Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpanija – shareholders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma x-shareholders tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x’inhi n-natura tal-business ta’ din il-kumpanija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-kumpanija ġiet reġistrata fil-21 ta’ Ottubru 2011. Is-shareholders ta’ din il-Kumpanija huma l-Enemalta u l-Malta Government Investments Ltd.

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir il-bdil tad-drenaġġ ta’ Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien (il-parti l-qadima) biex b’hekk il-kunsill lokali jkun jista’ jkompli bix-xogħol ta’ pavimentar, peress li kull meta tagħmel ix-xita, jiżbroffa d-drenaġġ u minn din it-triq jgħaddu t-tfal għall-iskola primarja u sekondarja.

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se terġa tevalwa l-każ u għaldaqstant se tieħu l-provvedimenti kollha neċessarji biex ix-xogħol fi Triq l-Isqajjaq, Tarxien jitlesta mill-aktar fis possibli. Sa frattant se terġa ssir spezzjoni tal-‘main’ eżistenti biex ikun assigurat li sakemm isir ix-xogħol, l-istess main ikun miżmum fi stat ta’ manutenzjoni xierqa, bl-inqas inkonvenjent lill-pubbliku.

Tiġdid ta’ Liċenżja ta’ Electricians — kondotta tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-electricians li qed imorru biex iġeddu l-liċenzja tagħhom issa qed jintalbu l-kondotta tal-pulizija biex tkun tista’ tiġġedded? Peress li jien informat li jista’ jkun hemm persuni li skontaw żmien fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin u li bħala parti mir-riabilitazzjoni tagħhom kienu imħeġġa biex jittrenjaw u jġibu liċenzja ta’ electricians, jista’ jgħid jekk lil dawn hux se tiġġeddilhom il-liċenzja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed timxi skont l-obbligu li joħroġ mir-regolament 4 tal-Avviż Legali 195 ta’ l-2008. Huwa minħabba dan l-obbligu li l-applikanti qed jintalbu l-kondotta tal-pulizija għal ħruġ jew tiġdid tal-liċenzja tagħhom.

Kont tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-klijent ġie ikkuntatjat minn ARMS Ltd u sar appuntament biex jiġi diskuss il-każ tiegħu.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-ambaxxaturi li ltaqa’magħhom tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kelli żjarat ta’ korteżija mal-Kummissarju Indjan u Ingliż, l-Ambaxxaturi taċ-Ċina, tal-Amerika, tal-Iżvezja, tal-Italja, ta’ Iżrael, tat-Tuneżija, Spanja, l-Ġermanja u l-Olanda.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Memorandum of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li l-Gvern Malti ffirma mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament permezz tas-sussidjarja tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tip ta’ informazzjoni li qed jitlob tingħata fil-ħin opportun.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Milord — bozza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga talba għal bozza ġdida li għadha pendenti, (in-notification number qed jintbagħat separatament) fi Triq il-Milord, limiti ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar meta saret it-talba għal din il-bozza, u xi żviluppi seħħew minn meta saret din it-talba sal-lum? Meta hu mistenni li titwaħħal din il-bozza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-lampa ġiet approvata mill-Korporazzjoni Enemalta. Kif il-Kunsill Lokali kkonċernat jinstalla l-bozza u jissottometti applikazzjoni, Form STL, lill-Korporazzjoni Enemalta, din il-bozza tkun tista’ tiġi mqabbda mas-sistema tal-elettriku.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Gas pipeline bejn Malta u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istudju dwar il-viabilità tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija? Liema kumpanija/i qed twettaq/iwettqu x-xogħol fuq dan l-istudju? Meta hu previst li jkun lest? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Kemm mill-istudju se jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq l-istudju dwar il-viabilita’ tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija miexi kif previst. Il-kumpanija DSG Consulting Ltd qed twettaq ix-xogħol fuq dan l-istudju u previst li jkun lest fl-2014. Nofs l-ispejjeż tal-istudju huwa ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Gas pipeline bejn Malta u Sqallija

