Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4025 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema li ħarġu bil-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jispiċċaw għalliema minħabba li jkunu laħqu l-eta' pensjonabbli mill-iskejjel primarji u sekondariji separatament matul din is-sena? Kemm minnhom huma nisa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema li ser jirtiraw ta' 61 sena matul din is-sena hu ta' 23 li minnhom 10 huma nisa. L-għadd ta' għalliema li matul din is-sena ser jagħlqu 60 sena hu ta' 77, li minnhom 43 huma nisa. S'issa ikkonferma li ser jirtiraw ta' 60 sena żewġ għalliema rġiel u disa' nisa.
Leg 10 PQ #4026 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diretturi u Assistent Diretturi — Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-grad ta' Direttur u Assistent Direttur li se jispiċċaw din is-sena għaliex ikunu laħqu l-eta' pensjonabbli?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fis-sena 2004 hemm żewġ Assistenti Diretturi u Direttur li ser jirtiraw għax laħqu l-eta' pensjonabbli. Hemm ukoll żewġ Assistenti Diretturi oħra li matul din is-sena ser jagħlqu 60 sena. S'issa għadu ma ġiex ikkonfermat jekk hux ser jirtiraw din is-sena jew le.
Leg 10 PQ #4028 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tfal emigranti — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta' emigranti li rritornaw Malta u li daħlu fi skejjel sekondarji tal-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4063 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liċenzji — Ftuħ ta' sixth forms ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi talbiet pendenti għal-liċenzji għal ftuħ ta' Sixth Forms oħra? Jista’ jgħid meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'hemm l-ebda talba pendenti għall-ftuħ ta' Sixth Forms oħra fis-sezzjoni tan-Non State Schools.
Leg 10 PQ #4160 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birkirkara — Skola primarja Sir Anthony Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid wara li ftit ta' żmien ilu żar l-iskola primarja B, Sir Anthony Mamo ta' Birkirkara x'passi se jieħu d-dipatiment biex isir up-grading f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ippjanat li sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss, ser ikun installat lift f'dawn l-iskejjel. Xogħolijiet oħra għandhom isiru skond dak li jiġi deċiż fil-masterplan għal dawn l-iskejjel.
Leg 10 PQ #4163 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex fl-eżamijiet tas-SEC ma jibqax ikollna biss ir-rata baxxa ta' 2% tas-subien u 9% tal-bniet tal-popolazzjoni ta' form 5 ta' l-area secondaries li jgħaddu mill-Ingliż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-figuri perċentwali ta' studenti tal-Form 5 mill-area secondaries li kisbu ċertifikati tas-SEC bi gradi 1 sa 7 bejn Mejju u Settembru 2003 fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti huma: L-Ingliż 14.4% mis-subien u 31.5% mill-bniet Il-Matematika 20.0% mis-subien u 22.3% mill-bniet Il-Malti 15.0% mis-subien u 28.9% mill-bniet. Biex dawn il-figuri jitjiebu fil-futur, qed ikunu studjati x'passi iridu jittieħdu biex iktar studenti minn dawn l-iskejjel jitħajjru jersqu għall-eżamijiet u biex jitfasslu eżamijiet li jkunu iktar addattati għalihom.
Leg 10 PQ #4164 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex jibdew jgħaddu iżjed studenti mill-eżamijiet tas-SEC tal-Matematika peress li r-rata ta' dawk li jgħaddu fl-area secondaries tlaħħaq madwar 6% biss għas-subien u 9% biss għall-bniet mill-popolazzjoni tagħhom ta' form 5?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4163.
Leg 10 PQ #4165 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex fl-eżamijiet SEC tal-Malti jgħaddu iżjed studenti mill-area secondaries peress li bħalissa qed jgħaddu 4% biss mis-subien u 14% biss mill-bniet mill-popolazzjoni tal-form 5 tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4163.
Leg 10 PQ #4228 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Luqa — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol li kien għaddej fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ix-xogħol fuq l-ewwel fażi ta' estensjoni ta' l-iskola Primarja ta' Ħal Luqa jinsab fi stadju avvanzat. Bħalissa għaddejjin l-aħħar xogħolijiet ta' finitura fuq l-estensjoni l-ġdida. Huwa ippjanat li l-estensjoni l-ġdida tkun tista' tibda tintuża sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss.
Leg 10 PQ #4022 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Nazzjonali — Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Liġi ta’ l-Edukazzjoni u/jew il-Kurrikulu Nazzjonali jobbligax lill-iskejjel kollha, inkluż dawk tal-Knisja u Indipendenti li jkollhom Kunsilli Skolastiċi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk fil-fatt dawn kollha għandhomx kunsill skolastiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-liġi ta' l-Edukazzjoni ta' l-1988 tobbliga lill-iskejjel skedati li jkollhom Kunsill Skolastiku. L-iskejjel li m'għandhomx Kunsill Skolastiku huma: Primarja 'A' Fgura San Ġużepp Ħaddiem, Marsa.
Leg 10 PQ #4023 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat? Jista' jgħid kemm hemm min ilu jokkupa din il-kariga għal mill-anqas 5 snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4024 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumitati tal-Kunsilli Skolastiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba huma obbligati li jiltaqgħu l-kumitati tal-kunsilli skolastici? Issir verifika jekk fil-fatt dan hux isir? Hemm kunsilli skolastiċi li mhux qed joqogħdu mar-regolamenti dwar laqgħat? Jekk iva, liema u x'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-liġi ta' l-Edukazzjoni, il-Kunsilli Skolastiċi għandhom jiltaqgħu darba fix-xahar (dejjem jekk ikun hemm quorum) u jżommu l-minuti tad-diskussjonijiet tagħhom. Il-liġi tobbligahom ukoll li darba fis-sena jridu jissottomettu rapport finanzjarju u rapport amministrattiv fejn jelenkaw l-attivitajiet tagħhom. Dawn ir-rapporti qegħdin jintbagħtu mill-Kunsilli Skolastiċi bħalissa.
Leg 10 PQ #4089 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għargħur — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' tfal li qed jattendu l-iskola primarja tal-Għargħur fil-preżent? Kemm kien in-numru ta' tfal li bdew is-sena skolastika attwali f'din l-iskola? Jista' jinformani sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien in-numru ta' tfal li attendew l-iskola primarja tal-Għargħur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent in-numru ta' tfal li qed jattendu l-iskola primarja tal-Għargħur huwa: Kindergarten - 25 Primarja - 61 In-numru ta' tfal li bdew is-sena skolastika attwali f'din l-iskola huwa: Kindergarten - 17 Primarja - 61 In-numru ta' tfal li attendew l-iskola primarja tal-Għargħur matul dawn l-aħħar ħames snin huwa kif jidher hawn taħt: Kindergarten Primarja Sena Skolastika 2002/03 27 68 Sena Skolastika 2001/02 35 67 Sena Skolastika 2000/01 35 71 Sena Skolastika 1999/00 21 81 Sena Skolastika 1998/99 27 90
Leg 10 PQ #4129 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Skond l-istatistika miġbura mill-korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol: a) b'faxex ta' eta' differenti; b) irġiel u nisa: fil-Mellieħa, fl-Imġarr, f'San Pawl il-Baħar, fil-Għargħur, fin-Naxxar, fis-Swieqi, f'Pembroke, f'San Ġiljan u f'Tas-Sliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #4210 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Villa Psaigon — Xogħlijiet - Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'xogħlijiet li qed isiru f'Villa Psaigon? Fejn ġew trasferiti is-sezzjoni tal-ġardinara?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 352 u 2159.
Leg 10 PQ #4221 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Spezzjonijiet fl-iskejjel

