Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex ikollu liċenzja ta' security guard min-naħa tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għamlet l-applikazzjoni mal-Pulizija għal liċenzja ta` gwardjan privat fis-16 ta` Jannar 2002. Infurmat ukoll illi din l-istess applikazzjoni qed tiġi proċessata skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Jista' l-Ministru jispjega għaliex f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li mhijiex attrezzata b'sistema sound proof, daqq jibqa' sejjer sa wara s-1:30am?
Jista' l-Ministru jara li r-regolamenti li d-daqq jieqaf fil-11:00pm jiġu mħarsa jew inkella ssir sistema li tkun sound proof?
Peress li dan l-istorbju qed joħloq inkonvenjent kbir għan-nies, speċjalment l-anzjani, li jgħixu fil-viċinanzi, jistgħu jittieħdu passi rimedjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tieħu passi kull meta jkun hemm ilmenti. Dwar l-attrezzamenti f`dan iċ-ċentru, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jitneħhew il-vdalijiet ta' karozza abbandunata li tinsab ġewwa Triq Ġibilta' ġewwa n-Naxxar (ħdejn Binja Ħamrija)?
Jista' l-Ministru jgħid kif kien konpost il-bord tal-viżitaturi tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul dawn l-aħħar 3 snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-komposizzjoni tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs matul is-snin 1999, 2000, u 2001 kien kif jidher fit-tabella li se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f' seduta oħra
B'referenza għall-PQ 30186 jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rappurti simili dwar xogħol illegali li qiegħed isir ġewwa garage ġo New Str in St Peter Str Mġarr kif juru dawn ir-ritratti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha ilmenti kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellanti. Dawn dejjem ġew investigati u fejn irriżultaw, inbdew proċeduri kriminali, liema proċeduri għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li 'l fuq minn 20 turista weħlu aktar minn Lm45 f'multi għaliex kellhom il-karozzi tal-kiri pparkjati ħdejn St. Georges Park Complex fi Dragonara road, San Ġiljan fis-7.10 pm nhar il-31 ta' Diċembru 2001?
Jista' l-Ministru jikkunnsidra l-fatt li bħal dawn issir ħsara kbira lill-isem pajjiżna ma' turisti li jkunu għall-btala?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi nhar il-31 ta' Diċembru 2001 fis-7.10pm, kienet ġiet irmunkata vettura waħda mill-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Wara li l-familja li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament xtraw il-fond ta' missier il-mara indikat under separate cover wkoll. Dawn jkunu eliġibbli biex jiġu ikkunsidrati għal garage tal-missier indikat under separte cover wkoll jekk jiġi nieqes? Huma interessati li jekk hemm bżonn jixtru dan il-garage?
Response (BORG, TONIO)
Garaxx, bħal kull proprjeta` oħra ta` Gvern li m`hiex residenzjali, jista` jinbiegħ biss skond id-disposizzjonijiet ta` l-Att li jirregola it-Trasferiment ta` Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 268).
M`hemm l-ebda regola fissa dwar il-bejgħ ta` garaxxijiet jew xi proprjeta` oħra, imma kull każ jiġi ikkunsidrat fuq il-merti tiegħu. F`każ ta` garaxx, il-policy approvata mill-Gvern preżenti tgħid li l-kirja tista` ddur fuq il-werrieta wara l-mewt ta` l-inkwilin. Dan b`żieda fil-kera ta` għaxra (10%) fil-mija għal kull għaxar snin (jew parti minnhom) minn meta ġiet stabbilita il-kirja oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija f'San Pawl il-Baħar matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fl-Gharghur matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fil-Wardija matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabilimenti kummerċjali, djar residenzjali u karozzi rapurtati lill-pulizija fiż-Żebbiegħ matul is-sena 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-ħames snin li għaddew sena b'sena matul l-aħħar 5 snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kolluzzjonijiet tat-traffiku rapurtati lill-pulizija matul is-sena 2001 f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kien in-numru ta' nċidenti fatali li seħħew u kemm in-numru ta' mwiet f'dawn il-każijiet u x'etajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` kolliżjonijiet tat-traffiku irrapurtati lill-Pulizija matul is-sena 2001 kien ta` 13,342 (12,755 f`Malta u 587 f`Għawdex). Minn dawn 19 (17 f`Malta u 2 f`Għawdex) kienu fatali.
