Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #25139 Sitting 529 2007-05-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati — Servizzi ta' avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet kull ambaxxata b'mod separat, matul is-snin 2005 u 2006 fi ħlasijiet għal servizzi ta' avukati?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa li kellhom l-Ambaxxati għas-servizzi ta' avukati, matul l-2005 u l-2006 hija kif ġej: Ambaxxata 2005 2006 Copenhagen Lm 360.66 Lm 288.53 Dublin NIL Lm 1,740.00 Ginevra NIL Lm 1.835.00 The Hague Lm 927.28 Lm 2,404,46 Londra NIL Lm 486.30 Pariġi Lm 5,125.00 Lm 3,935.00 Riyadh Lm 53.00 NIL L-Ambaxxati l-oħra kollha NIL NIL
Leg 10 PQ #25126 Sitting 527 2007-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ħaddiema li jieħdu allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jieħdu xi forma ta' allowance? X'inhu l-grad u x'inhi r-raġuni wara dan l-allowance?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħi li qed jirċievu xi forma ta' allowance fl-2006 huma kif ġej: Il-gradi minn Diretturi 'il fuq jieħdu expense allowance marbuta mal-Performance Agreement skond il-kundizzjonijiet tas-servizz pubbliku. Id-diploamtiċi u technical attaches li jservu barra minn Malta jieħdu allowance skond il-post li jaħdmu fih: skond il-Collective Agreement, uffiċċjali minn Executive Officer sa First Counsellor jieħdu qualification allowance jekk ikollhom il-kwalifiki eliġibbli. Il-membri tas-Segretarjat privat jieħdu Secretriat Allowance skond il-guidelines użati mill amministrazzjoni Governattiva. Uffiċċjal wieħed tal-Protocol jieħu disturbance allowance.

Affarijiet Barranin — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħi matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007.
Leg 10 PQ #25851 Sitting 526 2007-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Kuntatti Diplomatiċi

Question

X'kienet ir-reazzjoni uffiċjali tal-Gvern Ġermaniż u dak Franċiż għall-proposta tal-Gvern Malti għad-djalogu strutturat bejn l-UE u l-Lega Għarbija? Saru kuntatti diplomatiċi fl-istess kuntest mal-GCC - Gulf Co-operation Council? U jekk iva, x'kien ir-rispons uffiċjali tagħhom? Min-naħa tal-pajjiżi tal-Magħreb x'kienet ir-reazzjoni uffiċjali tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inizjattiva Maltija għad-djalogu strutturat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija inlaqgħet b'interess kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-Lega Għarbija. Din il-proposta issa tpoġġiet fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Ministri ta' L-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni li ser issir fit-18 ta' Ġunju li ġej. Intant saru kuntatti regolari mal-Lega Għarbija, ewlenin fosthom mas-Segretarju Ġenerali Amr Moussa, li indikaw l-appoġġ sħiħ tal-Lega għal din il-proposta. Fil-fatt f'riżoluzzjoni li ttieħdet fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Lega Għarbija li saret f'Marzu li għadda, il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' din l-organiżżazzjoni iddeċidew li jkattru l-isforzi favur inizjattivi sabiex jissaħħu r-rabtiet bejn id-dinja Għarbija u l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-inizjattiva ta' Malta. Fil-laqgħa tal-Kapijiet ta' l-Istati tal-Lega Għarbija (Arab Summit) f'Riyadh li saret fit-28 u 29 ta' Marzu ġie wkoll emfasiżżat kemm huwa importanti li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-Lega Għarbija u l-Unjoni Ewropea. Il-ħidma favur din l-inizjattiva għada għaddejja.
Leg 10 PQ #25104 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Dħul ta' l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn a) 8,000 sa 9,000 b) 9,000 sa 10,000 c) 10,000 sa 12,000 d) aktar minn 12,000 e) anqas minn 5,000?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant għar-rigward ta' uffiċċjali u persuni impjegati fil-Ministeru, u fl-Ambaxxati, fil-Forum Malta fl-Ewropa u fil-Konsulati (ta' Karriera) li jiffurmaw parti minnu, hija kif gej: (a) bejn Lm 8,000 sa Lm 9,000 huwa 25 (b) bejn Lm 9,000 sa Lm 10,000 huwa 16 (c) bejn Lm 10,000 sa Lm 12,000 huwa 33 (d) aktar minn Lm 12,000 huwa 128 (e) anqas minn Lm 5,000 huwa 134

