Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovvjament kellu mpatt pożittiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma stmati li se jiswew il-mollijiet taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr bħala spiża totali fuq xogħol ta' kostruzzjoni mill-kuntrattur, fuq konsulenzi u spejjeż oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija f'Mistoqsija Parlamentari 25065.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 27105, jista' l-Ministru jikkonferma jekk attwalment ġiex appuntat receiver of wrecks?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-aħħar receiver of wrecks maħtur kien fis-sena 2003. Minn mindu għalaq il-każ li għalih ġie appuntat għadu ma sarx receiver of wrecks ieħor, peress illi fil-prattika jinħatar receiver of wrecks kull meta jkun hemm każ ta’ wreck.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istandards authority hijiex qed timmoniterja u tiċċertifika l-bandli li jinsabu f'ġonna pubbliċi f'pajjiżna? Jekk fin-negattiv, jista' jikkonsidra li dan iseħħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Maltija dwar l-iStandards m'hiex fil-preżent timmoniterja u tiċċertifika l-ebda bandli f'pajjiżna. Madankollu ser nikkunsidra s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 27177, peress li d-domanda m'hijiex li l-MMA toħroġ ċertifikat marittimu mingħajr ma jsir il-kors, imma li jsir il-kors kemm jista' jkun malajr, huwa possibbli li dan il-kors isir issa u mhux xhur oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-organiżazzjoni tal-korsijiet ta’ Boat Master Grade One taqa’ taħt ir-responsabilita’ ta’ l-Istitut Marittimu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Għawdxin li kellhom iċ-ċertifikat tal-baħar tagħhom irtirat minħabba l-investigazzjonijiet li saru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-investigazzjonijiet li għalihom qiegħed jagħmel referenza l-Onor. Interpellant qegħdin jitmexxew mill-Pulizija u għaddhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti dettalji kemm-il vapur li għandu aktar minn 25 sena ġie reġistrat ma' l-Awtorita' Marittima Maltija matul is-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?
Peress li dawn il-bastimenti mhux suppost li jiġu aċċettati li jiġu reġistrati taħt il-bandiera Maltija, jista' jgħid xi kriterju qed jintuża sabiex issir deroga minn din ir-regola?
Jista' jgħid kemm-il persuna li kienet tidditjeni liċenzja sabiex issuq bastiment jew dgħajsa ġiet mitluba tirritorna lura l-liċenzja matul is-sena 2007?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mkien ma hemm stipulat li bastimenti ta’ ħamsa u għoxrin sena jew iżjed ma jiġux aċċettati għar-reġistrazzjoni. F’każijiet bħal dawn kull ma jimponi l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili huwa li reġistrazzjoni bħal din trid issir mir-Reġistratur Ġenerali jew bil-permess tiegħu. Huwa ċar li f’każijiet bħal dawn ir-Reġistratur Ġenerali jimxi fuq policy li tkun maqbula minn qabel. Għal din il-parti tal-mistoqsija l-Onor. Membru jista` jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24369.
Qed nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra d-dettalji ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 27343.
Jista' l-Ministru jara li d-diversi sprali li hemm mferrxa fit-terminal ta' Għawdex jiġu mwaħħla sew peress li minħabba l-ħoss li qed jagħmlu ħafna sewwieqa qed jinħassdu u anke qed ikun hemm lok ta' inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-MMA ser tieħu l-passi neċessarji dwar l-ispralli li ssemmew fid-domanda, u ser terġa tpoġġi lura wkoll dawk li nsterqu.
Peress illi l-kors mill-Malta Maritime Authority għal Boat Master Grade One sejjer isir bejn Settembru u Ottubru 2007 u għalhekk m'hemmx possibilita' li persuna takkwista liċenzja ta' Boat Master Grade One għal dan is-sajf, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li dan jingħata liċenzja temporanja sakemm isir il-kors, in vista tal-fatt li kien fl-20 ta' Settembru, 2006 li sar l-aħħar eżami ta' Boat Master Grade One u f'Marzu 2007 saru żewġ orali lil tnejn li ma kenux għaddew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ir-Regolament ta' l-2002 dwar Bastimenti Kummerċjali persuna li tkun tixtieq taħdem fuq dawn il-bastimenti jinħtieġ li tkun għamlet kors mill-Istitut Marittimu ta’ l-MCAST li jwassal għal għoti ta' ċertifikat ta' kompetenza mgħoti mill-MMA.
