Legislature:
Category:
Reset
Active:

Building regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġu fis-seħħ l-building regulations l-ġodda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi minħabba li r-regolamenti tal-bini l-ġodda jolqtu diversi aspetti tal-bini u li jekk jidħlu fis-seħħ kollha f’daqqa jista’ jkollhom riperkussjonijiet mhux mixtieqa fuq l-industrija tal-bini, huwa ppjanat li dawn ir-regolamenti jiddaħħlu b’mod gradwali u mhux kollha f’daqqa.

Kumitati għar-rijabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-kumitati għar-rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kull sena u kull kumitat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa mill-Kumitati għar-Rijabilitazzjoni għas-snin 2005, 2006 u 2007 kienet kif muri hawn taħt: 2005 2006 2007 Lm Lm Lm Valletta Rehabilitation Committee 161,539 91,682 45,690 Cottonera Rehabilitation Committee 39,345 35,447 11,793 Mdina Rehabilitation Committee 19,436 17,388 2,891 Infakkar li l-policy tat-twettiq ta' proġetti fl-areas tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina inbiddlet fis-sens li dawn qed jiġu imfassla u attwata mill-Ministeru. Fost dawn il-proġetti hemm il-pavimentar ta' l-Imdina, pavimentar ta' diversi toroq fil-Belt Valletta, il-ġnien Kottonera, il-ġnien ta' Hastings u tal-Mall u diversi xogħlijiet ta' restawr eċċ.

Energy from Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Malta Resources Authority dwar energy from waste? Jista' jpoġġi kopja ta' din il-policy fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bajja tax-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tisbiħ fil-bajja tax-Xemxija tlestix? Jekk fl-affermattiv x'kienet l-ispiża totali fuqu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-proġett ta’ tisbiħ fil-Bajja tax-Xemxija tlesta. L-ispiża totali fuq dan il-proġett kienet tammonta għal Lm145,432.

Riżorsi u Infrastruttura — Taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu ma ddaħħlu jew ġew riveduti l-ebda taxxi, tariffi jew miżati.

Riżorsi u Infrastruttura — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 kienu kif jidher hawn taħt:- Jannar Frar Marzu Ministeru - 203 692 Dipartimenti 10,642* 13,159* 13,180* MRA 272 251 25 Total 10,914 13,613 13,897 * Dan il-vot jinkludi fiħ xiri ta' materjal għall-użu regolari fuq xogħlijiet f'diversi żoni fil-pajjiż bħal siment, żrar, ramel, paving blocks, eċċ

Malta Resource Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-Malta Resource Authority fil-bdil tar-rata ta' surcharge fuq l-elettriku u dwar iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-fuel? Skond il-liġi l-MRA trid tapprova tali tibdil?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din il-mistoqsija diġa ġiet imwieġba fil-25 ta' Settembru 2007 u għaldaqstant l-Onorevoli Interpellant għandu jgħamel riferenza għar-risposta ta' PQ 27201.

Restawr ta' maħżen

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jigi restawrat u aġġornat il-maħżen li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li dan il-post hu mogħti lill-Vittoriosa Regatta Club b’encroachment mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qatt ma kellha talba mingħand id-Dipartiment ta’ l-Artijiet sabiex isir xogħol ta’ restawr fuq dan il-post.

Birgu — Slipway

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi slipway quddiem il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li hemm proposta ta' bini ta' slipway fix-xatt tal-Birgu, u hu maħsub li ladarba jinħareġ l-permess meħtieġ u jsiru d-diskussjonijiet u l-arranġamenti neċessarji ma' l-entitajiet kollha konċernati, l-Ministeru jkun f'pożizzjoni li jimplimenta x-xogħlijiet imsemmija.