Malta u l-Awstralja — Sistema tal-Medicare

Question

Jista' l-Ministru jirranġa s-sistema tal-Medicare li hi reċiprokata bejn Malta u l-Awstralja sabiex minn sitt xhur żmien issir bla limitu bħalma għandha l-Awstralja ma' pajjiżi oħra?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Kummissjoni Għolja ta' Malta fl-Awstralja qed tiddiskuti din il-materja ma' l-awtoritajiet Awstraljani bil-ħsieb li jiġu evalwati l-implikazzjonijiet ta' l-estensjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #25039 Sitting 523 2007-05-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

OECD — Applikazzjoni Maltija

Question

Fid-dawl ta' rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fhiex waslet l-applikazzjoni Maltija sabiex pajjiżna jissieħeb fl-OECD?

Response (FRENDO, MICHAEL)

F'Mejju 2006, il-Kunsill ta' l-OECD qabel li jinbeda proċess li jidentifika pajjiżi li setgħu jsiru membri ġodda u li magħhom setgħu jissaħħu r-relazzjonijiet. Fl-aħħar tlett xhur tas-sena l-oħra, il-Kunsill ta' l-OECD iddiskuta b'mod preliminarju t-talba għas-sħubija tat-8 membri ġodda ta' l-Unjoni Ewropea li mhumiex membri ta' l-OECD (jiġifieri, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, is-Slovenja, ir-Rumanija u l-Bulgarija). It-talba ta' Malta ġiet diskussa f'Diċembru 2006. S'issa, l-OECD għadha qed tistudja dawn it-talbiet għas-sħubija. Fit-3 ta' April 2007, l-Unjoni Ewropean ħadet deċiżjoni fuq livell ta' Rappreżentanti Permanenti biex tgħin lill-Membri kollha tagħha jissieħbu fl-OECD. Sadattant, intlaħaq ukoll ftehim biex Malta, flimkien mas-seba' pajjii l-oħra, tieħu sehem fl-Economic and Development Review Committee (EDRC) ta' l-OECD bħala parti mid-Delegazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.

Affarijiet Barranin — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, f'każ li xi uffiċjal mill-ministeru, dekasteru u enti tiegħu qabeż is-ceiling allokat għal mobile marbut mal-pożizzjoni tiegħu, ittieħdux passi fil-konfront ta' dawn l-uffiċjali matul Jannar, Frar jew Marzu 2007?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien infurmat li fil-perjodu indikat l-ebda uffiċċjal mill-Ministeru, dekasteru u enti ma qabeż xi ceiling allokat.

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx mobile phonesġodda fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007, u f'każ li fl-affermattiv, kemm-il mobileinxtara, b'liema prezz separatament u għal min kienu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Matul ix-xhur indikati jien infurmat li nxtraw 2 mobile phones għall-prezz ta' Lm 80.00 kull wieħed. Dawn iż-żewġ mobile phones jintużaw mis-Segretarju Privat u mill Assistent Segretarju Privat.

Affarijiet Barranin — Telefonati minn linji fissi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq telefonati minn linji fissi fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 globalment?

