Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Malti għall-Isport – sit lil Valletta FC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex il-Gvern qiegħed joġġezzjona li s-sit mogħti b’ċens mill-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta,lil Valletta FC f’Ħal Farruġ jiġi żviluppat mill-istess club bħala stadium u faċilitajiet anċillari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni f'position of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fuq position of trust minn Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Minn dawn, kemm saru tal-post għax ġew assorbiti fis-Servizz Pubbliku u b'hekk ma baqgħux fuq position of trust?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu 2013 ġew maħtura tmien persuni f’position of trust mal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar. Bħalissa fil-Ministeru fadal erbgħa persuni f’position of trust. Ħadd minn dawn ma kellu għalfejn jiġi assorbit fis-Servizz Pubbliku għax biex persuna tkun f’position of trust trid tkun fis-settur pubbliku.

Barts School of Medicine – programmi akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-programmi akkademiċi li kellhom jingħataw bħala parti mill-ftehim tal-Gvern ma’ Barts School of Medicine bdewx jingħataw? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parametri kollha marbutin ma’ dawn il-programmi akkademiċi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28281.

Proġett ta’ White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat dwar l-istadju li jinsab fih il-proġett tal-White Rocks?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-White Rocks Malta qiegħed fl-istadju ta’ tħejjijiet sabiex ikunu jistgħu jinbdew in-negozjati mal-Proponent Preferut. Ir-rendikont dettaljat ikun jista’ jingħata wara li n-negozjati jiġu konklużi.

Komputazzjoni ta’ investiment kapitali lokali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22335, 22336, 23964 u 23965, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jiġi komputat l-investiment kapitali lokali f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari 28318.

Malta Industrial Park – manutenzjoni tal-Industrial Estates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li ntefqet fiż-żamma u manutenzjoni taż-Żoni Industrijali amministrati mill-Malta Industrial Parks u jaqsam l-informazzjoni skont iż-Żoni Industrijali rispettivi, mill-2012 ‘l hawn u maqsuma sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Shipyards Limited – ingaġġ ta’ nies

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23934 u jagħti d-dettalji ta’ kemm ġew ingaġġati nies mal-Malta Shipyards Limited mid-data ta’ xoljiment sal-31 ta’ Diċembru 2015 kemm bħala impjegati kif ukoll bħala kuntratturi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-data tal-likwidazzjoni sal-31 ta Diċembru 2015 il- Malta Shipyards ma ngaġġat l-ebda impjegat jew kuntrattur.

Malta Industrial Parks – policy dwar proċedura ta’ evictions

Question

Jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy tal-Malta Industrial Parks dwar proċedura ta’ evictions?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Industrial Parks issegwi l-proċedura stabbilita fil-Liġi fir-rigward tal-Evictions.

Malta Shipbuilding Co Ltd – Proċess ta’ likwidazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni tal-Malta Shipbuilding Co Ltd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz ta’ Att XV tal-2003, il-kumpanija Malta Shipbuilding Co Ltd u l-korporazzjoni Malta Drydocks kienu ġew xolti b’mod immedjat mingħajr il-bżonn ta’ proċess ta’ Likwidazzjoni. Għalhekk, f’dawn iż-żewġ każijiet, qatt ma kien beda proċess ta’ likwidazzjoni għax iż-żewġ ażjendi spiċċaw immedjatament kif ġiet effettiva l-liġi msemmija. B’riżultat ta’ din l-istess liġi, il-Gvern kien ukoll assuma r-responsabbilta’ tal-assi u d-djun kollha taż-żewg azjendi. Sussegwentement twaqqfet il-Malta Shipyards Ltd li bdiet topera il-faċilitajiet li kellhom qabilha l-Malta Shipbuilding u l-Malta Drydocks. Il-faċilitajiet kollha tat-tarznari issa kienu għaddew lura għand il-Gvern u għalhekk sar ftehim li dawn kienu qegħdin jingħataw lil Malta Shipyards Ltd a bażi ta’ ‘encroachment title of use’ mingħand il-Gvern u li għalih it-tarzna kellha tħallas kumpens xieraq kif stabbilit mill-Gvern. Wara attentati biex il-Malta Shipyards Ltd tirristruttura l-attivitajiet industrijali tagħha u tilħaq l-għanijiet finanzjarji stabbiliti bi ftehim mal-Unjoni Ewropeja, fl-2008 il-Gvern iddeċieda li ma kienx hemm triq oħra ħlief li jiftaħ process ta’ privatizzazzjoni fejn is-setturi kollha tat-tarzna kellhom jiġu offruti lis-settur privat. Il-privatizzazzjoni tat-tarzna ta’ Bormla twettqet fl-2010 u matul dik l-istess sena il-Malta Shipyards Ltd bdiet proċess ta’ likwidazzjoni li ghadu għaddej sal-lum minħabba każijiet pendenti ta’ insurance u kawżi oħra legali li sal-lum għadhom ma’ ġewx konklużi

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23955, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tas-sit li se jintu¿a?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Barts School of Medicine & Dentistry ser tinbena fuq is-sit kif muri fil-pjanta li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, soġġett dejjem illi jinħareġ permess ta’ żvilupp mill-Awtorità tal-Ippjana.

