Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar li twaqqgħu

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kif applikazzjoni PA 02764/06 ġiet rifjutata mill-MEPA, meta fit-triq in kwestjoni jiġifieri Triq Windsor, Sliema hemm diversi djar li waqgħu u saru binjiet ta' 4 sulari fost oħrajn numri 49, 58 u 61 li trasformaw ruħhom f'blokok ta' appartamenti? Tista' l-awtorita' tiġġudika din l-applikazzjoni bl-istess mod ta' l-oħrajn u ma jkunx hemm deċiżjonijiet differenti fl-istess triq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-rifjut għall-iżvilupp propost fl-applikazzjoni PA 2764/06 ġie bbażat fuq il-Pjan Lokali għal Tas-Sliema hekk kif ġie approvat f'Lulju 2006. L-Pjan Lokali kkonferma li s-sit ta' l-iżvilupp jaqa' f'arja ta' Konservazzjoni Urbana b'għoli massimu ta' żewġ sulari. Din l-appikazzjoni issa qegħda fi stadju ta' appell quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-Ippjanar. Ta' min jgħid li l-Bord ta' l-Appell jieħu konjizzjoni ta' kull sottomissjoni li titressaq, inkluż kull permess jew bini fil-viċinanzi tas-sit. Ta' min isemmi ukoll li Triq Windsor hija triq pjuttost twila fejn hemm bini li seta' ingħata permessi taħt diversi liġijiet u policies ta' dak iż-żmien meta nħarġu l-permessi. Qabel is-sena 1997, Tas-Sliema ma kienx hemm arja ta' Konservazzjoni Urbana u din iddaħlet b' Avviż Legali 459/97. Din iż-żona ta' konservazzjoni urbana ġiet ikkonfermata fil-Pjan Lokali għajr xi tibdil żgħir fil-konfini tagħha.

Restawr ta' galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex li applikaw biex ikollhom il-gallerija tagħhom irrestawrata? Jista' jgħid x'somma alloka l-gvern għax-xogħol ta' restawr fuq il-galleriji skond l-iskema li ħabbar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għal darb'oħra, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28197.

Wied il-Għajn — Riċiklaġġ ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispeċifikazzjoni għat-tip ta' materjal li l-impjant ta' Sant Antnin se jkun qed jaċċetta? Dan ifisser b'mod sinifikanti li l-iskart irid jintgħażel mid-djar jew fl-impjant qabel ma jidħol fl-MRF (material recycling facility)? Liema huma l-miżuri li se jittieħdu biex jittrattaw ir-residwi (ħama ta' l-impjant - auto clave(fibre) jew RDF? Hemm finanzi allokati fl-istima għar-residwi mill-proċess ta' l-iskart li jridu jiġu trattati ferm aktar bis-sistema tat-thermal treatment? U dan t-trattament se jsir fl-aħħar tal-proċess jew bħala stand alone unit biex jissupplixxi l-enerġija u l-elettriku? Hemm suq (kummerċjali jew domestiku) għall-elettriku jew l-enerġija li se tiġi ġġenerata mill-ħruq tar-residwi (heat generation from residues)? Saret stima għal konsumatur għal provista ta' din l-enerġija fit-terminu ta' l-infrastruttura kemm se tiġi tiswa? L-impjant se jkollu teknoloġija ta' gas srubbing suffiċjenti biex ikun konformi mar-regoli ta' l-EU fuq l-air emissions and odours? Hemm biżżejjed spazju fil-landfills biex jiġi aċċettat l-irmied u l-materjal perikoluż li joħroġ mill-impjant? Din il-proposta se tilqa għat-tul l-miri ta' l-EU fir-rigward tal-landfill diversion? Ċertu mpjanti li jaħdmu bit-teknoloġija ta' heat treatment joperaw effettivament għal 24 siegħa sħaħ (kontinwament). Din se tkun is-sitwazzjoni fl-impjant ta' Sant Antnin u jekk hi t-teknoloġija li se tintuża se jkun hawn skart biżżejjed biex jilqa' għal din it-tip ta' teknoloġija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjant ta’ Sant’Antnin se jittratta skart bijodegradabbli (bio-degradable waste) u skart riċiklabbli (dry recyclable waste). L-iskart li ser jiġi ttrattat fil-Material Recovery Facility (MRF) ser ikun ġej mill-Bring-in-Sites, u dan wara li jkun magħżul fid-djar u ddepożitat fil-Bring-in-Sites. L-iskart biodegradabbli jintgħażel b'mod mekkanizzat u fil-magħluq fl-impjant immodernizzat. Fl-impjant m’hux ser ikun hemm ebda sistema ta’ autoclave. L-ilma tal-proċess ser ikun ittrattat minn impjant tar-Reverse Osmosis u li jifforma parti mill-investiment li qed isir. Ir-rejects ser imorru fil-landfill filwaqt li parti mir-Refuse Derived Fuel (RDF), b’potenzjal ta’ energija, ser tkun ittrattata fl-inċineratur tal-Marsa ħalli jitnaqqas l-ammont ta' fjuwil u titnaqqas l-ispiża rikurrenti. Il-kumplament ta' l-RDF ser ikun maħżun sakemm jinstab użu għalih. Il-proġett ta’ Sant’Antnin, li hu ffinanzjat mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, ma jinkludi ebda thermal treatment u għalhekk m’hemm ebda fondi allokati għal dan il-għan. Intenni li fil-proġett ta’ Sant’Antnin m’hux maħsub li jkun hemm thermal treatment facility. Nenfasizza li fl-impjant ta’ Sant’Antnin m’hemmx faċilità li taħraq jew titratta r-residwi. Bħalma semmejt, l-uniku RDF li ser ikun utilizzat huwa dak li ser jintuża għall-inċineratur tal-Marsa u għaldaqstant suq għalih diġà hemm. Dan l-RDF huwa kkunsidrat bħala Renewable Energy source u għalhekk l-użu ta' dan il-materjal huwa rrakkomandat. L-impjant fejn ser jintuża l-RDF huwa mgħammar bit-trattament ta’ l-arja bl-aktar avvanzata skond il-permessi ta' l-operat. Din is-sistema tiggarantixxi li l-livelli ta’ l-istandards Ewropej dwar l-air emissions and odours ikunu milħuqin. L-impjant ta’ Sant’Antnin m’hux ser jittratta skart perikoluż (hazardous waste) u għalhekk m’hux se jipproduċi la rmied (għax ma fihx thermal facilities) u lanqas materjal ieħor perikoluż. M’hemm ebda proposta biex il-landfills jaċċettaw irmied u materjal perikoluż ġej minn Sant’Antin għax l-impjant ta’ Sant’Antnin m’għandux il-facilità li jipproduċi dan it-tip ta’ skart. Intenni li fil-proġett ta’ Sant’Antnin m’hux maħsub li jkun hemm ebda thermal treatment facility.

