Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – dħul mit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mit-taxxa għas-sena 2015, miġbura mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fl-2015, il-MGA għaddiet lill-Gvern €55.8 miljun f'taxxi fuq il-logħob li nġabru matul is-sena. Għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha, jiġifieri 2016, dan id-dħul mistenni li jitla għall-€56.7 miljun. Ta' min wieħed issemmi li l-Gvern apparti t-taxxi fuq il-logħob, idaħħal dħul ieħor bħal per eżempju taxxa fuq l-Income u VAT li jiġu ġġenerati mill-industrija u s-servizzi anċillari. Fis-sena 2015, l-industrija tal-gaming f'Malta ġġenerat mas-€700 miljun f'attività ekonomika li jfisser madwar 10% tal-ekonomija ta' Malta.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob — ftehim mal-Microsoft

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-għan tal-ftehim bejn l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob u l-Microsoft?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-għan tal-ftehim mal-Microsoft hu li jiġu mmodernizzati s-sistemi kollha ta' kif taħdem l-Awtorità. Filfatt, dan huwa parti minn proċess ta' riformi kbar li għaddejja minnu l-MGA biex tkun iżjed effiċjenti u effikaċi fil-mod kif topera. Hu strategikament importanti li f'settur daqshekk dinamiku bħar-remote gaming, ir-regulatur ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu sistemi u teknoloġiji mill-aktar moderni u sofistikati biex b'hekk l-operat regolatorju u l-komunikazzjoni bejn l-Awtorità u l-operatur isir kollu online. Fost is-sistemi li se jiġu implimentati hemm document management system fejn id-dokumentazzjoni kollha tal-Awtorità tiġi diġitalizzata, online portal u customer relationship management system li se tagħti faċilità lill-Awtorità ta' informazzjoni kompleta b'rappurtaġġ u immedjatezza biex b'hekk tiżdied l-effiċjenza. Dawn kollha se jkunu ibbażati fuq it-teknoloġija ta' Microsoft.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – dħul iġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi dħul iġġenerat l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena li għaddiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Fl-2015, il-MGA għaddiet lill-Gvern €55.8 miljun f'taxxi fuq il-logħob li nġabru matul is-sena. Għas-sena finanzjarja li ninsabu fiha, jiġifieri 2016, dan id-dħul mistenni li jitla għall-€56.7 miljun. Ta' min wieħed issemmi li l-Gvern apparti t-taxxi fuq il-logħob, idaħħal dħul ieħor bħal per eżempju taxxa fuq l-Income u VAT li jiġu ġġenerati mill-industrija u s-servizzi anċillari. Fis-sena 2015, l-industrija tal-gaming f'Malta ġġenerat mas-€700 miljun f'attività ekonomika li jfisser madwar 10% tal-ekonomija ta' Malta.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob — liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob fis-sena 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Infurmat hekk: Banek tal-Lottu - 246 Casinos - 4 Kumpaniji iGaming - 269 Fis-sena 2015, l-Awtorità ħarġet 88 liċenza ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ir-remote gaming. Dan iffisser żieda ta' 4% fuq is-sena ta' qabel. Ta' min isemmi ukoll li l-kontribuzzjoni ekonomika tas-settur tal-gaming fl-ekonomija Maltija kibret bi 3.7% meta mqabbla mal-2014.

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – titjib fis-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob biex tkompli ttejjeb is-servizzi tagħha biex tindirizza l-ilmenti tal-konsumaturi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Is-sena li għaddiet, l-Awtorità bdiet toffri mezz ta' komunikazzjoni hekk imsejjaħ chat channel. Dan iċ-chat channel jopera bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u jintuża minn dawk il-konsumaturi li jridu aġġornament fuq l-ilmenti li ssottomettew għall-iskrutinju tal-Awtorità. Fis-sena 2015, it-tim tal-player support itratta 1,083 interazzjoni mal-konsumaturi fuq dan il-mezz ta' komunikazzjoni innovattiv. Barra minnhekk, it-tim tal-player support se jkun qed jaġġorna s-sistema tar-reġistri min dik ibbażata fuq waħda manwali għal sistema totalment diġitali biex b'hekk iżid l-effiċjenza tal-mod kif jindirizza u jittrata dawn l-ilmenti. Ta' min jirrimarka li f'dan il-każ, il-konsumatur ikun fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, ġugatur barrani li jkollu xi probelma ma' wieħed mis-siti tal-logħob awtorizzati mill-MGA.

