Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-att dwar is-Sigurtà Soċjali — appelli pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti sal-aħħar ta' Frar 2017 quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jista' jgħid kemm hemm minnhom appuntati u kemm le?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li social worker tara l-każ rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jieħdu s-servizz tal-home help? Jista’ jgħid kemm qed jiġi jiswa dan is-servizz lill-Gvern u kemm qed jiġbor mingħand l-anzjani ta’ dan is-servizz? Jista’ jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew servizz ta’ home help u sa meta jaħseb li dan is-servizz se jingħata lilhom? Hemm xi ċirkostanzi li ċittadin irid jilħaq biex ikun jista’ japplika għal dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:
Anzjani li qed jieħdu s-servizz tal-Home Help
3833 persuna minn 2811 hoseholds
Anzjani li qed jistennew biex jirċievu is-servizz u ġew approvati mill-Bord
22 applikant li s-servizz ser jingħata lilhom fil-ġimgħat li ġejjin
L-Ispiża tal-Gvern għas-Servizz tal-Home Help għas-sena 2016
€2,491,318.27.
Ħlas għas-Servizz tal-Home Help mill-Anzjani
€2.33 fil-ġimgħa f’każ ta’ persuna waħda jew €3.49 fil-ġimgħa f’każ li jkun hemm aktar minn persuna waħda fl-istess dar. Il-ħlas għal dan is-servizz jinqata’ direttament mill-pensjoni tal-klijent.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sabiex persuna titqies eleġibbli għal dan is-servizz, trid tkun:
· Persuna li għandha/hu sittin sena u aktar, jew;
· Persuna taħt sittin sena u li għandhom il-karta tal-identita’ speċjali valida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ (CRPD), jew
· Persuna marida b’mard terminali, irrelevanti l-eta’ (fejn ċertifikat mediku mill-konsulent tal-appikant ikun rikjest).
Aktar informazzjoni dwar dan is-servizz tinsab fis-sit elettroniku
www.activeageing.gov.mt
.
Informazzjoni Addizzjonali
2014
2015
2016
2017
Benefiċċjarji
3685
3733
3791
3833
Households
2602
2402
2763
2811
Dipartiment
2135
1702
1290
1250
Kuntrattur
1550
2031
2501
2583
*Total hours/week
7188
5767
7147
7205
*
Dan huwa total ta’ siegħat fil-ġimgħa. It-total mgħoti fis-sena 2015 kien baxx minħabba li kien hemm it-tibdil tal-kuntrattur u kien hemm ammont ta’ każijiet pendenti jistennew biex jingħatalhom is-servizz.
Minbarra li hemm 22 każ jistennew li jingħatalhom is-servizz, li huma approvati mill-Bord tal-Allokazzjoni, hemm ukoll 199 każ ġdid li beda l-proċess tal-applikazzjoni fejn wara li jsirilhom l-
assessment
mis-Social Worker irid japprovhom il-Bord. Minn dawn il-199 każ hemm 44 każ biex jarhom il-Bord, 122 każ li għad irid isirilhom l-assessment mis-Social Worker u 33 każ mgħandhomx id-dettalji jew dokumenti meħtieġa. Minn din is-sena l-assessment għal-Home Help qed isir fi żmien xahar minn meta s-Social Work unit jirċievi l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Djar Residenzjali ta’ persuni b’diżabilità mmexxija minn Aġenzija Sapport u li jistgħu jintużaw minn residenti li jużaw is-siġġu tar-roti? Liema huma dawn id-Djar u kemm hemm residenti jgħixu fihom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-djar ta’ Vajrita’ 1, Vajrita’ 2, id-Dar tal-Fgura, Id-Dar tal-Imtarfa u Dar il-Fjuri f’Għawdex huma attrezzati biex jilqgħu fihom persuni li jużaw siġġu tar-roti. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ klijenti li jgħixu jew jistgħu jgħixu fihom id-Djar imsemmija.
Dar
Numru ta’ Klijenti
Vajrita’ 1
13
Vajrita’ 2
11
Fgura
3
Imtarfa
8
Dar il-Fjuri f’Għawdex
10
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni hemm mis-692 persuna b’diżabilità minħabba nuqqas ta’ saħħa mentali li qed jaħdmu waqt li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jbatu minn Diżabilità Intelletwali u għalhekk jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u li qed jaħdmu huwa ta’ 336.