Ftehim iffirmat ma’ Barts School of Medicine

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23955, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tat-titlu tal-art li qed tingħata għal dan l-iskop?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija marbuta bi klawsoli ta' kunfidenzjalita' skont il-kuntratt iffirmat ma' Barts u għalhekk mhux possibbli illi dan jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proċeduri biex Fond/proprjetà tal-Gvern ikun allokat għal operat retail

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix proċedura stabbilita biex persuna tkun allokata fond/proprjetà tal-Gvern biex jintuża għal operat retail?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Safi Aviation Park – proġett

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26773, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx aktar proġetti ta’ avjazzjoni ġodda/addizzjonali li huma kommessi li jsiru fis-Safi Aviation Park jew f’xi art fil-viċinanza?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti mill-proġetti msemmija fit-twegiba għall-mistoqsija parlamentari 26773, qiegħed isir titjieb fl-infrastruttura billi titwessa t-Taxiway eżistenti biex tkun tista' tieħu ajruplani akbar.

Investiment Kapitali

Question

B’riferenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22335, 22336, 23964 u 23965, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata ta’ kif jiġi komputat l-investiment kapitali lokali f’pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li għandha l-Malta Enterprise hija relatata ma' investiment li sar minn azjendi li rrikorrew għand il-Korporazzjoni għal għajnuna fuq twettiq ta' investiment. Il-figuri mogħtija mill-Korporazzjoni ma jinkludux investiment li twettaq minn azjendi li ma rċevew l-ebda għajnuna mingħand il-Korporazzjoni. Il-figuri kkwotati mill-Korporazzjoni huma dawk hekk kif mogħtija minn negozji rispettivi fit- tax returns li jiġu sottomessi għal fini ta' Investment Aid. Ma' dawn jiżdied ukoll investiment li fuqu l-Korporazzjoni tapprova għajnuna oħra minn skemi eżistenti oltre minn Investment Aid u li għaldaqstant fuqu ma jintalabx għajnuna mill-iskema tal-Investment Aid. F'dan il-każ, l-informazzjoni dwar l-investiment tittieħed minn invoices li jiġu sottomessi lill-korporazzjoni bħala parti minn claims marbuta ma' għajnuna approvata mill-Korporazzjoni.

Ħal Qormi — Fran tal-Ħobż reġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn fran tal-ħobż reġistrati f’Malta sena b’sena mill-2004? Kemm minnhom joperaw minn Ħal Qormi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Mediterrenean Maritime Hub – Environment Impact Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bil-ftuħ tal-Mediterrenean Maritime Hub humiex se jintlaqtu b’mod negattiv ir-residenti tal-madwar? Jista’ jgħid jekk sarx Environment Impact Assessment u jekk iva jistax iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jinqata' l-abbuż sfrenat li qiegħed isir minn ċertu operaturi tal-bejgħ ta' karozzi second hand li jinsabu fi Triq l-Imdina Ħal Qormi fejn dawn ta' kuljum qegħdin joħorġu l-karozzi tagħhom f'din it-triq u jokkupaw il-ftit parkeġġi li hemm għad-dispożizzjoni tar-residenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk għandu informazzjoni ta' abbuz huwa ġentilment mitlub li jgħaddi kull informazzjoni li jista' jkollu lil Pulizija li huma responsabli mill-enforzar tal-liġi.

Bord tal-Koperattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dettaljatament ix-xogħol li għamel il-Bord tal-Koperattivi matul l-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala ħidma mil-Bord tal-Koperattivi matul l-2016: 1. Ġew reġistrati ħames (5) koperattivi ġodda. 2. Kompla ix-xogħol fuq l-irwol regolatorju tal-Bord sabiex titjieb il-Governanza fis-settur, inkluz l-involviment tal-assoċjazzjonijiet rapprezentattivi. 3. Il-Bord tal-Koperattivi ssottometta r-rakkomandazzjonijiet fuq ir-riforma tal-Avviz Legali li jirregola l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi lill-Gvern, liema Avviz Legali huwa mistenni li jiġi fis-seħħ fil-jiem li ġejjin. 4. Tnediet kampanja promozzjonali tal-kunċett koperattiv permezz tal-mezzi tax-xandir u wkoll permezz ta’ ftehim mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi.

Kumpanija – permess għal carwash

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi jinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjetà?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kumpanija li għandha permess għal kiri ta' karozzi ma' tinkludix fih awtomatikament permess għal carwash fl-istess proprjetà.