Proġett tal-FTTH

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ fiex wasal il-proġett tal-Fibre to the Home (FTTH)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Fibre-to-the-Home (FTTH) flimkien ma’ Next Generation Access Networks, jiġifieri teknoloġiji avvanzati Ii huma kapaċi jipprovdu internet veloċi bi speeds ferm għola minn dawk ta' networks tradizzjonali, qed ikomplu jiġu rolled-out permezz ta' investiment qawwi mis-settur privat. II-Gvern qed ikompli jiffaċilità dan I-iżvilupp permezz ta' numru ta’ inizjattivi kif imsemmi hawn taħt: - Tkomplew I-isforzi sabiex tisaħħaħ il-koordinazzjoni bejn entitajiet differenti tal-Gvern, fosthom Transport Malta (TM), il-Planning Authority (preċedentement il-MEPA) u I-Awtorità ta' Malta dwar iI-Komunikazzjoni (MCA), fejn jidħol xogħlijiet Ii jkun hemm bżonn isiru fuq dawn in- networks . Fost I-oħrajn, wara ħidma intensa bejn I-MCA, TM u I-Building Regulations Office, ġiet trasposta direttiva Ewropea bil-għan Ii tonqos I-ispiża biex jitqegħdu networks Ii kapaċi joffru servizz tal- Internet b'veloċità għolja. Malta kienet minn ta' quddiem biex din id-Direttiva tiġi addottata bil-għan Ii jiġu riveduti I-elementi involuti fit-tnedija ta' networks ġodda, kif ukoll biex jiġu indirizzati I-problemi Ii jiffaċċjaw I-operaturi f'dan ir-rigward u Ii jistgħu jxekklu l-investiment fis-suq. - L-MCA ukoll ħarġet deċiżjoni, wara Ii nehdiet eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika, Ii titratta I-aċċess virtwali għall-infrastruttura tal-FTTH fejn dan jitqiegħed mill-kumpanija GO plc. Din is-soluzzjoni tippermetti Ii I-operaturi oħra jkunu jistgħu jixtru I-aċċess virtwali mingħand GO plc b'mod ġust, filwaqt Ii jiġi aċċertat Ii I-istess investiment sostanzjali ma jiġix ippreġudikat. - Bil-għian Ii tiżdied id-domanda għal servizzi tal-broadband ta' veloċità għolja, qed tkompli I-ħidma minn aġenziji tal-Gvern, fosthom I-MCA u I-MITA, biex titnaqqas kemm jista' jkun il-firda diġitali u jiżdied I-għarfien fl-uu tal-ICT fost iċ-ċittadini u n-negozji Maltin. Permezz ta' diversi programmi, qiegħda tingħata opportunità ta' taħriġ Iill-individwi u negozji żagħar biex iressaqhom iktar viċin it-teknoloġija. II-Gvern jinsab kommess li jsostni il-progress milħuq minn Malta f'dan is-settur tal-broadband fuq networks fissi, kif jixhed ii-Broadband Coverage Report ikkummisjunat mill-Unjoni Ewropea. Dan ipoġġi Iii Malta minn ta' quddiem nett fl-Ewropa fejn tidħol iddisponibbilità għal servizzi broadband ta' veloċità 'I fuq minn 100 Megabits per second, fejn f'Malta din tkopri 99.4 fil-mija tal-pajjiż, waqt Ii I-medja Ewropea hija ta' 49 fil-mija (fis-sena 2015).

Konnessjonijiet tal-fibre optic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser jinvesti u/jew jinċentiva aktar konnessjonijiet fibre optic bejn pajjiżna u pajjiżi oħra? Jekk iva, jista’ jgħid kif u meta ser jagħmel dan?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif ġie indikat fid-diskors tal-baġit tal-Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, I-Awtorità dwar il-Kommunikazzjoni għadha kemm nediet studju dwar il-fattibilità teknika, ekonomika u finanzjarja ta' submarine cable ġdid bejn Malta u postijiet alternattivi oħra fil-kontinent Ewropew bil-għan Ii titjieb I-adattabbilità u I-kwalità tal-konnettività tat-telekomunikazzjoni internazzjonali attwali. Dan I-istudju ġie iffinanzjat permezz ta' Fondi Ewropej. Fost affarijiet oħra, I-istudju jikkonferma li konnettività elettronika internazzjonali b'saħħitha, effiċjenti u effettiva tibqa' kritika sabiex Malta tkompli iżżid I-kompettività fis-settur tal-informatika. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra diversi metodi kif dan I-investiment jista’ jseħħ billi fost l-oħrajn qiegħed f'diskussjonijiet mal-European Investment Advisory Hub fi ħdan il-European Investment Bank u dan sabiex jiddetermina kif il-Ggvern jista' jibbenefika minn strumenti finanzjarji taħt il-kappa tal Connecting Europe Facility Broadband Fund.