Jista’ l-Ministru jindika dettalji dwar il-lista ta’ stennija għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lista ta’ stennija għas-servizzi li jingħataw mill-Aġenzija Sapport hija kif ġej:
Servizz
Lista ta’ Stennija
Servizzi fil-Komunità
13
Servizzi Residenzjali
78
Independent Community Living
2
Servizzi ta’ Matul il-Jum
110
Ngħaraf lill-Onor. Interpellant li, f’każijiet fejn persuna tkun tirrikjedi aktar minn servizz wieħed, din titniżżel fil-lista tas-servizzi kollha li għandha bżonn, u għalhekk, il-figuri t’hawn fuq jista’ jkun li jinkludu persuni li qed jingħaddu aktar minn darba.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ stennija fejn jidħlu servizzi ta’ matul il-jum, din ser tkun qiegħda tiġi indirizzata b’mod sostanzjali biċ-Ċentru l-ġdid SkillSpace.
Għawdex — Materjal/pubblikazzjonijiet maħruġa mis-Segretarjat responsabbli mill-Anzjanità Attivà u Persuni b'Diżabilità
Question
Filwaqt li l-Ministru għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31265 għamel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31264 u peress li l-Ministru naqas li jpoġġi l-materjal rikjest fuq il-Mejda tal-Kamra għall-istess mistoqsija, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal/pubblikazzjonijiet (b’kollox 14-il pubblikazzjoni) li għalihom għamel referenza fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31264?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-materjal li għamilt referenza għalihom f’mistoqsijiet parlamentari numru 31264 u 31265.
Attachments:PQ 31403 - Paper Laid - Dok. 1.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 2.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 3.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 4.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 5.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 6.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 7.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 9.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 10.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 11.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 12.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 13.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 14.pdfPQ 31403 - Paper Laid - Dok. 8.pdf
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qed titlob li tmur fl-Isptar Karin Grech biex tirkupra minn mard?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward tnaqqis ta’ pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda tnaqqis fl-ammont totali ta’ pensjoni fil-ġimgħa, li tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw b’mod separat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ u jkellem lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ kera?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera ġie ffirmat fil-5 ta’ Marzu 2013.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar b’€ 6,000 xogħol għall-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita u b’€ 312 għal diversi konsulenzi mal-MFSS.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Konsulenzi minn Avukat
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segetarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jew mid-ditta legali tiegħu, u jekk iva, meta, liema entità kienet/hija, u l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li għadni kif tajt għall-Mistoqsija Parlamenti 31212.
Housing Authority — problema ta' sussidju - każ ta' persuna
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-ħaddiema tal-Housing Authority fuq problema ta' sussidju?
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mill-ġdid mal-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fejn wara li l-kuntrattur għamel intervent fis-saqaf imtlew bl-umdità?
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – lista ta’ dokumenti u strateġiji
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31545, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-dokumenti u strateġiji li kienu miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika f'din il-leġiżlatura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-dokumenti u strateġiji li kienu miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika f’din il-leġiżlatura kienu dawn li ġejjin:
· Green Paper “A Framework for Poverty Reduction and for Social Inclusion” (January 2014);
· National Strategic Policy for Poverty Reduction and for Social Inclusion (2014-2024);
· National Children’s Policy 2016 (Consultation document September 2016);
· National Alcohol Policy document for public consultation (October 2016);
· Positive Parenting National Strategic Policy (2016-2024);
· Strengthening the Pension Strategy: A Strategy for an Adequate and Sustainable Maltese Pension System (June 2015)
· Strategy for Retirement and Financial Capability: Knowledge, Planning, Action (2017-2019).
· National Dementia Strategy;
· National Minimum Standards for Care Homes for Older People;
· National Strategic Policy For Active Ageing;
· National Policy on the Rights of Persons with Disability;
· The Malta National Disability Strategy (Consultation Document);
· Empowering Change. A National Strategy for Dementia in the Maltese Islands (2015-2023);
· National Strategic Policy for Active Ageing (2014-2020);
· Standards for Residential Services for Persons with Disability,
· Persons within the Autism Spectrum (Empowerment) Act,
· Homes for Older persons (care quality standards) Authority Bill.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Bord ta’ Diretturi tal-Awtorità tad-Djar skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar l-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid kemm hemm membri fuq dan il-Bord, kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar hemm b’kollox 10 membri, li minnhom 3 huma nisa u 1 huwa persuna b’diżabilità.
Il-Bord huwa kopost kif ġej:
Chairperson
: Is-Sa Antoinette Vassallo
Viċi
Chairperson
: Is-Sur Robert Ducker
Membri:
Is-Sur Kenneth Busuttil
Is-Sur Matthew Chetcuti
Dr Chris Grech
Dr Ivan Grixti
Dr Vincent Moran
Is-Sa Margaret Quintano
Dr Philip Spiteri
Membru /Segretarja: Dr Beryl Buttigieg