Jista' l-Ministru jara li ssir l-extension tad-drenaġġ għal mal-postijiet u garages ġodda li hemm fi Triq R. Taylor kantuniera ma' Alessandra Street bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qed titlesta 'tender' biex issir l-estenzjoni tad-dranaġġ fi triq R. Taylor, Bormla. Din tkun tista titwettaq wara li tiġi pubblikata fil-Gazzatta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex ma jibqax joħroġ dranaġġ fit-Triq quddiem l-iskola ta' Bighi (Ċentru tar-Restawr), żbroff li ilu ħiereġ għal numru ta' ġimgħat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret fil-post flimkien ma rapreżentant tad-Departiment tas-Saħħa instab li kien hemm zewġ 'house connections' miżdudin u r-raprezentant tad-Dipartiment tas-Saħħa ser jordna biex dawn jitranġaw.
Jekk jinstab illi d-drenaġġ xorta baqa jiżbroffa, tiġi mghoddija it-T.V. Camera fis-sistema tad-drenaġġ biex jiġi iċċekjat hemmx xi ħsara fis-sistema.
Jistax il-Ministru b'referenza għad-domanda numru 1988 jinforma l-kamra kemm flejjes intefqu biex sar l-pipe tad-drenaġġ f'bieb Santa Liena Bormla, meta beda u meta spiċċa dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan il-kuntratt ġie jiswa, bejn wieħed u ieħor, tlettax-il elf lira u sar bejn l-1 ta' Marzu u l-bidu ta' Mejju 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
1997 Lm 8,125.
1998 Lm 7,367.
1999 Lm10,175.
2000 Lm16,846.
2001 Lm10,114.25. (Bejn Jannar u Settembru)
(Il-kontijiet ta' Ottubru u Novembru qiegħdin jinħadmu).
Jistax l-Ministru b'referenza għad-domanda numru 29750 jara jekk l-Kappella tal-Madonna tas-Sokkors tistgħax tgħaddi f'idejn l-Awtorita tat-Turiżmu sabiex issir post għall-informazzjoni għat-turisti li qed jiżdiedu l-ħin kollu ġewwa l-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Se nitlob lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jikkunsidra l-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla r-re-numbering tad-djar kollha f'Santa Venera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-lokal ta' Santa Venera s'issa tlestew dsatax-il triq li b'kollox kienu jammontaw għal aktar minn 1500 bieb li ġew innumerati.
Ix-xogħol tad-Door Numbering isir mit-Taqsima tax-Xogħlijiet iżda jinvolvu wkoll, fost oħrajn, lill-Uffiċju Elettorali. Minħabba li bħalissa għaddej xogħol tat-tiġdid ta' l-ID Cards, u dan ix-xogħol jaffetwa wkoll ix-xogħol tad-Door Numbering, huwa diffiċli li wieħed jgħid bi preċiżjoni meta jista' jitkompla r-re-numbering ġewwa kull lokalita' partikolari. Ix-xogħol tar-re-numbering ġewwa Santa Venera jitkompla mill-aktar fis possibbli hekk kif l-eżerċizzju tat-tiġdid ta' l-ID Cards jippermetti li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-involviment tad-Dipartiment tax-xogħolijiet Pubbliċi fil-bini tal-car park f'Pander Place, San Ġiljan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni taxXogħlijiet kienet involuta fit-tħejjija tal-proposti biex ġie assigurat li jkun hemm 'buffer zone' intern, kif ukoll fil-koordinazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mal-kuntrattur li wettaq ix-xogħlijiet.