Malta Gaming Authority – żieda fl-ispejjeż amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, skont il-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA), fl-2015 l-ispejjeż amministrattivi tal-MGA żdiedu bi 53% u telgħu għal €8.6m?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kmieni fis-sena 2013, l-Awtorità kienet qed topera b'livell baxx ħafna ta' riżorsi interni li assolutament ma kienux suffiċjenti biex taqdi il-funzjoni tagħha ta' superviżjoni u moniteraġ effettiv ta' settur daqstant kbir, kemm dak land based kif ukoll dak online. Għaldaqstant, il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ħass il-ħtieġa li saħħaħ il-kapaċitajiet u riżorsi organizzattivi kemm f’dak li hu infurzar, awtorizzazzjoni u compliance kif ukoll f’dak li hu finanzi, assikurazzjoni tad-dħul, l-infrastruttura tal-informatika, u t-tim legali. Barra minn hekk it-twettieq tal-Pjan Stateġiku ta' tliet snin imfassal fil-bidu tal-2014, li apparti Ii kien ikopri id-dmirijiet tal-Awtorità bħala regolatur, kien jinkludi diversi riformi u miri ambizzjuzi li għaldaqstant kien jirrikjedi it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi, iżjed promozzjoni ta' Malta fuq livel internazzjonali u riżorsi adekwati biex l-Awtorità tilhaq il-miri tagħha. Apparti minn hekk, eżerċizzju professjonali ta' right sizing li kien ikkummisjonat, l-Awtorità flimkien ma' eżercizzju ta' benchmarking ma' Awtoritajiet lokali u barranin, wera li l-Awtorità kellha bżonn tissaħħaħ sostanzjalment fir-riżorsi umani tagħha. Dan kollu wassal biex l-ispejjeż amministrattivi tal-Awtorità żdiedu għall-€8.6m.

Malta Gaming Authority — line item Contribution to other entities

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljat ta’ line item Contribution to other entities li skont il-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) tal-2015, għas-sena 2015 kienet tammonta għal €537,245?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Contribution to other Entities, għas-sena 2015 kienu kif ġej: Responsable Gaming Foundation - €490,685 Gaming Malta - €38,890 Gaming Academy - €7,670

MGA — Provision for Claims u Contingent Liabilities

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni tal-Provision for Claims u Contingent Liabilities li jidhru f’noti 14 u 19 tal-Financial Statements tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) għas-sena 2015?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-MGA għamlet proviżjoni ta’ €3.3 miljun fil-Financial Statements għas-sena 2014 bi qbil mal-awdituri tagħha Ernst & Young. Dan sabiex l-Awtorità tapplika l-prinċipju tal-prudenza fil-kontijiet tagħha li għandu jiġi applikat f’ċirkostanzi simili skont International Accounting Standard 37 (IAS37). II-Provision for claims saret fir-rigward ta' claims minn individwi li qed jinsistu li baqgħu ma tħallsux ammonti dovuti lilhom mill-operaturi liċenzjati mill-Awtorità u qegħdin iżommu lill-Awtorità responsabbli għal dan in-nuqqas. L-Awtorità talbet parir legali fuq dawn il-każijiet. Fl-aħħar ta' kull sena, l-Awtorità tirrevedi il-Provision for Claims u tagħmel aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa wara li tikkunsidra xi żviluppi li jkunu seħħew matul is-sena. Din ir-reviżjoni ssir b'konsultazzjoni mal-awdituri tagħha. Kif spjegat fNota 4 tal-Financial Statements, l-Awtorità tevalwa il-claims li jkollha u wara parir legali u konsultazzjoni mal-awdituri tieħu deċiżjoni jekk tagħmilx proviżjoni jew tagħmel nota fil-Financial Statements skont lAS 37. L-eżerċizzju tar-reviżjoni tal-claims kif spjegat aktar ‘il fuq ikopri kemm il-Provision for claims kif ukoll il-Contingent liabilities.