Pembroke — Storm Water Culvert

Question

Jista' l-Ministru jagħti data meta se jibda x-xogħol fuq l-istorm water culvert fi Triq Madre M. Debrincat, Triq il-Kurunell Cocks u Triq G Henin, f'Pembroke għax dan jista' jsolvi l-problema ta' l-għargħar li hemm fl-inħawi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi il-proġett ta’ l-istorm water culvert f’Pembroke huwa wieħed minn numru ta’ proġetti għal kontra l-għargħar li qed ikun evalwat sabiex jiġi inkluż fil-program ta’ xogħol relatat ma' prevenzjoni ta' l-għargħar.

Kriterji dwar tabib tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom jintgħażlu l-ħaddiema tad-dipartiment tiegħu li jkunu morda biex eventwalment il-mard tagħhom jiġi verifikat mit-tobba tad-Dipartiment? Jista' jgħid per eżempju l-għala fis-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani t-tabib dejjem jintbgħat għand l-istess nies filwaqt li ħaddiema oħra qishom 'il fuq mil-liġi? Jista' jissottometti lista tal-ħaddiema ta' din is-sezzjoni ta' l-aħħar sentejn li turi kemm ħadu sick leave il-ħaddiema ta' din is-sezzjoni u għand min marru t-tobba msemmija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jagħmel użu minn kumpanija privata ta' tobba li tiġi mitluba żżur il-ħaddiema kollha li rraportaw morda f'xi wieħed mid-Dipartimenti tal-Ministeru. Rigward il-proċedura ta' kif jitbgħat it-tabib, jien infurmat li ġurnata qabel jintgħażel Dipartiment partikolari u kull impjegat sick jintbgħatlu t-tabib. Dan jgħodd ukoll għas-sezzjoni tar-Riżorsi Umani fejn hawn taħt wieħed isib lista tal-ħaddiema minn 1-26 u kemm utiliżżaw sick fl-aħħar sentejn, kif ukoll kemm intbgħat it-tabib lil kull wieħed u waħda minnhom. Din it-tabella turi b'mod ċar li l-ispezzjonijiet mit-tobba jsiru b'mod regolari mingħajr diskriminazzjoni u li għaldaqstant ħadd mill-ħaddiema ma huwa 'l fuq mil-liġi.

Pembroke — Slipway

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx data biex jibda x-xogħol fuq il-famuża slipway f'Pembroke? Jekk iva, meta beħsiebu jibda x-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet bejn il-MEPA u t-Taqsima tax-xoghlijiet għadhom għaddejjin. Hekk kif jinħarġu l-permessi, l-Ministeru jkun f'pożizzjoni li jibni l-imsemmija slipway.

Gżira — Gżira Road - Għarar

Question

Minħabba l-problemi ta' l-għarar li ilhom jolqtu lir-residenti ta' Gżira Road, Gżira wara kull maltempata, jista' l-Ministru jgħid wara l-ispezzjonijiet li saru on site mill-kunsill lokali u minn uffiċjali tad-dipartiment, x'passi mistennija jittieħdu biex jindirizzaw b'mod konkret din il-problema? X'options qed jikkunsidra l-gvern bħala soluzzjoni mingħajr il-bżonn li dawn il-miżuri u/jew pjani ta' azzjoni jibqgħu fuq l-ixkaffa, sakemm jiżviluppa l-proġett ta' Manoel Island?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24184, u ninfurmak li l-permessi għax-xogħlijiet neċessarji għadhom ma ġewx approvati mill-MEPA.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, fid-dekasteru u fl-enti li jaqgħu taħtu kien hemm ħames impjegati li għalqu il-61 sena li d-dettalji tagħhom huma kif jidhru hawn: Adviser – Transport Unit fi ħdan il-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm6,878 fis-sena u joqgħod fid-9 Distrett; Adviser - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm4,242 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett; Secretariat Messenger - fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru fuq bażi part-time, għandu salarju ta’ Lm2,323 fis-sena u joqgħod fil-5 Distrett; Chief Executive Officer - fl-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi fuq bażi full-time, għandu Lm14,507 fis-sena u joqgħod fil-11 il-Distrett; u Clerk - fl-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi fuq bażi part-time, għandha salarju ta’ Lm2,625 fis-sena u toqgħod fil-11 il-Distrett