Fabbrika ta' Farsons

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25025, jista' l-Ministru jgħid meta nbdiet jew ser tinbeda l-investigazzjoni u meta hu maħsub li tintemm b'dati fissi? F'każ l-investigazzjoni diġa' ntemmet, jista' jgħid x'inhuma r-riżultati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni dettaljata nhar 25 ta’ April fl-10 ta’ fil-ghodu. Waqt l-ispezzjoni ma sar l-ebda forma ta’ emissjonijiet. Il-karatteristiċi taċ-ċumnija huma konformi mar-regoli. L-inġiniera preżenti kkonfermaw li l-manteniment kien sar, bħal dejjem, regolari. Kien ikkonfermat ukoll minn nies tekniċi tal-fabbrika li ma kien hemm l-ebda ħsara dan l-aħħar li tista’ tispjega li kien hemm dawn l-imsemmija emissjonijiet. Saru wkoll diversi osservazzjonijiet (erbatax) matul il-ġranet li ghaddew u qatt ma kienu osservati emissjonijiet minn din iċ-ċumnija. Jista’ jkun li l-emissjonijiet saru minn barra l-ħitan tal-fabbrika. Irrid ngħid li ninsab infurmat ukoll li ma kien hemm qatt, la qabel u lanqas wara dan ir-rapport, xi forma ta’ ilmenti oħra ta’ emissjonijiet fl-inħawi.