Response (FRENDO, MICHAEL)

In-nefqa globali fuq telefonati minn linji fissi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħi inklużi l-Ambaxxati u l-Konsolati kollha matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 kienet ta' Lm 19,841.66 li jinqasmu: Lm 6,214 mill-Ministeru, Lm 13,448.37 mill-Ambaxxati u Konsolati u Lm 179.29 mill-Forum Malta fl-Ewropa.
Leg 10 PQ #24900 Sitting 519 2007-04-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UNESCO — Rappreżentanza Maltija

Question

Billi hemm żewġ indirizzi differenti dwar ir-rappreżentanza ta' pajjiżna fil-UNESCO f'official directories,jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-indirizz korrett? Filwaqt li qabel ix-xogħol konness mal-UNESCO kien jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ambaxxata Maltija f'Pariġi bla ebda spejjeż żejda billi l-UNESCO qegħda bbażata f'Pariġi, kif tirrikonċilja dan mal-fatt li bħalissa r-rappreżentant tagħna fil-UNESCO huwa bbażat fil-missjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg? Mill-1999 sal-lum, kemm nefaq ir-rappreżetant permanenti Malti għall-UNESCO fi travelling expenses biex jattendi laqgħat tal-UNESCO f'Pariġi u barra Franza? Dan għaliex fl-1999 ir-rappreżentanza tal-UNESCO ġiet detached mill-Ambaxxata Maltija f'Pariġi. Fil-fatt bħalissa, min qiegħed jieħu ħsiebu l-manning ta' l-Uffiċċju ta' Malta f'Pariġi f'Rue De Longchamp - kif indikat fid-direttorju tal-UNESCO? Dan l-uffiċċju huwa miftuħ fuq bażi full time u jekk iva x'inhuma l-office hours tiegħu? Kemm qed titħallas kera għall-uffiċċju? Hemm xi locally engaged staff impjegati ma' dan l-uffiċċju?

Response (FRENDO, MICHAEL)

M'hemm l-ebda regola dwar ir-rappreżentanza ta' Stat mal-UNESCO. Hemm Stati li għandhom Rappreżentanza Permanenti separata (fil-każ tal-UNESCO tissejjaħ Delegazzjoni Permanenti) b'uffiċċji jew chancery għal rashom u ambaxxatur b'residenza għalih. Hemm oħrajn li jabbinaw id-Delegazzjoni Permanenti ma' xi funzjoni oħra: per eżempju ambaxxata bilaterali f'Pariġi jew fi Bruxelles jew Ġinevra jew Londra. Fil-każ ta' Malta, mill-1999 'l hawn il-funzjoni bdiet titwettaq mir-Rappreżentanza Permanenti għall-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg. L-Ambaxxatur Licari, ir-Rappreżentant Permanenti għall-Kunsill ta' l-Ewropa, kellu diġa esperjenza bħala Delegat Permanenti għall-UNESCO (1991 - 1996) u sal-lum, huwa l-uniku Malti li ġie elett għal fuq l-Executive Board tal-UNESCO. Ir-Rappreżentanza ta' Malta fi Strasbourg hi waħda li tonfoq mill-inqas f'personal emoluments u dan għaliex ma timpjega l-ebda segretarja u l-ebda driver. L-ambaxxatur u l-MBO ieħor li jaħdem miegħu huma flessibli biżżejjed biex ilaħħqu max-xogħol li jkun hemm. In-nefqa għal dak li jissejħu operational and maintenance expenses hu ukoll waħda mill-inqas fost il-Missions tagħna. L-indirizz li semma l-Onorevoli Interpellant f'rue de Longchamp, Pariġi, hu tar-residenza personali ta' l-Ambaxxatur Licari. Il-Gvern Malti qatt ma ħallas l-ebda kera fuq dik ir-residenza u qatt ma ħallas għall-ebda impjegat, la locally engaged u lanqas Malta based, la full-time u lanqas part-time. L-indirizz jintuża l-aktar għall-posta, speċjalment għal dokumenti ta' l-UNESCO. Naturalment jintużaw meżżi ma komunikazzjoni oħrajn, speċjalment l-internet u t-telephone li jistgħu jintużaw minn kullimkien.
Leg 10 PQ #25393 Sitting 519 2007-04-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Dokument ta' l-Indipendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa miżmum u jekk hux qed jintwera lill-pubbliku, id-dokument ta' l-Indipendenza ta' pajjiżna, liema dokument huwa muri fil-famuż ritratt tal-Prim Ministru Borg Olivier ixejru 'l folla miġbura fil-Furjana fil-21 ta' Settembru, 1964?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument oriġinali ta' l-Indipendenza huwa miżmum fil-Biblioteka Nazzjonali ta' Malta, u għalhekk nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #24510 Sitting 516 2007-04-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Lista' ta' aġenziji ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru u entioħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-snin 2005 u 2006 separatament? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli illi matul l-2005 l-aġenziji ta' reklamar użati mill-Ministeru tiegħi kienu dawn: Ministeru: AIM Services Ltd Lm 507.99 MPS Ltd Lm 982.98 _______________________________________________ Total Lm 1,490.97 Forum Malta fl-Ewropa: Executive Services Ltd Lm 260.00 Water Melon Media & Communication Lm 3,174.20 Circle Communications Lm 141.60 JP Advertising Lm 3,211.78 AIM Services Ltd Lm 228.57 ________________________________________________ Total Lm 7,016.15 Fir rigward ta' l-2006, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 21396.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'kontijiet ta' mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament u xahar b'xahar? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq prepaid top-up mobile cards fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk l-uffiċjali intitolati għal mobile phones fil-ministeru, dekasteru u enti tiegħu għandhomx ceiling fuq mobile phone mħallas mill-Gvern, u f'każ li hemm ceiling kemm hu separatament u jekk inqabiżx minn xi uffiċjal matul Jannar, Frar jew Marzu 2007? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li nqabeż c-ceiling?