Windfarms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-process marbut mat-twaqqif ta’ windfarms fuq il-baħar f’Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-analiżi tas-sottomissjonijiet li saru b’risposta għall-expression of interest li ħareġ il-Gvern, u t-tagħrif li qegħdin jiġbru l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi fuq il-progress li qiegħed jinkiseb f’din l-industrija jindika li t-teknoloġija li tkun tista' tiġi addattata għal Malta f'ċertu fond qed tiġi żviluppata, u impjanti bħal dawn diġa nbnew u qeghdin jiġu evalwati u ttestjati. Fuq il-parir ta' l-istess Awtorita' l-Gvern ser jistenna t-teknoloġija li tkun ippruvata sabiex il-proġett ikun aktar garantit. Bħalissa, fuq livell internazzjonali qegħdin isiru ukoll studji li għandhom il-għan li jitjiebu sistemi ta’ fabrikazzjoni ta’ wind farms biex b’hekk jonqos il-prezz ta’ l-enerġija li jipproduċu. Il-Gvern qiegħed isegwi dan kollu biex fil-ħin addattat jgħaddi għall-proġett konkret.

Biodiesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm hu kalkulat li ntuza biodiesel fil-gzejjer Maltin fl-2005 u fl-2006 u din is-sena? Kemm minn dan kien maħdum Malta u kemm kien impurtat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-volum ta’ biodiesel (B100) li huwa stmat li ntuża fil-gżejjer Maltin fis-sena 2005 kien ta’ 1,492 miljun litru u fis-sena 2006 kien ta’ 1,682 miljun litru. Għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena il-figura laħqet il-1.4 miljun litru. Dan il-volum kien kollu maħdum fil-gżejjer Maltin, b’xi parti mill-materja prima li ntużat ġiet impurtata.

Birgu — Statwa ta' San Duminku

Question

Peress li fi tweġiba parlamentari lili stess il-Ministru qalli li x-xogħol ta' restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku fil-Birgu kienet fil-programm li ssir, jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi preżentament għaddejjin diversi xogħlijiet ta’ restawr u hu maħsub li dan ix-xogħol jitwettaq fil-futur wara t-tkomplija ta’ l-istess proġetti.

Bormla — Ġnien Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xogħol ta' manutenzjoni u/jew qtugħ ta' ħaxix ħażin fi Ġnien Kottonera, Bormla u jekk hemmx xi mezz ta' sigurta' fuq l-istess ġnien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li jeżisti gang ta' ħaddiema li jieħu ħsieb il-manutenzjoni ta' Ġnien Kottonera, Bormla. Qegħdin isiru spezzjonijiet mis-security tad-Diviżjoni u ser jiġi kkunsidrat jekk jistgħux jittieħdu miżuri oħra ta' sigurta' fuq dan is-sit.

Riżorsi u Infrastruttura — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, d-dekasteri u l-enti li jaqgħu taħtu.

Riżorsi u Infrastruttura — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus fuq kull tip ta' hospitality fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu, 2007, x'kien ir-raġuni ta' din l-ispiża separatament u min kienu l-uffiċjali li nefqu dawn il-flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt:- Tip ta’ Hospitality/ Raġuni Jannar 2007 (Lm) Frar 2007 (Lm) Marzu 2007 (Lm) Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Beverages għas-Segretarjat Privat tal-Ministeru 223.30 - - Bar Service – Parlament 45.75 - - Catering Service għas-Segretarjat Privat tal-Ministeru - 136.91 - Diviżjoni tas-Servizzi Working lunches ma’ delegazzjonijiet barranin 25.15 49.30 - Dipartiment tat-Tiftix għ aż-Żejt Lunches ma’ delegazzjonijiet barranin 492.15 75.00 - Chauffeur driven service 145.00 - - Guided tours 72.00 - -