ta` Ħaż Żabbar ukoll jifforma parti mid-distrett ta` Bormla, fejn hemm żewġ vetturi oħra li jintużaw skond in-neċessita`. Pero` dan ma jfissirx illi f`każ ta` bżonn ma jsirx użu minn vetturi oħra tal-Korp tal-Pulizija, bħal ma huma tad-Distretti oħra jew tal-Mobile. Ta` min ifakkar ukoll illi matul ix-xhur tas-sajf f`Wied il-Għajn tiżdied il-preżenza tal-Pulizija fuq patrol, kemm minn tad-distrett kif ukoll minn taqsimiet oħra bħalma hija l-Iskwadra tal-Mobile u dik tal-Muturi tat-Traffiku, kif ukoll isir użu mill-Mobile Police Station.
Leg 9 PQ #38004 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marsaskala — Security Cameras

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx ħsieb li jitwaħħlu security cameras f'diversi postijiet f'Malta u Għawdex u jekk fl-affermattiv jistax jgħid jekk Marsaskala hux wieħed minn dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa l-ħsieb tal-Korp tal-Pulizija li tkompli bl-istallazzjoni ta` aktar security cameras simili għal dawk li hemm fl-inħawi ta` Paċeville. Fil-fatt diġa` nbeda l-proċess għax-xiri ta` aktar minn dawn is-security cameras. Ninsab ukoll infurmat illi f`dan l-istadju għadhom ma ġewx determinati l-lokalitajiet fejn dawn il-cameras ser jiġu nstallati.
Leg 9 PQ #38005 Sitting 852 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marasaskala — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba żar u daħal fl-għassa ta' Marsaskala?

Response (BORG, TONIO)

Qed nieħu gost li l-Onor. Interpellant qed jafferma li hemm għassa tal-Pulizija f`Wied il-Għajn, għax hawn min fil-Partit tiegħu qed jagħti l-impressjoni li m`hemmx għassa. Kemm ili Ministru ta` l-Intern fiż-żewġ leġislaturi żort diversi għases tal-Pulizija, inkluż Wied il-Għajn. Ma jfissirx li refurbishment tal-għases isiru skond fejn imur il-Ministru. Għalhekk għalkemm qatt ma kont żort l-għassa tax-Xgħajra, sar xogħol estensiv fiha.

Pulizija — Ħlas ta' Overtime

Question

Kuntistabbli tal-Pulizija li ntbagħtu jaħdmu 60 siegħa ma' l-immirganti fi żmien il-Milied se jitħallsu tas-sahra li għamlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi kien hemm xi membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu dettaljati xogħol għal 60 siegħa ma` l-immigranti illegali fi żmien il-Milied. Pero` jekk jagħtina iktar dettalji, nkun nista` nivverifika ulterjorment.
Leg 9 PQ #37999 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reġistrazzjoni ta' armi tan-nar

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hemm armi tan-nar reġistrati mal-pulizija? Jista' jagħti breakdown tat-tip ta' dawn l-armi? Kemm minn dawn l-armi huma meqjusa bħala antiki u għalhekk ma jistgħux jintużaw aktar? Kemm ġew reżġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun ikompilat.
Leg 9 PQ #38000 Sitting 851 2003-01-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Armi reġistrati mal-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid minbarra l-armi tan-nar liema armi oħra għandhom jiġu reġistrati mal-Pulizija? Kemm hemm reġistrati minn kull tip? Kemm minn dawn l-armi ġew reġistrati għall-ewwel darba fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ż-żamma ta` armi huwa regolat bl-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun ikompilat.
Leg 9 PQ #37930 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent — Private securities

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u 2000, separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent fid-Dekasteru ta` l-Intern hemm kuntratt wieħed għal securities privati. Dan jirrigwardja kuntratt wieħed li għandha l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-informazzjoni mitluba għall-perijodu speċifikat hi kif ġej:- Sena Numru ta` sigħat Nefqa (Lm) 2000 16,994 34,787 2001 17,177 36,492 2002 21,380 45,309 Iż-żieda fl-2002 seħħet minħabba li għal 3 xhur kien hemm servizz ta` security 24 siegħa fl-uffiċċju ta` l-Ex EPD f`Kordin u ddaħħal servizz part-time f`Għawdex.
Leg 9 PQ #37991 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Xogħol extra

Question

Jista' il-Minsitru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien l-ammont totali fi flus li l-Korp tal-pulizija kellu jingħata minħabba xogħol extra li għamlu l-membri tagħha? Jista' jagħti lista' ta' dawk id-ditti, kumpanniji, għaqdiet, jew individwi li għandhom jagħtu minn elf lira 'l fuq? Kemm hemm (fi flus) li ilhom biex jitħallsu aktar minn sena? Ittieħdu passi bil-liġi kontra xi wħud meta bil-kelma t-tajba ma waslux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-31 ta` Diċembru 2002, l-ammont ta` ħlasijiet dovuti minn ditti, banek, kumpanniji, għaqdiet, eċċ, għal xogħol extra mill-Pulizija hu ta` Lm104,635. Minn dan l-ammont, is-somma ta` Lm26,364 hija dovuta għal perijodu mis-sena 2001 lura. Infurmat ukoll li qed isir kull sforz sabiex il-ħlasijiet dovuti jiġu miġbura. Dawk li għandhom jagħtu minn elf lira `l fuq huma kif jidher hawn taħt:- A.P.S. Bank Ballut Ltd Bank of Valletta Caruana Carmelo Shipping Electoral Office Fish Market KU Club Lombard Bank MEPA Malta Maritime Authority Malta Football Association Malta International Airport National Pool Public Broadcasting Services Skanska Ltd Social Security Office, Luqa Volksbank Sea Malta GNMTC
Leg 9 PQ #37992 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Sospiżi mix-xoħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2002 kemm kien hemm pulizija sospiżi? Meta sar kull każ? Fuq liema akkużi? Ta' liema rank huwa kull membru tal-Korp? Dawn kollha qegħdin fuq nofs paga?

Response (BORG, TONIO)

Għar-rigward l-informazzjoni sat-3 ta` Settembru, 2002 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35213. Is-sitwazzjoni ma nbidlitx minn dakinhar ħlief li erba` Pulizija kellhom il-każ deċiż mill-PSC u m`għadhomx sospiżi.
Leg 9 PQ #37993 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Sospożi mix-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li bħalissa qed jiġu nvestigati minħabba xi reat iżda li mhumiex sospiżi mill-Korp? Fuq liema akkużi? Meta huwa allegat li sar kull każ? Ta' liema rank huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #38035 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħ'Attard — Bini

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija numru 37902 jista' il-Ministru jivverifika jekk qabel ma nħareġ il-permess PA4043 02 ingħatax attenzjoni għal fatt li dan il-bini se jostakola l-passaġġ ta' l-ilma f' Wied Inċita Ħ'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tirrigwardja żvilupp f`sit li huwa identifikat għall-iżvilupp ta` vilel skond il-Pjan Regolatur u bejn is-sit u l-wied hemm triq. Għalhekk dan l-iżvilupp mhux ser jostakola il-passaġġ tal-ilma.
Leg 9 PQ #38086 Sitting 850 2003-01-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-gwardjani tal-ħabs li ħarġu xi xahar ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istadju tal-ipproċessar ta` l-applikazzjonijiet għall-gwardjani tal-ħabs hu dak tal-vetting. L-applikazzjonijiet, li għalqu fis-27 ta` Diċembru, 2002, jesiġu li l-applikanti jkollhom ċertu kwalifiki.