Jista' il-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex tal-monti nhar ta' Ħadd f' Ta' Qali ġew imċaqilqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li skond il-Pjan Lokali ppubblikat mill-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar, iz-zona fejn qed jintrama bħalissa l-monti kienet dik l-aktar adattata u kienet indikata bħala tali fil-Pjan Lokali. Ta' min jgħid ukoll li barra minn dan iċ-ċaqlieq, ittieħdet l-opportunita' biex kull bejjiegħ li jarma ikun identifikat kemm hu personalment kif ukoll il-post tiegħu fejn jarma.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru dwal ġodda fi Triq is-Sur Fgura peress li f'din it-triq mindu ġiet żviluppata bil-bini ħafna snin ilu qatt ma saru dwal, speċjalment bejn l-HSBC u l-kantuniera ta' H.M. Valpenza Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38290 u cioe' jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni tal-Freeport li tħalli container tal-Maersk b'materjal splussiv jidħol fil-Freeport hix parti minn strateġija biex terġa' tiġbed lura lejn pajjiżna lil din il-linja tal-vapuri li marret taħdem Gioia Tauro?
X'inhi ir-raġuni li l-Maltacom ġieli joħorġu kontijiet handwritten inkluż il-VAT, fil-każ ta' l-abbonat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u dawn ma humiex itemised?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ġeneralment kontijiet bil-kitba jinħarġu jew fuq talba tal-klijent inkella għal raġuni amministrattiva.
F'każ fejn il-kont ikollu jinħareġ barra l-iskeda normali, dan ġeneralment jinħareġ bl-idejn. Jekk tali kont ikun fih sejħiet li għalihom ikun għadu ma inħariġx il-kont normali, allura l-kont jiġi kkalkulat fuq il-pulses reġistrati u mhux fuq il-sejħiet. F'dan il-każ il-kont ma jkunx jista' jiġi itemised.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikani?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-LIMSUK? Kemm sar kummerċ barrani permezz ta' din l-intrapriża fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament? Kemm saru board meetings tal-kumpannija f'Malta s-sena l-oħra? Kemm saru board meetings fil-Libja fl-istess sena?
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li se ssir reviżjoni tal-kejl tal-GDP u jekk iva, x'wassal għal dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li sa ftit tas-snin ilu, in-National Accounts ta' Malta kienu għadhom jiġu kumpilati skond is-System of National Accounts 1968.
Peress li teżisti metodoloġija aktar żviluppata minn din is-sistema, mill-1997 'l hawn, l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika beda jaħseb biex jibdel is-sistema tal-kejl tal-Prodott Gross Domestiku għal din il-metodoloġija aktar moderna.
Biex taqleb minn sistema ta' National Accounts għal oħra, jinħtieġu snin twal ta' preparazzjoni serja u ħidma b'reqqa kbira. Hekk sar u għadu qed isir sabiex naqilbu għall-metodoloġija imsejħa European System of Accounts 1995 li fl-aktar aspetti mportanti tagħha tixbaħ ħafna lis-System of National Accounts 1993.
It-tibdil għal sistema ġdida ta' kejl tal-Prodott Gross Domestiku huwa skond l-obbligi li għandu l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika li jipproduċi statistika uffiċċjali skond l-aktar metodoloġiji aġġornati.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq l-industriji ta' l-ikel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt fuq l-industrija, l-analiżi jeħtieġ li tkun waħda globali u integrata. Minn din il-perspettiva mhux antiċipat li jkun hemm xi impatt negattiv partikolari jekk mhux minħabba numru żgħir ta prodotti fejn, iżda, il-Gvern innegozja arranġament speċjali sabiex titħaddem sistema ta' sussidju b'mod li l-impatt jiġi mitigat.
Għad-dettalji speċifiċi dwar prodotti agrikoli identifikati fil-mistoqsija mill-Onorevoli Interpellant, nissuġġerixxi li l-mistoqsija tiegħu ssir lill-Ministru ta' l-Agrikoltura.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq l-industrija tal-ħalib?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 38172.
Peress li wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea Malta se jkollha mposti fuqha 87 kwota u tariffa u 539 special save guards for agriculture produce fuq l-importazzjoni ta' l-ikel ġejja mill-pajjiżi li m humiex membri, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti/studji li saru dwar l-impatt ta' dawn il-kontrolli fuq il-kompetittivita' ta' l-industrija tagħna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 38172.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq ħxejjex, frott u nuts impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other grains impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq sugar cane and beet impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38112 waqt is-Seduta numru 852.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq other processed foods mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li mas-sħubija ta' malta fl-Unjoni Ewropea ser jibdew jiġu applikati f'Malta l-istess tariffi applikati fl-Unjoni Ewropea. Dawn ivarjaw mhux biss skond il-prodott partikulari, iżda wkoll skond il-pajjiż minn fejn ikun qed jiġi mpurtat. F'dan il-kuntest, ta' min ifakkar li l-Unjoni Ewropea għandha ftehim ta' kummerċ ħieles ma bosta u bosta pajjiżi minn fejn wieħed jista' jimporta mingħajr tariffi jew b'tariffi mnaqqsa.
Id-definizzjoni other processed foods hija wiesgħa wisq biex wieħed jista' jelabora aktar minn hekk.
B'referenza għal special temporary state aid to support processors and recognised retailers of imported products, l-imports tariffs minn non EU states se jkunu japplikaw mis-sena 2004 f'pajjiżna?
Jekk hu l-każ, kemm hi t-tariffa fuq beverages & tobaccos impurtati mill-pajjiżi li mhumiex membri li trid titħallas mill-importaturi lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija ta' qabel numru 38162.
Għall-kumplament ta' l-informazzjoni li għandha x'taqsam mal-qasam tal-beverages and tobacco, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 36161 waqt is-Seduta numru 805.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-futur tal-Medigrain? Hemm il-ħsieb li tiġi xolta? X'se jsir mill-
ħaddiema? Min se jieħu x-xogħol li bħalissa tagħmel il-
Medigrain
?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38261 dwar l-istess materja matul din is-Seduta stess.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Korporazzjoni tal-Freeport li tħalli container tal-Maersk b'materjal splussiv jidħol fil-Freeport hix parti minn strateġija biex terġa' tiġbed lura lejn pajjiżna lil din il-linja tal-vapuri li marret taħdem Gioia Tauro?