Jistax il-Ministru in vista tad-domanda numru 29751 dwar Ancient Str, Birgu jara jekk huwiex possibbli li ż-żminijiet u x-xogħolijiet previsti jsiru malajr kemm jista jkun billi hemm numru ta' ilmenti ta' residenti fuq dan l-inkonvenjent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qed tiġi preparata sejħa għall-offerti biex dan l-inkonvenjent jitneħħa kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-kamra kemm-il darba ħareġ il-magazine On-Site? Kemm-il kopja saret? Kemm swiet kull pubblikazzjoni ta dan il-magazine?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 25545, 29794 u 29863.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ambjentali biex f'każ li jerġa jidħol denfil f'xi bajja lokali jieħu ħsieb kemm jista' jkun biex id-denfil jgħix u jikseb is-saħħa meħtieġa biex jerġa' jgħum 'il barra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jieħu passi biex jikkordina l-Protokol dwar ic-Cetacei mfassal mill-istess Dipartiment b'konsultazzjoni ma' għadd ta' entitajiet oħra fosthom NGO's ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex iċ-ċumnija li hemm fil-lukanda Bel Sol Hotel ma tibqax tikkawża rwejjaħ fit-toroq immedjati ta' din l-istess lukanda
Issa li l-Gvern ħabbar fil-Budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ tal-qasam tad-djar ta' Pannellu l-Mellieħa? Fid-dawl li matul dawn l-aħħar 8 snin il-kunsill lokali tal-Mellieħa ħalla l-embelishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza dawn ix-xogħolijiet ta' l-embellishment fil-Qasam tad-djar ta' ta' Pannellu l-Mellieħa immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30042.
Issa li l-Gvern ħabbar fil-Budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ tal-qasam tad-djar ta' Mlit il-Mosta? Fid-dawl li matul dawn l-aħħar 8 snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embelishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza dawn ix-xogħolijiet ta' l-embellishment fil-Qasam tad-djar ta' Mlit il-Mosta immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Issa li l-Gvern ħabbar fil-Budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ tal-qasam tad-djar ta' Zokkrija il-Mosta? Fid-dawl li matul dawn l-aħħar 8 snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embelishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza dawn ix-xogħolijiet ta' l-embellishment fil-Qasam tad-djar ta' Zokkrija il-Mosta immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30042.
Issa li l-Gvern ħabbar fil-Budget li se jsir landscaping aħjar tal-paesaġġ, jista' l-Ministru jara li parti mill-flus ivvutati għal dan il-għan jmorru sabiex isir l-embellishment meħtieġ tal-qasam tad-djar ta' Santa Margherita il-Mosta? Fid-dawl li matul dawn l-aħħar 8 snin il-kunsill lokali tal-Mosta ħalla l-embelishment f'dawn l-inħawi abbandunat u hekk se jkompli jagħmel minħabba li għandu djun kbar, jista' l-Ministru ġentilment jawtorizza dawn ix-xogħolijiet ta' l-embellishment fil-Qasam tad-djar ta' Santa Margherita il-Mosta immedjatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30042.
Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat il-fatt li Pjazza Presiosi kantuniera ma' Triq il-Miratur, Floriana (fejn it-taraġ) hi infestata bil-ħamiem?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għalkemm il-kontroll tal-ħamiem ma jaqax taħt il-kompetenza tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, ninsab infurmat li dan id-Dipartiment xi żmien ilu kien ta parir lill-Kunsill Lokali tal-Floriana kif dan il-kontroll jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid xi żbroffar tad-drenaġġ kien hemm f'Novembru 2001 f'San Pawl il-Baħar u x'passi ttieħdu biex il-ħsara tissewwa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul Novembru, l-iżbroffar ta' drenaġġ f'San Pawl il-Baħar kien f'Salina Road.
Ir-raġuni kienet kwantita' ta' xaħmijiet u anki xi ġebel. L-iżbroffar dam sakemm kien għaddej it-tindif f'Buġibba u l-Qawra. Ma jirriżultax illi hemm xi ħsarat fid-drenaġġ f'dawn l-inħawi. Ta' min isemmi li l-istoppages ġew irranġati fl-istess ġurnata li nqalgħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar id-duħħan li joħroġ mill-fabbrika Lowenbrau f'Ħal Qormi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fir-rigward tal-fabbrika tal-Lowenbrau f'Ħal Qormi, jirriżulta li kien hemm inċident wieħed li ġara f'Mejju ta' din is-sena, meta kien hemm emissjonijiet eċċessivi minn din il-fabbrika.
Spezzjonijiet li saru minn spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent żvelaw li dan l-inċident kien dovut għal ħsara li żviluppat fil-boiler tal-fabbrika. Il-ħsara ġiet irranġata sal-21 ta' Mejju 2001.
Wara din id-data la d-Dipartiment u lanqas il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ma rċevew rapporti ta' duħħan minn din il-fabbrika. Spezzjonijiet sussegwenti għall-21 ta' Mejju 2001 jikkonfermaw dan.
Għaldaqstant, dan il-każ hu kkunsidrat magħluq.