MITA – investiment għall-infrastruttura tan-network tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-benefiċċji miksuba mill-investment qawwi li għamlet il-MITA fuq l-infrastruttura tan-network tal-Gvern?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-MITA hi responsabbli mill-bini u l-manutenzjoni mill-infrastruttura tas-servizzi u n-networks u tal-komunikazzjoni tal-Gvern. Il-Malta Government Network jew kif inhi magħrufa aħjar bħala l-MAGNET, hi magħmula minn għadd ta' konnessjonijiet ta' high speed fibre optic u broadband. B'dan il-mod tgħaqqad lil madwar 700 uffiċċju li jinkludu Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet tal-Gvern maż-żewġ Data Centres tal-MITA. B'hekk l-uffiċjali pubbliċi għandhom aċċess għal mijiet ta' servizzi tal-Gvern li joperaw mid-Data Centres tal-MITA. Il-kuntratt kurrenti tal-fibre optic li għandu valur annwali ta' madwar €1 miljun, jipprovdi servizz ta' konnessjoni ta' network high speed lil 97 Ministeru, Dipartiment u entità tal-Gvern. Dan jiskadi f'Novembru 2016. Biex tiżgura l-kontinwazzjoni ta' dawn is-servizzi wara t-tmiem ta' dan il-kuntratt, il-MITA ħarġet żewġ sejħiet separati għal tenders, waħda għal servizzi ta' fibre optic high speed u l-oħra għall-apparat tat-terminazzjoni għad-Data Centre u għall-entitajiet l-oħrajn. Il-valur totali ta' dawn iż-żewġ tenders huwa ta' €3.6 miljun. L-implimentazzjoni bdiet f'nofs l-2015 u wasslet biex ġew iffrankati madward €300,000 fis-sena. Barra minn hekk, il-kuntratt il-ġdid jipprovdi aktar flessibilità u benefiċċji mill-kuntratt ta' qablu, fosthom aktar xelta ta' kif wieħed jista' jespandi n-networks.

Il-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25172 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li permezz tiegħu qiegħed jgħaddi s-sit tal-Marsa Shipbuilding lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hux ser tiġi stabbilita xi forma ta’ Free Zone fil-proġett tal-hub marittimu fil-Marsa? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex ser tkun tikkonsisti u kif ser tkun regolata?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat

eSkills Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hi komposta l-eSkills Foundation u jgħid x’inhuma r-remunerazzjoni/benefiċċji ta’ kull membru?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eSkills Malta Foundation hija komposta minn membri ġejjin mill-MITA, l-MCA u l-Malta Gaming Authority, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Malta Enterprise u l-Malta Chamber of Commerce and Industry. L-ebda membru ma jiġi rremunerat jew għandu xi benefiċċju. Membri November 2016: Mr Carmelo Formosa - Chief Administrator - MITA Mr Nicholas Vella - MCA Mr Paul Fenech - MGA Mr James Catania - Ministry for Education and Employment Mr Anthony Vassallo - Malta Enterprise Mr Marcel Cutajar - The Malta Chamber of Commerce and Industry The Foundation also has the following employees: Mr Carm Cachia - Executive Coordinator w.e.f. 1st April 2016 Basic Salary €40,000 p.a. Mobile Phone €120 p.a. Performance Bonus 0% to 15% of basic salary Ms Bernadette Zerafa - Manager - seconded from MITA Basic Salary €25,121 (based on 40 Hrs per week) Fuel Allowance €2,100 p.a. Car Cash Allowance €3,420 p.a. Mobile Phone €120 p.a. Mobile Internet €120 p.a. Performance Bonus 0% to 10% of basic salary

