Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ħaddiema tal-fabbrika DI Electronics fil-Mosta Techno Park jitħallsu l-pagi tagħhom regolarment u jieħdu wkoll dawk is-salarji li għad għandhom jieħdu b'lura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li nbdew proċeduri legali biex il-kaz jitressaq il-Qorti kif tipprovdi l-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' żgħażagħ fl-eta ta' bejn 16 u 20 sena li qed jirreġistraw għax-xogħol bħalissa? X'inhuma l-kwalifiki tagħhom u x'inhu t-tip ta' xogħol li qed ifittxu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ zgħażagħ fl-eta ta’ bejn is-16 u l-20 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta’ Ottubru 2007 fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 893. It-tabelli t’hawn taħt juru l-kwalifi tagħhom u x’inhu t-tip ta’ xoghol li kienu qed ifittxu:
Livell ta' Edukazzjoni Numru ta' Zgħazagħ
Working Knowledge/Operator 142
Competent/Skilled Operator 453
'O' Level/City & Guilds 226
Intermediate 2
'A' Level/Engineer by Experience 40
Diploma 29
Graduate/Graduate Engineer 1
TOTAL 893
Għal Liema Impjieg qed Jirreġistraw Numru ta' Zgħazagħ
Professjonisti 19
Nies Tekniċi 53
Xogħol Klerikali 252
Nies li jagħtu servizz u li jaħdmu fi ħwienet 205
Nies imħarrġa fl-agrikoltura u s-sajd 11
Nies imħarrġa fi snajja 99
Xogħol fuq Makkinarju (fabbriki) 130
Xogħlijiet elementari 124
TOTAL 893
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' studenti fl-Form V fil-Junior Lyceum u fl-iskejjel sekondarji ta' Malta u Għawdex fi żmien is-sena akkademika 2006 - 2007 u x'kien it-total ta' studenti f'dawn l-iskejjel li kisbu Grade 1 sa 5 f'xi wieħed mis-sezzjonijiet tas-SEC f'dawn is-suġġetti: Ingliż, Malti, Matematika, Xjenza, Kompjuter, Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jieħdu ħsieb l-indafa tal-bini ġdid tal-Junior Lyceum f'Tal-Ħandaq peress li qed iqumu ilmenti mill-għalliema u mill-istudenti dwar ħmieġ fl-iskola? X'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-iskola tinżamm nadifa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' cleaners fl-iskola Sekondarja Subien Kulleġġ Sant'Injazju, Qormi, hu ta' 9.
Informat ukoll li wara numru ta' xhur ta' stop leave (peress li l-iskola għaddiet minn fazi ta' preparazzjoni għall-ftuħ) bħalissa beda jittieħed il-leave b'mod gradat li kien inzamm qabel.
Informat li l-iskola titnaddaf b'mod regolari mill-cleaners kuljum. Fil-bidu tal-ġurnata, kullimkien ikun nadif, matul il-ġurnata jinqala' il-ħmieġ ta' dik il-ġurnata. Il-cleaners iduru inaddfu l-kmamar li jkunux jintuzaw fil-mument li jkun. Issir supervizjoni fuq il-cleaners mis-Supervisor b'mod regolari, u dan jara li ma jkunx hemm ħmieġ barra minn normal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 26157.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz ta' l-internet provdut fir-residenzi ta' l-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum separatament, uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew id-Dipartiment irċevewx ilmenti mingħand kapijiet, assistenti kapijiet u għalliema minn xi skola jew oħra dwar il-mod kif qed isiru ċerti mistoqsijiet waqt li jkun qed isir l-audit fl-iskola, speċjalment dwar il-mod kif qed isiru mistoqsijiet lill-għalliema dwar il-kap u l-assistenti kif ukoll dwar il-mod kif qed isiru mistoqsijiet lill-istudenti fir-rigward ta’ l-għalliema tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li la l-Ministeru u lanqas id-Direttorati ta' l-edukazzjoni ma rċevew ilmenti mingħand Kapijiet, Assistenti Kapijiet jew għalliema dwar mistoqsijiet li qed isiru waqt l-Audit f'xi skola.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-minuti tas-Senat, tal-Kunsill u tal-Bordijiet tal-Fakultajiet ta’ l-Universita` ta’ Malta m’għadhomx ikunu pubbliċi billi jiġu pubblikati fuq il-website ta’ l-istess Universita`?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Minuti tas-Senat, tal-Kunsill u tal-Bordijiet tal-Fakultajiet ta' l-Universita' ta' Malta qatt ma kienu pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-promozzjonijiet u l-appointments li jsiru jew jingħataw fl-Universita` ta’ Malta m’għadhomx jiġu pubblikati bħalma kien isir qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tippublika dawk il-promozzjonijiet u l-appointments li huma ta' interess pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' studenti post sekondarji li temmew l-edukazzjoni tagħhom fi żmien is-sena skolastika 2006-2007? X'inhu t-total ta' studenti post sekondarji li ressqu għall-eżamijiet tal-Matsec f'xi waħda jew oħra mis-sezzjonijiet tal-Matsec ta' din is-sena u kemm għaddew studenti f'kull suġġett f'dawn is-sezzjonijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total f'kull Junior Lyceum tal-bniet u subien ta' kull skola sekondarja fil-Form V, skola bi skola f'Malta u f'Għawdex? X'inhu t-total ta' studenti fil-Form V skola bi skola li qegħdin jistudjaw dawn is-suġġetti: Taljan, Spanjol, Ġermaniż, Franċiż, Għarbi u lingwi oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' studenti sekondarji tal-Form V fl-iskejjel statali, privati u tal-Knisja fis-sena skolastika 2006 - 2007 u x'inhu t-total ta' studenti li bdew xi forma jew oħra ta' edukazzjoni post-sekondarja f'Malta u f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar inkluż spejjeż ta' lukandi, flights u subsistence allowance fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu (inkluż safar ministerjali) minn Jannar 2007 sal-lum separatament, xahar b'xahar u min kienu l-uffiċjali separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2007 sal-lum fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kienx hemm uffiċjali fi skala 1 sa skala 4 jew chairpersons li rriżenjaw jew għalqilhom il-kuntratt u ma reggħux applikaw għall-istess pożizzjoni? F'każ li fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema pożizzjonijiet kienu fihom dawn l-uffiċjali u jekk jaf, x'kienet r-raġuni li rreżenjaw jew ma applikawx għall-istess pożizzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm riżenja waħda fil-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ta' Ceo fi skala 4.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu minn Jannar 2007 sal-lum li għandhom 'l fuq minn 61 sena? Min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed nagħti tagħrif kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders minn Jannar 2007 sal-lum mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, tal-uffiċjali biss (eskluż l-użu ġenerali) separatament minn Jannar 2007 sal-lum? Jista' jgħid liema uffiċjali huma intitolati għal petrol imħallas mill-Gvern fl-istess perjodu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28604 u jgħid jekk hemmx kazijiet ta' studenti li mill-bidu ta' din is-sena skolastika sal-lum ma bdewx jattendu l-iskola u l-iskola ma ġietx infurmata dwar dan, jew inkella li l-istudenti ġew trasferiti f'xi skola oħra? X'passi jittieħdu f'dawn iċ-ċirkustanzi?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jiġi verifikat tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.