Question

In konsegwenza ta' l-inċident fatali li seħħ is-sena l-oħra fi skola ġewwa Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk f'Għawdex sarux xi spezzjonijiet fl-iskejjel biex jiġi assigurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' riskju għall-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Għawdex ukoll saru l-ispezzjonijiet neċessarji sabiex jiġi assikurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' periklu għall-istudenti.
Leg 10 PQ #4226 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjonit ta' l-edukazzjoni — Impjieg ta' studenti fix-xhur tas-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni hux se timpjega studenti għax-xhur tas-sajf u jekk iva, f'liema oqsma?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni beħsieba terġa torganizza Skola Sajf u toffri esperjenza ta' xogħol lil numru ta' studenti għalliema ta' l-Universita' skond il-bżonn.
Leg 10 PQ #4256 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu ta' computers

Question

Il-Gvern Malti ħa nota tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-OECD dwar l-użu tal-computers fl-iskejjel fejn wasal għall-konklużjoni li għalkemm f'dawn l-aħħar snin infirex l-użu sew tal-information and communications technologies (ICT) fl-iskejjel ewlenin fl-aktar pajjiżi avvanzati tal-OECD xorta waħda għadu diżappuntanti l-mod li bih dawn il-computers qed jiġu wżati fuq bażi ta' day to day l-aktar fl-upper secondary schools? Fil-każ ta' l-upper secondary schools Maltin, ġew identifikati xi barriers strutturali għall-avvanzi meħtieġa? Meta għamel l-assessment tiegħu il-gvern ħa nota tax-scheduling tal-ħinijiet ta' l-għalliema, il-class room organisation kif ukoll l-iżvilupp professjonali ta' l-għalliema? X'inhu l-persentaġġ ta' l-istudenti li jattendu skejjel fejn hemm biżżejjed workstations għal kull għalliem? Għadu jeżisti shortage ta' computers għall-istudenti? Fl-applikazzjoni tal-computers fl-iskejjel upper secondary dawn qed jintużaw l-aktar bħala sors addizzjonali ta' taħriġ jew biex jippermettu lill-istudenti li jaħdmu bil-pass normali tagħhom? X'inhu l-persentaġġ ta' għalliema li jużaw standard computer applications?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li it-tagħrif kollu għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #4257 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Użu tal-computers