Ma naħsibx li l-Onor. Interpellant qed jissuġerixxi li l-MMA toħroġ dan iċ-ċertifikat mingħajr ma jkun sar il-kors, u għalhekk permessi kif suġġeriti fid-domanda ma jistgħux jinħarġu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vapuri tas-sajd Sqallin iħallsux ta' l-imriġġ meta jorbtu mal-mollijiet fil-portijiet Maltin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-bastimenti tas-sajd Sqallin iħallsu ta’ l-irmiġġ meta jorbtu mal-mollijiet fil-portijiet Maltin. Dawn il-bastimenti jħallsu wkoll il-port dues.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswew ix-xogħlijiet in konnessjoni mal-foot passenger ramps li saru ta' qies differenti milli suppost u allura ma jiffittjawx mal-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-allegazzjoni li qed issir fid-domanda ma tirriżultax, fil-fatt ir-rampi ġew maħduma skond id-disinji oriġinali.
Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari 25999 billi jgħid x'se jsir mill-ħwienet li kien hemm fil-port tax-xatt ta' l-Imġarr, Għawdex u li kienu mikrija mill-Lands lil terzi? Jista' jgħid jekk dawn it-terzi humiex sejrin jinstabulhom ħwienet alternattivi jew jekk huma humiex se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Separate Cover: No
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-mistoqsija msemmija saret lill-ministeru ieħor li fit-tweġiba tiegħu ndika li ser jirrispondi f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi appuntat receiver of wrecks sabiex jiġu mgħoddija skond il-liġi dawk il-bċejjeċ tal-baħar li nstabu abbandunati u li qegħdin isofru ħsara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima se tieħu l-passi neċessarji biex jinħatar receiver of wrecks.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Salarji u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li huma tnejn l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħi illi għandhom ħaddiema li għalqu l-61 sena.
L-Awtorita' Marittima għanha żewġ ħaddiema li għandhom 63 sena kull wieħed. Wieħed minnhom qiegħed fuq definite yearly contract u l-ieħor fuq extended employment contract. Dawn iż-żewġ ħaddiema nżammu skond l-eżiġenzi ta' l-Awtorita' u minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
L-Awtorita' tal-Kommunikazzjonijiet għandha Speċjalist Tekniku ta' 66 sena li ngħata estensjoni sa l-31 ta' Marzu tal-2008 minħabba l-kapaċitajiet speċjaliżżati tiegħu.. Imbagħad hemm ċ-Chairman li huwa wkoll id-Direttur Ġenerali ta' l-Awtorita' li għandu 68 sena u li l-kuntratt tiegħu jintemm fil-31 t' Ottubru 2007.
L-Awtorita' Maltija dwar l-istandards m'għandha l-ebda ħaddiem li għalaq il-61 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Xogħol sub contracting
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol li sar permezz ta' sub contracting mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separtament u xahar b'xahar? Jista' jgħid jekk għal dan ix-xogħol ħarġitx tender fejn kien hemm bżonn u min kien il-kuntrattur f'kull każ li ngħata x-xogħol u kemm kien l-ammont separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li meta jkun stabbilit li kuntrattur jista' jagħti xogħol ta' subcontracting, allura l-Ministeru jew dipartiment konċernat mhux bilfors ikollu għad-disposizzjoni tiegħu l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għar-raġuni tas-subcontracting jemani mill-istess kuntratt.
Jekk l-Onor. Interpellant irid informazzjoni fuq xi każ partikolari u/jew qed jirreferi għal l-għoti ta' kuntratti pjuttost mill-subcontracting, allura huwa mitlub jiċċara u jerġa jissotometti mistoqsija parlamentari oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct ordersmatul Jannar, Frar u Marzu 2007 mil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu u f'każ li fl-affermattiv kemm ingħataw, għal liema raġuni, kemm kien l-ammont u min ingħata d-direct order separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.