Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21791 u jagħti d-dettalji tal-kuntratti kollha (servizzi jew xogħol) li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-entitajiet u d-dipartimenti kollha tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru bejn Marzu 2013 u Diċembru 2015? X’inhuma l-valuri ta’ dawn il-kuntratti u meta ngħataw? F’kull każ, dan kien riżultat ta’ direct order jew le?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ngħatat l-inkarigu li tarma/żżarma gazebos u xogħol relatat ieħor għall-ammont globali ta’ €1,356 (elf, tliet mija, sitta u ħamsin Ewro)
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23796 u jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Delimara Powerstation – kuntratturi responsabbli mit-tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li huma ngaġġati mal-kuntrattur responsabbli mit-tindif tal-powerstation ta’ Delimara humiex se jieħdu ż-żiediet imħabbra fil-baġit b’lura peress li l-kuntratt skada f’Ottubru?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-policy tal-Enemalta hija li tħallas il-kuntrattur id-differenza li ġiet imħabbra fil-Baġit. Il-pagament mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali — tagħlim
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali jsirx tagħlim regolarment bħalma jsir fiċ-Ċentri għall-Anzjani? Jekk iva, dan it-tagħlim fiex jikkonsisti u f’liema Ċentru qiegħed jingħata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tac-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Nuqqas ta’ Saħħa Mentali huma differenti minn dawk tal-anzjani. Dawn is-servizzi jipprovdu kura specjalizzata, ghalhekk jattendu biss dawk li jigu referuti mill-psikjatra. Kull persuna referuta tiġi evalwata sabiex jiġu identifikati l-oqsma problematici u l-aspettativi kemm tal-persuna li se tibda tuza dan is-servizz, kif ukoll ta' dawk li jieħdu ħsieb dan il-programm. Għalhekk il-programm ta’ kull ġurnata huwa varjat biex jindirizza il-bzonnijiet tal-persuni li jkunu qed jattendu, skont il-htiega li tirrizulta mill-process tal-evalwazzjoni. Is-sessjonijiet jistaw jinghataw kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi.
Sessjonijiet Individwali:
Sabiex dawn il-persuni jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza, isiru attivitajiet bażiċi ta`kuljum bħal tindif, użu tal-karozza tal-linja u qadi domestiku skont il- bżonnijiet tal-persuni.
Tingħata ukoll l-opportunità rigward il-ħiliet intrapersonali kif ukoll interpersonali tal-individwi. Ħiliet intrapersonali jirefferu għal kwalitajiet li jintużaw biex persuni jirrelataw man-nies ta' madwarhom, filwaqt li ħiliet interpersonali jippermettu li l-persuna jkollha l-abilitajiet kollha fil-komunikazzjoni u anki ħajja soċjali b`saħħitha.
Sessjonijiet fi gruppi:
Attivitajiet fi gruppi jinkludu sessjonijiet kreattivi, diskussjonijiet fi gruppi, eżerċizzju fiżiku, kif ukoll ħarġiet soċjali.
Isir ukoll taħriġ pre-vokazzjonali u professjonali bhal kif tikteb CV, kif iġġib ruħek waqt intervista tax-xogħol eċċ.