eSkills Foundation

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar mill-eSkills Foundation fl-2014, l-2015 u s’issa matul l-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’konformità mal-għanijiet statutorji tal-Fondazzjoni, I-attivitajiet matul is-snin 2014, 2015 u 2016 kienu iffukati fuq Ii jkun hemm impatt f'oqsma rilevanti għall-eSkills. Dawn jinkludu: - Żieda fl-għarfien fost il- policy makers u stakeholders fuq I-importanza tal-eSkills bħala rekwiżit ewlieni għall-impjiegi tal-ġejjieni; - Għarfien akbar fl-industrija tal-ICT u fost I-aġenziji tal-impjieg fuq il-qafas tal eCompetence Framework ; - Żieda ta' għarfien fost I-istudenti u I-korpi rappreżentattivi tal-istudenti dwar l-opportunitajiet ta' karrieri u I-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi fl-ICT. Attivitajiet fl-2014: - Milħuqa aktar minn 50,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja soċjali ( Twitter u Facebook ). Il-messaġġi kienu mmirati għall- policy makers u dawk Ii jħaddmu. - Milħuqa ‘I fuq minn 200,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja, aħbarijiet stampati u siti socjali. - Ġew ittrenjati aktar minn 50 konsulenti tal-karrieri fil-kulleġġi taI-istat u l-konsulenti tal-impjiegi. It -taħriġ kien fuq il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi fl-ICT. - Il-Fondazzjoni ħadmet ukoll bħala l-Koordinatur Nazzjonali ta' eSkills for Jobs - proġett għall-kampanja Impjiegi fl-ICT fl-Ewropa kollha. - Ikkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni taI-ICT taI- eskills for Jobs . ICTSA (korp ta studenti Maltin taI-ICT fl-Università ta' Malta) ġew fit-tieni post fil-kategorija taċ-Ċittadinanza Diġitali. - Involuti mas-segretarjat tal-Grand Coalition of Digital Jobs u ġiet formalizzata l- eSkills Malta Foundation bħala Koalizzjoni Nazzjonali għall-Impjiegi Diġitali. - Parteċipazzjoni fl- EU Code Week . - Ħidma fuq kampanja tal-midja bbażata fuq assi online tal-eskills.org.mt Attivitajiet fl-2015: - Ħidma b'enfasi speċjali fuq l-adozzjoni ta' kompetenzi tal-ICT mill-istudenti. - Attivitajiet fost l-istudenti u l-korpi tal-istudenti rappreżentattivi. - Parteċipazzjoni fl-avvenimenti tal-karriera organizzati mill-MCAST u mill-Università ta’ Malta. - Ħidma mal-komunità tan-negozju Maltija b'informazzjoni dwar il-mandat u I-proġetti tal-Fondazzjoni. - Parteċipazzjoni fil-Forum IDC Leadership ICT. - Parteċipazzjoni bħala parti mill-ġurija matul iI-fażi ta' kompetizzjoni annwali organizzata mill-lCTSA mmirata lejn intraprendituri żgħażagħ. - Parteċipazzjoni fil- Career Exposure Experience billi assigurat 'l fuq minn 100 post għall-studenti taI-ICT tal-Form 4. Dan qed isir b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet privati u pubbliċi. - Parteċipazzjoni fir-raba' edizzjoni tal-MCAST EXPO 2015 bil-promozzjoni ta' profili ta' karrieri fl-ICT. - Parteċipazzjoni fil- Freshers Week fl-Università ta' Malta b'kollaborazzjoni mall-ICTSA. - B'kollaborazzjoni mal-MCAST, issieħbet mal-bqija tal-Ewropa billi organizzat numru ta' sessjonijiet dwar iI- coding matul iI- Coding Week tal-Unjoni Ewropea. - B'kollaborazzjoni mal-MITA organizzat numru ta' żjarat fl-iskejjel għal aktar minn 500 student f'25 skola taI-istat, knisja u indipendenti. - Ħidma kontinwa bħala I-Koordinatur Nazzjonali tal- eSkills for Jobs . - Għal darb'oħra kkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni tal-ICT tal- eSkils for Jobs . ICTSA iI-korp studenti tal-ICT taI-Università ta' Malta kienu rrebbieħa tal-Kategorija Digital Entrepreneurship . - Milħuqa aktar minn 300,000 Ċittadini Maltin permezz tal-midja socjali ( Twitter u Facebook) . - Pubblikazzjoni