L`etajiet ta` dawk li mietu kienu 16(1), 17(1), 18(2), 19(1), 20(3), 27(1), 52(1), 53(1), 59(1), 63(1), 77(1), 79(1), 80(1), 83(2), 92(1).
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema premessa nħarġu permessi għall-flats bi tliet sular ogħla mill-bini eżistenti, f'area fi Triq Giuseppe Callejja, tas-Swatar, qrib residenzi oħrajn li huma kollha terraced houses?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-area in kwestjoni huwa permess bini b`għoli ta` tlett sulari minkejja l-fatt li l-għoli predominanti ta` bini eżistenti fl-akwati jista` jkun ta` żewġ sulari.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b'mod separat, ex surġent maġġur fil-pulizija, u li irtira mis-servizz fil-Korp tal-pulizija fl-1978 b'pensjoni ta' Lm78.25 cents fix-xahar, u li baqa jħallas l-bollol (sigurta soċjali) sal-61 sena u li kull ma qed jieħu żieda hija dik biss ta' l-għoli tal-ħajja meta ħaddieħor bħalu u saħansitra ma baqax iħallas l-bolol sal-61, ħa ħafna aktar żiediet fil-pensjoni tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal ċittadinanza Maltija li ilha li applikat mis-26 ta' Ottubru 1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li dwarha qiegħed jistaqsi l-Onor. Interpellant kienet ġiet infurmata, b'ittra li ġġib id-data tat-22 ta' Marzu 2001, li minħabba li l-applikazzjoni tagħha kienet saret wara l-15 t'Awissu 1999, ma kienx possibbli, skond id-disposizzjonijiet ta' artikoli 6 u 27(2) ta' l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), li din l-applikazzjoni tkompli tiġi kkunsidrata. Jista` pero` japplika għal naturalizzazzjoni (u mhux reġistrazzjoni) għal ċittadinanza Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni fit-Trading Licence Office, GHQ, l-Furjana, referenza TL/G/21/01 Sliema Sports Club li diġa kien hemm l-approvazzjoni tal-Planning Authority dwarha PA SDP 14569/01M?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tiġi pproċessata. Ta` min jgħid illi f`dan il-każ kien hemm ukoll dewmien minn naħa ta` l-applikant sabiex jipproduċi xi dokumenti meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li l-pulizija jibdew jużaw l-ispeed cameras fit-toroq?
Response (BORG, TONIO)
Sabiex ir-riżultat ta` l-ispeed cameras ikun ammissibbli bħala prova, għandu jinħareġ Avviż Legali mill-Ministeru tat-Trasport wara konsultazzjoni ma` l-Awtorita` tat-Trasport.
Jista' l-Ministru jgħid fl-2001 kemm saru testijiet tal-breathalyser? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar? X'kien it-total ta' dawk li m'għaddewx għaliex xorbu wisq alkohol? Kemm kienu barranin liu weħlu minn dan it-test? Kemm kienu nisa li weħlu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, in-numru ta` sewwieq/a li l-Pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv, kien hekk:
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
6
7
10
10
9
6
5
2
7
15
6
30
Minn dan in-numru ta` testijiet, 78 irriżultaw pożittiv u f`każ wieħed ir-riżultat tat-test għadu mhux magħruf. Minn dawn 4 kienu barranin, filwaqt li ma kienx hemm nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati lill-Pulizija mill-1995 'l hawn li jaqgħu taħt abort?
Kemm minnhom tressqu l-Qorti?
X'kien, b'mod ġenerali l-eżitu ta' dawn il-każijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1995 sal-lum il-Pulizija irċeviet rapport wieħed biss li jaqa` taħt abort. Il-Pulizija investigat il-każ, iżda ma kienx hemm provi biżżejjed biex jittieħdu passi kriminali.