Pembroke — Kumpless Sprachcaffe

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28048 u jinfurmani jekk huwiex veru li l-kumpless Sprachcaffe f'Pembroke qiegħed ibiddel xi strutturi biex jakkomoda iżjed studenti? Jekk dan huwiex kopert mill-permess ġaladarba dan il-bini jista' jkun skedat u jekk il-block huwiex intenzjonat ukoll għal struttar biex jakkomoda iżjed u iżjed studenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Huwa veru li l-kumpless Sprachcaffe f'Pembroke għamel xogħlijiet fuq żewġ blokki separati li huma Blokk E u Blokk D. Fir- rigward ta' blokk E sar biss xogħol ta' manutenzjoni li fin-natura ma jirrikjedi l-ebda permess u għaldaqstant l-użu għall-akkomodazzjoni ta' studenti f'din il-blokka huwa kopert bil-permessi eżistenti tal-Malta Tourism Authority. Fir-rigward ta' blokk D ix-xogħlijiet strutturali li hemm għaddejjin bħalissa huma koperti bil-permess ta' l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li jġib referenza PA 288/05 maħruġ fid-29 ta' Novembru 2005. Dan il-permess ikopri ukoll l-użu ta' din il-blokka għal uffiċini. Għalhekk dan il-blokk ma jistax jintuża għal akkomodazzjoni ta' studenti.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera ta' proprjeta' użata mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid fejn tinsab l-istess proprjeta' mikrija, għal liema skop qed tintuża u min hu/huma s-sid/sidien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Restawr ta' galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm kien hemm f'Malta u f'Għawdex li applikaw biex ikollhom il-gallerija tagħhom irrestawrata? Jista' jgħid x'somma alloka l-gvern għax-xogħol ta' restawr fuq il-galleriji skond l-iskema li ħabbar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Wied il-Għajn — Riċiklaġġ ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispeċifikazzjoni għat-tip ta' materjal li l-impjant ta' Sant Antnin se jkun qed jaċċetta? Dan ifisser b'mod sinifikanti li l-iskart irid jintgħażel mid-djar jew fl-impjant qabel ma jidħol fl-MRF (material recycling facility)? Liema huma l-miżuri li se jittieħdu biex jittrattaw ir-residwi (ħama ta' l-impjant - auto clave(fibre) jew RDF? Hemm finanzi allokati fl-istima għar-residwi mill-proċess ta' l-iskart li jridu jiġu trattati ferm aktar bis-sistema tat-thermal treatment? U dan t-trattament se jsir fl-aħħar tal-proċess jew bħala stand alone unit biex jissupplixxi l-enerġija u l-elettriku? Hemm suq (kummerċjali jew domestiku) għall-elettriku jew l-enerġija li se tiġi ġġenerata mill-ħruq tar-residwi (heat generation from residues)? Saret stima għal konsumatur għal provista ta' din l-enerġija fit-terminu ta' l-infrastruttura kemm se tiġi tiswa? L-impjant se jkollu teknoloġija ta' gas srubbing suffiċjenti biex ikun konformi mar-regoli ta' l-EU fuq l-air emissions and odours? Hemm biżżejjed spazju fil-landfills biex jiġi aċċettat l-irmied u l-materjal perikoluż li joħroġ mill-impjant? Din il-proposta se tilqa għat-tul l-miri ta' l-EU fir-rigward tal-landfill diversion? Ċertu mpjanti li jaħdmu bit-teknoloġija ta' heat treatment joperaw effettivament għal 24 siegħa sħaħ (kontinwament). Din se tkun is-sitwazzjoni fl-impjant ta' Sant Antnin u jekk hi t-teknoloġija li se tintuża se jkun hawn skart biżżejjed biex jilqa' għal din it-tip ta' teknoloġija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Affarijiet Rurali u Ambjent — Nefqa fuq petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq petrol mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, ta' l-uffiċjali biss, (eskluż l-użu ġenerali) separatament matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jgħid liema uffiċjali huma ntitolati għal petrolimħallas mill-gvern fl-istess perijodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Każ fejn tieħu passi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu passi minkejja li hemm każ, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jinsab f'direct action dwar allegazzjonijiet serji ta' attivitajiet illeċti fi Triq il-Ġiżimin, Swieqi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta' l-Infurzar tal l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fl-10 ta' Ottubru 2006 ħarġet Avviż Biex Tieqaf u ta' Twettiq ECF 776/06 għal żvilupp li mhux skond il-pjanti approvati fil-permess PA6514/99 billi ġie maħluq basement level ieħor taħt iż-żewġ basements eżistenti u sar bdil fl-użu tal-basement level (-1) minn domestic store/gamesroom għal residenza mingħajr permess. Dan il-każ ġie riferut lis-Sezzjoni ta' l-Azzjoni Diretta biex jittieħdu l-passi neċessarji fl-aktar żmien opportun.

Skema dwar galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sal-lum applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema tal-galleriji? Kif se tiġi ffinanzjata din l-iskema? Minn liema fund se titħallas din l-iskema? Kemm hu l-vot ta' din l-iskema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 28197.