kontinwa ta' artikli fuq istampa lokali u onlajn. - Pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-sena 2014. - Parteċipazzjoni fil-konferenzi ta' liveII għoli organizzata mis-Segretarjat tal- Grand Coalition for Digital Jobs . Attivitajiet fl-2016: - Parteċipazzjoni fl-avvenimenti dwar il-karrieri organizzati mill-MCAST u I-Università ta' Malta. - Partecipazzjoni fil- Careers and Research Fair organizzata mill-KSU tal-Univeristà ta' Malta fi Frar 2016. - Parteċipazzjoni fil- Career Exposure Experience 2016/2017 billi għal darb'oħra ġew assigurati 'l fuq minn 100 post għall-istudenti tal- ICT tal-Form 4 b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet privati u pubbliċi. - B'kollaborazzjoni mal-MCAST u din is-sena wkoll mal-Università ta' Malta ssieħbet mal-bqija tal-Ewropa billi organizzat numru ta 'sessjonijiet ta’ coding matul il- Coding Week tal-Unjoni Ewropea. - Parteċipazzjoni fil-konferenza ta' livell għoli għall-Impjiegi fl-ICT fi Bratislava Ii jinkludi l-iffirmar mill-fondazzjoni għal dikjarazzjoni fuq ħiliet diġitali msejħa The Bratislava Convention tal-Unjoni Ewropea. - Ħidma kontinwa bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal- eSkills for Jobs . - Ikkoordinat il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-kompetizzjoni tal-ICT tal- eSkills for Jobs . - Rabtiet mal- eSkills for Jobs Ewropea bil-pubblikazzjoni ta' infographics dwar karrieri fl-ICT magħmulin mill-Fondazzjoni. - Pubblikazzjoni kontinwa ta 'artikli fl-istampa lokali u onlajn. - II-Ħolqien ta' aktar għarfien dwar il-Fondazzjoni permezz ta' parteċipazzjoni fi programmi fuq it-televiżijoni Nazzjonali. - It-tkomplija ta' numru ta' żjarat tal-iskejjel għall 2016/2017 fl-industrija tal-ICT u korpi governattivi li jużaw I-ICT. - Laqgħat ta' kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-2 Ambaxxaturi tal- eSkills u MEPs - Dr. Therese Comodini Cachia u Dr. Miriam Dalli. - Parteċipazzjoni fis-Sotto Grupp ta' Esperti tal-Ħiliet Diġitali fi Brussell. - Parteċipazzjoni u indirizzar ġo konferenza tal-Unjoni Ewropea fuq il-Professjonalità tal-ICT. - Pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Fondazzjoni għas-2015. - Organizzat Jum Professjonali tal-IT bl-involviment ta' numru ta' individwi li jiffurmaw parti mill-akkademja u l-industrija. - Laqgħat kontinwi mal-Industrija, Akkademja, u korpi tal-Gvern. - Kollaborazzjoni mal-'Fastrack into IT' (FIT) tal-Irlanda; il-FITA; u l-Assocjazzjoni ta' min iħaddem f'Malta, permezz ta’ iffirmar ta' MOUs. - Seminar organizzat b'kollaborazzjoni maċ-CEPIS dwar l- eCompetence Framework . - Saru membri tal-ITPE Ii hija organizzazjoni Ewropea tal-professjonalità tal-ICT. - Beda ix-xogħol fuq l- ICT Skills Audit u Industry eSkills Gap jew kif inhu magħruf l- eSkills Demand and Supply monitor . - Twaqqaf Sotto Grupp tal- eSkills fl-Industrija u fil-proċess li jitwaqqaf Sotto Grupp tal-edukazzjoni tal-eSkills. - Prodotti videos ta' Ambaxxaturi tal- eskills kemm ta' studenti u kif ukoll nies mill-Industrija biex iħeġġu kemm studenti jistudjaw I-ICT kif ukoll individwi biex jaħdmu f’industrija tal-ICT. - Tifforma parti minn inizjattiva ewlenija ġdida tad- Digital Skills and Jobs Coalition Ii se tiġi imnedija fl-1 ta' Diċembru 2016. - PR kontinwu biex titqajjem kuxjenza dwar l- eSkills permezz tal-midja soċjali, djalogu mal- key stakeholders tal-Fondazzjoni u permezz ta' partnerships . - Twaqfet sezzjoni fis-sit tal-fondazzjoni biex tinkludi korsijiet bla ħlas fuq bażi tal- elearning u MOOCs li ġejjin minn organizzazjonijiet internazzjonali, xi ftit minnhom wara kollaborazzjoni ma' entitajiet lokali.