Is-servizzi għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali qed jinghata fiċ-ċentri ta’ matul il-jum taż-Żejtun, Bormla, Ħal Qormi, l-Furjana u Rahal il-Ġdid.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih biex tiġi riżolta l-kwistjoni tad-dawl biswit il-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li nbniet mill-Awtorità tad-Djar u li tinsab f’żona mdallma ħafna ġewwa l-Imtarfa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-Enemalta plc qed tikkollabora mal-kunsill lokali tal-lokalità indikata biex jitħejjew il-preparamenti tekniċi kollha ħalli ż-żona indikata tkun imdawla b’mod sikur. Kif ix-xogħlijiet tekniċi jitlestew u jkunu ċċertifikati, Enemalta tkun tista’ tipprovdi l-provvista tal-elettriku meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji ta’ parkeġġ fl-underground parking tal-Isptar Mater Dei, u kemm minnhom huma reserved għall-impjegati, tobba, konsulenti u nies b’diżabilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-total ta’ spazji ta’ parkeġġ fl-underground parking huwa ta’ 1,519. Minnhom hemm 988 spazju ghall-haddiema u 21 ghal-nies b’dizabilita’.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23184 dwar dewmien esaġerat biex jitlesta x-xogħol li qed isir fuq Triq Pantar f’Ħal Lija, u dan peress li issa x-xogħol fuq din it-triq ilu li nbeda iktar minn erba’ xhur ilu u jirriżulta li tali dewmien huwa minħabba li jridu jiġu stallati s-servizzi, jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta’ stallazzjoni u jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan (bid-dati u l-milestones) tax-xogħol rispettivi, u dan peress li qed jinħoloq detriment u inkonvenjent bla bżonn kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jgħaddu minn hemm?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħol fit-triq imsemmija kienu jinvolvu installazjoni ta’ mejnijiet kbar biex tissaħħaħ il-provvista tal-ilma. Dan ix-xogħol seta’ jitlesta wara li ġew installati s-servizzi kollha neċessarji. Ix-xogħol li qiegħed isir bħalissa huwa mill-Enemalta, u dan qed isir fuq naħa waħda biss tat-triq. Fuq in-naħa l-oħra tat-triq inbeda x-xogħol ta’ tqaxxir sabiex jingħata wiċċ ġdid.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kuntratturi li jagħtu servizz
Question
Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-kuntratturi kollha li qed jagħtu servizzi lill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa mhux qed iħaddmu persuni f’kundizzjonijiet prekarji fosthom paga iktar baxxa minn dik stipulata mil-liġi u/jew kuntratti definiti li jridu jiġġeddu kull ftit xhur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tiġdid ta’ kuntratti jew rebħ ta’ kuntratti ġodda qegħdin isiru skont iċ-Ċirkulari maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti, speċifikament ċirkulari 4/2015 fuq servizzi marbuta ma’ servizzi ta’ tindif, servizzi klerikali, servizzi ta’ sigurta’, kif ukoll servizzi ta’ careworkers. Ir-rati kuntrattwali mħallsa lill-kuntratturi huma ekwivalenti jew saħansitra ogħla mir-rati minimi indikati fl-imsemmija ċirkulari. Il-kuntratti mġedda jew mrebbħa jobbligaw lill-Kuntrattur jonora t-termini u kundizzjonijiet speċifikati f’din iċ-ċirkolari.
Dipartimenti tas-Saħħa u Sptarijiet – tilwim industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jelenka d-Dipartimenti tas-Saħħa u Sptarijiet li fihom għandhom jew kellhom tilwim industrijali minn Jannar 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jindika f’kull każ ma’ liema union hemm dan it-tilwim industrijali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna tobba li huma speċjalizzati fil-Ġerjatrija? X’qed jagħmel il-Gvern biex jattira tobba biex jispeċjalizzaw fil-Ġerjatrija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa hemm 1 Clinical Chairperson, 9 Consultants u 2 Resident Specialists specjalizzati fil-Gerjatrija. Hemm 4 Higher Specialist Trainees li qeghdin jistudjaw din l-ispecjalizzazjoni. Il-Gvern qed jaghti l-opportunita lil Foundation Doctors u l-Basic Specialist Trainees li jagħzlu li jispecjaliżżaw fil-mediċina, sabiex jaħdmu għal xi xhur fid-Dipartiment tal-Ġerjatrija. Is-sejħiet ghal-Higher Specialist Trainees joħorġu kull sena.
Peress li fil-15 ta’ Frar 2016 l-Unjoni Ewropea waqqfet il-European Medical Corps (EMC), jista’ l-Ministru jgħid jekk u kif se jkun involut pajjiżna f’dan il-proġett?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qeghdin isiru diskussjonijiet interni u interministerjali sabiex nindikaw kif Malta, tista' tippartecipa f'dan il-progett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm u kemm kien hemm żgħażagħ għall-kura fil-YPU fl-Isptar Monte Carmeli minn Jannar 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent gewwa l-Youth Residence hemm 5 persuni. Filwaqt li minn Jannar 2016 sal-15 ta’ Marzu 2016, kien hemm total ta’18 il-persuna, li kienu ghal-kura fil-Youth Residence. L-eta’ ta’ dawn il-persuni tvarja minn 8 sa 17-il sena.
Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl tar-rapporti persistenti ta’ tixrid estensiv ta’ Swine Flu fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Lvant Nofsani li qatlet numru sostanzjali ta’ persuni tul ix-Xitwa 2015-2016, x’miżuri qed jittieħdu fil-konfront ta’ persuni li qed iżuru pajjiżna minn din il-parti tad-dinja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ghaqda Dinjija Tas-Sahha ma’ ghamlet l-ebda’ restrizzjoni ta’ vjaggar rigward l-Influwenza stagjonali, madankollu d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandna sistema ta’ sentinel surveillance biex insegwu l-izvilupp tal-influwenza f’pajjiżna. Sabiex innaqqsu l-firxa tal-Influwenza staġjonali f’Malta, il-mizuri li ttiehdu kienu:
- kampanja biex tittieħed il-vaċċin kontra l-influwenza. Infatti ttieħdu 72,835 vaċċin
- kampanja ta’ prevenzjoni għall-Influwenza li tinkludi mizuri ta’ iġene tajba u biex tevita kuntatt bla bżonn ma’ nies oħra.
-Gie ippublikat fuljett dwar l-Influwenza u avviżi fuq il-social media.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – konsulenti jew persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru tiegħu jew lil kwalunkwe dipartiment, entità jew awtorità illi taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm persuni b’diżabilita’ impjegati fl-ARMS, Enemalta, Enemed, ERL, WSC, MDH, FMS, KGRH, u kif ukoll fil-Ministeru.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Jista’ jgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Jista’ jgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, jista’ jgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Liġi tal-Identità tal-Ġeneru – Grupp Interdixxiplinari
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23729, il-Ministru hu konxju li bin-nuqqas tat-twaqqif tal-grupp interdixxiplinari, qed tinkiser il-liġi tal-Identità tal-Ġeneru? Huwa konxju li hemm numru ta’ familji li qed jistennew b’ħerqa kbira li jitwaqqaf dan il-kumitat? Jista’ jindika meta se jkunu konklużi dawn id-diskussjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qed jitolbu biex jerġgħu jibdew jużaw il-qtar tal-għajnejn Azopt għaliex il-qtar li qed jintuża minfloku qed jaħraqilhom għajnejhom? Hemm xi ħsieb li dan il-qtar jerġa’ jibda jingħata?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba ta’ dawk il-pazjenti li kellhom problema bil-qtar tal-għajnejn Dorsolamide u li l-Konsulent tagħhom irrakkomandalhom biex issa jibdew jużaw il-qtar tal-għajnejn Brinzolamide, ġiet milquha u dan il-qtar se jitqassam fil-ġimgħat li ġejjin.
Sptar Mater Dei – ħaddiema tas-sigurtà – Allied Health Assistants
Question
Jista’ jikkonferma li fix-xhur ta’ Frar u Marzu 2016, ħaddiema tas-sigurtà li jaħdmu mal-kuntrattur privat fi ħdan l-Isptar Mater Dei qed jitqabbdu jagħmlu xogħol tal-Allied Health Assistants? Jista’ jikkonferma li dawn il-ħaddiema mhumiex imħarrġa u mħallsa biex jagħmlu dan ix-xogħol li jinkludi assistenza lill-Medical Lab Scientists (li xogħolhom huwa li jipproċessaw it-testijiet tad-demm) imma qed ikunu mqabbda jagħmlu dan ix-xogħol biex jaġixxu bħala strikebreakers?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tas-sigurtà bl-ebda mod ma qegħdin ikunu nvoluti mal-ipproċessar ta’ ‘samples’. L-Awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei se jibqgħu jagħmlu minn kollox biex jiżguraw kontinwità tas-servizz għall-pazjenti.
Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fil-postijiet indikati hawn taħt? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dawn il-postijiet u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time:
a) Sptar Karen Grech;
b) Residenza San Vinċenz de Paul;
c) Sptar Boffa;
d) Sptar Mater Dei;
e) Sptar Monte Karmeli;
f) Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa; u
g) fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.