Response (FRENDO, MICHAEL)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #24497 Sitting 514 2007-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bordijiet/Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet/kummissjonijiet maħtura mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid min huma għal kull każ u x'rimunerazzjoni hemm għal kull każ?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23558.
Leg 10 PQ #24649 Sitting 513 2007-04-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Ikliet/hospitality

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23311 u jgħid: matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali ta' l-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa globali ta' l-ikliet / hospitality tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteru u l-enti kollha li jaqgħu taħti matul l-2006 kienet kif ġej: Head Office u FME: Working Lunches / Dinners Lm 17,429.50 Receptions marbutin ma' Lm 5,377.75 avvenimenti / laqgħat Ambaxxati: Lm 34,367.08 ___________________________________________________________________ Total Lm 57,174.33 ____________________________________________________________________
Leg 10 PQ #24576 Sitting 511 2007-03-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Ambaxxati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha ambaxxati Malta llum? X'inhu l-complement ta' l-istaff ġo kull ambaxxata? Kemm huma Maltin u barranin u x'xogħol jagħmlu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Malta għandha 25 Missjoni Diplomatika li fihom jaħdmu 98 diplomatiċi Maltin u 132 impjegati mill-pajjiżi fejn hemm il-Missjonijiet Diplomatiċi. Ix-xogħol li jsir huwa dak diplomatiku u amministrattiv.
Leg 10 PQ #24600 Sitting 510 2007-03-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Malta Academy for Diplomatic Studies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Academy for Diplomatic Studies ta' Malta qiegħda tħarreġ uffiċjali tal-gvern ta' l-Iraq u ta' l-Afghanistan?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi żewġ diplomatiċi mill-Iraq, wieħed fis-sena akkademika 2005/06 u ieħor f'dik kurrenti, segwew courses fil-Mediterranean Academy for Diplomatic Studies. Minhiex infurmat li qatt kien hemm diplomatiċi mill-Afghanistan li tgħallmu fil-MEDAC.
Leg 10 PQ #24397 Sitting 509 2007-03-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Fis-sena 2006, saru dawn il-kirijiet: xejn Fis-sena 2007 sal-lum, saru dawn il-kirjiet: xejn.