MCA — kontroll

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28571, billi fir-risposta qed jingħad li hi Transport Malta li toħroġ permessi għax-xogħol indikat, jista' l-Ministru jassigura li l-Malta Communications Authority tikkoordina policy dwar tali ħruġ ta' permessi u dan għaliex jidher li ċertu servizzi li jużaw il-bankini mhux qed jassiguraw li l-istess xogħol ikun tali li ma' joħloqx periklu għan-nies li jkunu għaddejjin mill-istess inħawi u mhux darba jew tnejn ukoll, ix-xogħol li jsir, fil-fatt ma jassigurax li l-persuni li jgħaddu minn dawn l-inħawi ma jkunux esposti għall-perikli żejda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-MCA tirregola l-kompetizzjoni fin-netwerks u l-kwalità tas-servizzi ta’ komunkazzjoni elettronika però m'għandha l-ebda rwol fir-rigward tax-xogħlijiet infrastrutturali li jsiru meta dawn jinbnew. Konsegwentement, il-MCA m’għandiex il-kompitu li toħloq policies dwar permessi ta’ xogħol. Dak il-kompitu jibqa’ responsabilità tal-entitajiet koncernati fil-qasam tat-tqegħid tal-infrastruttura, u dan jinkludi l-formulazzjoni ta’ policies li mbagħad jiġu implimentati mill-istess entitajiet regolatorji. Fost oħrajn wieħed jifhem li tali xogħlijiet isiru mid-diversi utilitajiet (dawl, ilma, drenaġġ) u mhux biss minn dawk konnessi ma' komunikazzjoni elettronika.

Impjegati tal-gaming

Question

Peress li dan l-aħħar ġew impjegati tal-gaming jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta’ lotterija, jista’ l-Ministru jgħid għand kemm-il Membru Parlamentari marru matul is-sena 2016? Jista’ jagħti n-numru ta’ drabi li marru jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta’ lotterija għand kull deputat? Jista’ jgħid kemm jitħallsu dawn l-impjegati għall-Ħdud u flgħaxijiet? Jista’ jgħid jekk jistgħux jordnaw il-ħin tat-tlugħ ta’ lotterija? Hemm xi regoli li kulħadd għandu jkun jaf?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Peress li dan 1-aħħar ġew impjegati tal-gaming jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta' lotterija, jista’ l-Ministru jgħid għand kemm-il Membru Parlamentari marru matul is-sena 2016? - Jista' jaghti n-numru ta' drabi li marru jiċċekjaw u jissorveljaw tombla u tlugħ ta' lotterija għand kull deputat? Tlugh ta' Lotteriji - Tliet darbiet. Tombla - Darba waħda biss minħabba 1i kien hemm tlugħ ta' lotterija magħha wkoll. L-isem tal-Membru Parlamentari huwa 1-Onor. Robert Arrigo għax hu kien l-uniku Membru Parlamentari li applika għat-tlugħ tal-lotterija/lotteriji. Bħa1a Awtorità, l-ispettur jiġbor id-dettalji tar-rebbieħ/rebbieħa. Dan kollu jsir skont ir­regolamenti mniżżla fl-istess formola tal-applikazzjoni. Jista' jgħid kemm jitħallsu dawn l-impjegati għall-Ħdud u filgħaxijiet? L-Ispetturi tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob jaħdmu fuq bażi ta' shift bi 12-il siegħa b'żewġ shifts kuljum, għa1 seba t'ijiem inklużi il-Ħdud u l-festi u dawn l-ispezzjonijiet imsemmija huma nklużi fir-rutina tax-xogħol tagħhom. Jista’ jgħid jekk jistgħux jordnaw il-ħin tat-tlugħ ta' lotterija? Il-ħin tat-tlugħ tal-lotteriji/tombli huwa normalment indikat mir-rappreżentant/applikant innifsu. Hemm xi regoli 1i kulħadd għandu jkun jaf? L-informazjoni tar-regoli kemm tal-lotteriji u kif ukoll tat-tombli huma annessi mal­applikazzjonijiet rispettivi, kifukoll fuq is-sit elettroniku tal-MGA: Lotteriji - http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/Non-Profit-Tombolas­Applicationl.pdf Tombola - http://www.mga.org.mt/wp-content/uploads/Application-Form-Non-Profit ­ Tombolas-Application_scm.pdf Kundizzjonijiet: Biex tingħata liċenzja għat-tlugħ ta' lotterija bla profit hija suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin: 1. L-informazzjoni mitluba hawn taħt trid tiġi mogħtija lil-A/Direttur a. Valur kummerċjali u n-natura tal-premju/premijiet li jistgħu jintrebħu; b. in-numru ta' premijiet li hemm għar-rebħ u t-tip ta' premijiet li hemm għar-rebħ jekk hemm iktar minn wieħed ta' premju; c. ir-regoli li jiggovernaw min hu eliġibbli biex jipparteċipa u jirbaħ dawn il-premijiet; d. id-data ta' meta r-rebbieħa se jiġu ppubblikati, b'liema manjier dawn se jiġu ppubblikati e. i1-perjodu li fih dawn il-premijiet għandhom jinġabru (mhux iktar minn xahar minn meta sseħħ il-lotterija) f. id-dettalji tal-parteċipanti rebbieħa 2. L-A.Direttur (lottu) għandu d-dritt li jibgħat rappre¿entant tiegħu għas-selezzjoni ta' kif jintrebħu 1-premijiet, liema spejje¿ jiġu koperti mis-sid tal-liċenzja. Il-miżata hija ta' €35 pagabbli lill-Awtorità Maltija għal-Logħob. Jekk it-tlugħ tal-lotterija ssir ġewwa 1- istabbiliment tal-Awtorità, il-miżata applikabbli tkun ta' €12 3. Il-prezz biex wieħed jipparteċipa f’dawn il-logħob bla profit, ma jridx jeċċedi €0.58 ċentezmi għal kull parteċipazzjoni 4. Il-premju/premijiet li jistgħu jintrebħu ma jkunx/jkunux jikkonsisti/u fi flus, ċekkijiet jew dokumenti simili li jippermetti lil awtur li jikoverti dak il-premju fi flus 5. Kull avvi¿ li jiġi ppubblikat, ikun juri ċar, in-numru tal-liċenzja mogħtija mill-Awtorità 6. Il-persuni fl-impjieg tas-sid il-liċenzja jew persuni konnessi b'xi mod u manjiera mal-logħba, ma jitħallewx jipparteċipaw 7. Il-premijiet li jibqgħu ma jinġabrux, wara xahar mit-tlugħ tal-lotterija, il-valur ta' dawn għandu jiġi mħallas/mgħoddi lill-Ministeru tal-Finanzi 8. L-A/Direttur jista' ma joħroġx il-liċenzja jekk il-valur aggregat tal-premijiet li jistgħu jintrebħu jeċċedi 1-ammont ta' €11,646.86 9. Sid il-liċenzja ma jistax iċedi jew jibdel li liċenzja tal-logħob bla profit tul il-perjodu tal­ liċenzja nnifisha mingħajr ma jieħu l-approvazzjoni bil-miktub mingħand IA/Direttur, jekk din l-approvazzjoni toħroġ, sid il-liċenzja jista' jċedi jew jibdel dejjem suġġett għat-termini u l- kundizzjonijiet kif stipulati mill-A/Direttur fl-approvazzjoni mogħtija. Il-liċenzja ma tistax tiġi mogħtija lil terzi persuni. 10. Sid il-liċenzja għandu jħallas lill-Ministeru tal-Finanzi permezz tai-Awtorità r-rata ta' 25% ta' dazju fuq l-ammont aggregat tal-valur tal-premijiet li jistgħu jintrebħu. 11. L-ammont totali f Ewro (€) u n-numru ta' biljetti għandhom jiġu pprovduti lill-Awtorità mhux aktar tard minn ġurnata wara li jsir it-tlugħ tal-lotterija.