Raħal Ġdid — Wied Blandun

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 28100, jista' l-Ministru jgħid f'Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura x'tip ta' żvilupp (kull tip ta' żvilupp li jaqa' taħt il-MEPA) qiegħed isir? Jekk hemmx permessi għal xi tip ta' bini? Jekk iva, x'tip huwa? X'inhu l-pjan tal-gvern għal Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li Wied Blandun kien ġie skedat fl-2001 bħala Grade 4 Area of ecological importance EI u Grade 1 Site of scientific importance. Għalhekk żvilupp ta' xi tip ta' bini urban mhux aċċettat. Bħalissa, mhemmx permessi ta' bini f'Wied Blandun. Il-pjan għan-nofsinhar ta' Malta jindika li dan il-wied għandu jkun parti mid-District Park matul il-Cottonera Lines skond il-policy SMIA 13 fl-istess pjan. Din il-policy tidentifika din iż-żona primarjament għall-attività rekreattiva bħal picnic areas u playgrounds għat-tfal, cycling u jogging tracks. L-iżvilupp li preżentement qed isir fl-inħawi ta' Wied Blandun jikkonsisti minn parti mill-proġett konness mas-sistema tad-drenaġġ u li hu kopert bil-permess PA 1550/02. Kif ġie indikat fid-diskors tal-baġit dik iż-żona ġiet magħżula bħala wieħed mill-erba' postijiet fejn matul is-sena d-dieħla se jinbeda programm ta' tħawwil ta' siġar.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq servizzi ta' konsulenti ( kemm servizzi minn individwi jew kumpaniji) fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xahar ta' Jannar, Frar u Marzu 2007? Jista' jagħti d-dettalji ta' min kienu l-konsulenti u kemm tħallsu kull wieħed separat, x'tip ta' servizz taw u min approva t-tali spiża f'kull każ separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

It-tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Affarijiet Rurali u ambjent — Servizz ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li s-servizz kollu ta’ l-internet lill-uffiċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħu huwa pprovdut mill-Malta Information Technology and Training Services Ltd (MITTS) u kopert mill-Kuntratt għas-Servizzi 2007. Fil-każ ta’ l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, in-nefqa għas-servizz ta’ l-internet għall-ewwel tliet xhur ta’ l-2007 kienet ta’ Lm118.38 għad-Direttur Ġenerali u għaċ- chairman. Fiż-żewġ każi s-servizz kien ipprovdut mill-Maltanet. Fil-każ tal-WasteServ Malta Ltd, in-nefqa kienet ta’ Lm145.62 għaċ- Chairman, CEO, Operations Executive, Contracting Executive u Administration Executive. Is-servizz kien ipprovdut mill-MaltaNet u mill-Keyworld.

Galleriji ta' l-injam

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-budget ivvutat għall-iskemi tal-bdil jew manutenzjoni tal-galleriji ta' l-injam mill-MEPA? Jista' jgħid liema huma l-fondi mill-MEPA li se jintużaw għal dan l-iskop? Kemm hu mistenni li jdum il-proċess biex l-applikanti jirċievu l-għajnuna minn din l-iskema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-fondi vvutati għall-iskemi ta' bdil jew manutenzjoni tal-galleriji ta' l-injam mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma Lm60,000. Jekk it-talba mill-pubbliku taqbeż is-somma msemmija, hemm diġá ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi biex dan l-ammont ikun rivedut. Il-perjodu ta' l-ipproċessar jiddependi minn kemm jid]lu applikazzjonijiet.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Taxxi, tariffi u miżuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini dettalji biżżejjed biex inkun nista’ nifhem eżatt għal liema dettalji qiegħed jirreferi.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Repair and upkeep

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru u d-dipartimenti tiegħu kienet: Jannar Lm2,641 Frar Lm4,012 Marzu Lm5,232 Mill-Awtorità' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet hekk: Jannar Lm1,586 Frar Lm2,102 Marzu Lm2,773 Mill-WasteServ Malta Ltd kienet hekk: Jannar Lm5,026 Frar Lm1,762 Marzu Lm1,536

Boundary wall

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27392 u jara li jittella' boundary wall skond kif titlob il-liġi mad-dawra tal-plot kbira li ġieli qed tintuża bħala scrap yard u dumping ground f'Birkirkara Road, San Gwann kantuniera ma' Triq il-Gallina, Kappara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtoritá ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħarġet Avviż ta' Twettiq ECF333/07 kontra sid l-art. L-Avviż għalaq fis-17 ta' Settembru 2007 u l-kunsill huwa infurmat li ħareġ l-Avviż. Jirriżulta ukoll li, wara li ħareġ l-Avviż, is-sid jew is-sidien ta' din l-art bdew itellgħu l-ħajt fuq Triq Birkirkara iżda għal xi raġuni x-xogħol waqaf. Kien inbeda ukoll ix-xogħol ta' tindif iżda dan waqaf ukoll. Is-sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtoritá ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irreferiet dan il-każ lid-Direct Action Team li għamel spezzjoni fuq il-post u ta ordni lis-sid biex ikompli jnaddaf u jtella' l-biċċa l-oħra tal-ħajt fuq Triq il-Gallina. Is-sidien kienu nfurmati li kemm-il darba ma jsirx dak kollu ordnat, il-Kunsill Lokali jista' jitlob li jagħmel ix-xogħlijiet hu wara li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tawtorizza l-valwazzjoni tax-xogħol kif ikkontemplat.