Question

Ġaladarba d-direttur tal-kumpanija Maltija, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandha sehem ta’ 30% fil-consortium li rebħet it-tender għall-istallazzjoni ta’ LNG Terminal, il-power purchase agreement u l-ħażna ta’ gass, li skont il-ġurnal The Times of Malta fl-14 t’Ottubru 2013 kien diġà qal li “the specialised storage ship has already been contracted”, u issa l-Gvern iffinalizza ma’ dan il-consortium, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-vapur li ġie kkuntratjat, fejn hu rreġistrat u meta inbena dan il-vapur? Jista’ jipprovdi visual ta’ dan il-vapur u l-qisien tiegħu? Jista’ jgħid jekk il-bastiment hux self-propelled?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.

Smart meters — inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li għaddejja inkjesta dwar tbagħbis ta' smart meters? Jekk iva meta nbdiet din l-inkjesta u min qed imexxi din l-inkjesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn żmien għal żmien, tasal għand l-Enemalta informazzjoni dwar allegat serq ta’ elettriku jew xi forma ta’ abbuż ieħor. Dawn il-każi jkunu investigati mis-Sezzjoni tal-Internal Audit flimkien ma’ sezzjonijiet oħrajn tal-Korporazzjoni.

Renewables policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta r-renewables policy,peress li l-ewwel kien iddikjara li din se tkun lesta sa Settembru 2013 u mbagħad qal sa Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-renewables policy qiegħdha fi stadju avvanzat u bħalissa l-Ministeru qiegħed fil-fażi li jikkonsulta ma’ dawk kollha nvoluti qabel tkun approvata u tkun konformi ma’ l-istreteġiji u l-politika stabbilita’ mill-Gvern.

Panelli Fotovoltaiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’interess kien hemm fuq l-expression of interest maħruġa mill-Gvern għal spazji privati għall-panelli fotovoltaiċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm interess mis-settur privat għar-Request for Information (MECW & MEPA). L-akbar interess kien fuq barrieri eżawriti u soqfa kbar.

Kont tad-Dawl u l-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ minn ARMS Ltd.

Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — rigali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman, is-CEO jew persuni mit-top management tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċevewx rigali mingħand il-ħaddiema tal-korporazzjonijiet fl-aħħar sitt ġimgħat u jekk iva x’kienu r-rigali aċċettati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu imsemmi kien hemm xi uħud mill-membri tal-‘management’ li rċevew xi rigali li normalment jingħataw fi żmien il-Milied fuq inizjattiva tal-impjegati, u li jitqiesu bħala ‘seasonal tokens’. Fl-istess żmien inzerta li kemm fl-Enemalta kif ukoll fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kien hemm Chief Executive Officers li spiċċaw mill-kariga tagħhom. Dawn l-uffiċjali rċevew rigal mill-ħaddiema bħala ‘token of appreciation’ fi tmiem il-kariga tagħhom.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direct orders li ngħataw huma: · Servizzi ta’ konsulenza · Air tickets – (bi 3 quotations) · Xogħol relatat mal-uffiċju – (bi 3 quotations)

Ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni li huma awtorizzati li joħorġu ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini? Meta sar l-aħħar kors biex ikunu jistgħu jiġu akkreditati tali persuni u meta hu mistenni li jsir kors ieħor għal dan l-istess għan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żejtun – dawl tat-triq mixgħul matul il-ġurnata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W158 fejn intqal li kienet saret ħsara minħabba kawża ta' vandaliżmu, jista' l-Ministru jgħid jekk instabx min kien jew kienu l-persuni u x'passi ttieħdu fil-każ li l-persuna/i huma ddentifikati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħsara ġiet irranġata.

konsum ta' enerġija elettrika — settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6174 u jgħid kemm kien l-ammont totali annwali ta' konsum (jiġifieri t-total ta' dak actual u estimated) indikat fil-kontijiet mibgħuta lill-konsumaturi lis-segwenti kategoriji fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku matul is-sena 2012: a) household ta' persuna waħda; b) household ta' żewġ persuni; ċ) household ta' tliet persuni; d) household ta' erba' persuni; e) household ta' ħames persuni; f) household ta' sitt persuni; g) household ta' aktar minn sitt persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.