MCA — kontroll

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta' kontroll tagħmel l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni (MCA) fuq id-diversi entitajiet li joffru servizzi ta' komunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex għal dak li jirrigwarda l-postijiet li minnhom jgħaddu l-istess servizzi? Billi bosta drabi dawn is-servizzi huma mgħoddija mit-toroq u minn fuq il-bankini li għandna madwar il-gżejjer, jista' jagħti tagħrif dwar il-mod kif jiġi assigurat li l-istess servizzi li jkunu għaddejjin minn dawn il-postijiet fil-fatt ma jkunux ta' periklu għal dawk li jkunu għaddejjin minn fuq l-istess bankini?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-MCA tifhem li l-entitajiet kompetenti li joħorgu xogħlijiet rilevanti u jagħtu permessi għall-infrastruttura fit-toroq u bankini għandhom jiżguraw li x-xogħlijiet konnessi mal-installazzjonijiet isegwu l-istandards tas-saħħa u sigurtà skont il-liġi. F’dan il-każ, Transport Malta hi l-entità kompetenti li toħroġ permessi għal dan it-tip ta’ xogħol.

Studji settorjali dwar investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx studji jew jekk humiex ser isiru studji settorjali biex jgħinuna niddentifikaw aħjar fejn għandna ninvestu aktar jew fejn għandna nibdew ninvestu? Min hu jew ser ikun responsabbli għal dawn l-istudji?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.