Question

Jaf il-Ministru li fost il-konklużjonijiet tar-rapport tal-OECD dwar l-użu tal-computers fl-iskejjel wieħed isib li: hemm diffikultajiet fl-integrazzjoni tal-ICT fit-taħriġ fl-iskejjel; hemm problemi fix-scheduling ta biżżejjed computer time fl-iskejjel; hemm problemi dwar nuqqas ta' ICT skills and knowledge fost diversi għalliema; waħda mill-problemi ewlenin li jsibu f'ħafna skejjel huwa li jiltaqgħu ma ħafna diffikultajiet meta jiġu biex jagħmlu reklutaġġ ta' ICT teachers; l-iskejjel fil-pajjiżi Nordiċi kisbu l-akbar suċċess f'dan il-qasam minħabba l-availability and use of computers kif ukoll minħabba l-iżvilupp professjonali għoli ta' l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li id-Dipartiment tat-Teknoloġija fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni huwa kontinwament iżomm ruħu aġġornat rigward dokumenti maħruġa minn entitajiet internazzjonali b'mod partikolari ta' l-Unjoni Ewropeja kif ukoll ta' l-OECD. Jidher li l-Onor. Membru qed jirreferi għad-dokument maħruġ mid-Directorate of Education ta' l-OECD intitolat 'Disappointing Use of ICT in Upper Secondary Schools' maħruġ fi Frar 2004. Id-Dipartiment tat-Teknoloġija għandu prinċipalment ir-responsabbilta' ta' l-użu ta' l-ICT fil-Primarja u Sekondarja, kif ukoll taż-żewġ skejjel Post Sekondarji Giovanni Curmi, Higher Secondary School, Naxxar u Sir Mikielang Refalo, Centre for Further Studies - Post Secondary Complex, Rabat, Għawdex. Ittieħdu diversi inizjattivi biex ikun hemm l-aħjar użu ta' l-ICT fl-iskejjel, fosthom:- 1. Sar investiment qawwi tal-computers fl-iskejjel, tant li llum hemm 6000 computer fil-primarji u fis-sekondarji u dan jirriżulta illi Malta għandha waħda mill-ogħla computer student ratio fid-dinja. 2. Kull għalliem tal-primarja għandu laptop biex ikun jista' jipprepara il-lezzjonijiet bl-użu ta' l-ICT. 3. Computers fl-iStaff Rooms ta' l-iskejjel sekondarji għall-użu ta' l-għalliem. 4. Computers fl-amministrazzjoni ta' kull skola. 5. Aċċess għall-broadband fl-iskejjel kollha. 6. Web-based e-mail għal kull student u kull għalliem. 7. Sponsorship għall-għalliema biex jieħdu Diploma fl-ICT fil-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta. 8. Korsijiet wara l-ħin (bla ħlas) għall-għalliema fuq l-użu effettiv ta' l-ICT fil-klassijiet. Dawn il-korsijiet kienu ta' suċċess kbir tant li qed japplikaw aktar minn 1000 għalliem għal dan it-taħriġ. 9. Ġew maħtura numru ta' Peripatetic u Support Teachers biex jgħinu l-għalliema fl-integrazzjoni ta' l-ICT. 10. Siti b'riżorsi għall-integrazzjoni ta' l-ICT fil-klassi fejn l-għalliema jistgħu isibu għajnuna u direzzjoni f'dan il-qasam. Is-Siti huma hekk:- Għall-primarja http://schoolnet.gov.mt/ictprimary u http://schoolnet.gov.mt/primarythemes filwaqt li għas-sekondarja http://schoolnet.gov.mt/ictsec. 11. L-integrazzjoni tat-tagħlim tal-Matematika bl-użu ta' l-IT. l-għalliema tal-Matematika jieħdu t-tfal jagħmlu lezzjoni darba fil-ġimgħa fil-computer laboratories fejn jużaw software adattat għat-taħriġ tal-Matematika. 12. L-introduzzjoni tal-European Computer Driving Licence (ECDL) fl-iskejjel sekondarji kollha.
Leg 10 PQ #4271 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4078.