Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar laqgħa tal-Ambaxxaturi ta’ Malta li organizza l-Ministeru tiegħu f’Ġunju li għadda? X’kienu s-suġġetti diskussi?
Response (VELLA, GEORGE)
Din is-sena il-laqgħa tal-Ambaxxaturi Maltin seħħet bejn l-1-3 ta’ Ġunju fil-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu. L-għan ta’ dan l-avveniment annwali huwa li l-Ambaxxaturi Maltin jiltaqgħu lkoll flimkien sabiex niddiskutu kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-politika barranija ta’ Malta kif ukoll suġġetti ta' rilevanza għall-Ministeru u għal Malta. Din is-sena il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għax xhur li ġejjin kienet fuq nett fil-lista tas-suġġetti diskussi.
L-Ambaxxaturi ngħataw informazzjoni dwar il-preparamenti għall-Presidenza ta’ Malta u l-involviment tagħhom matul din il-Presidenza, b’attenzjoni partikolari fuq dawk il-kwistjonijiet politiċi u suġġetti importanti għal Malta waqt il-Presidenza. L-Ambaxxaturi ġew infurmati wkoll, dwar il-loġistika, il-kommunikazzjonijiet mal-midja u l-programm kulturali għall-Presidenza.
Bara minn hekk, l-Ambaxxaturi ingħataw informazzjoni u qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-Israel u l-Palestina kif ukoll dwar kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi limitati li jista’ jkollhom. Uffiċjali tal-Ministeru qasmu wkoll l-ideat tagħhom flimkien mal-uffiċjali tal-Ministeru dwar kif l-Ambaxxaturi jistgħu jingħaqdu b'mod aktar effettiv mal-Maltin barra minn Malta, u dwar il-miri strateġiċi tal-Politika Barranija ta' Malta relatati mal-kummerċ.
Għall-ewwel darba din is-sena, saret sessjoni dedikata f’forma ta’ fiera fejn fiha l-Ambaxxaturi Maltin kellhom l-okkazjoni li jiltqgħu ma’ numru ta’ rappreżentanti ta’ entitajiet lokali minn oqsma differenti sabiex jitkellmu dwar kif jistgħu jtejbu l-kuntatti bejniethom u jippromwovu lil Malta barra minn xtutna.
Saru wkoll preżentazzjonijiet mill-Malta Enterprise, l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu, Identity Malta u l-Universita' ta' Malta.
Nixtieq ninnota li din il-laqħa ta’ l-Ambaxxaturi ta’ din is-sena kienet suċċess kif ġie deskritt kemm mill-Ambaxxaturi nfushom kif ukoll l-entitatjiet kollha li pparteċipaw.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra li organizza l-Ministeru tiegħu f’Mejju li għadda? X’kienu s-suġġetti diskussi?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-aħħar laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27570 -.docx
Attivitajiet organizzati bħala diplomazija kulturali
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18911, jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi tad-diplomazija kulturali ħa l-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena (2016)?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi prinċipali ta’ diplomazija kulturali li ħa l-Ministeru tiegħi bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena kienu dawn:
· Proġetti kulturali taħt il-Fond tad-Diplomazija Kulturali;
· Organizzazzjoni ta’ żjarat kulturali għal diplomatiċi barranin residenti Malta;
· Xogħol dwar ġemellaġġi ta’ lokalitajiet Maltin ma’ bliet u rħula barra minn Malta;
· Preparamenti għall-iffirmar ta’
Memorandum of Understanding
maċ-Ċina;
· Parteċipazzjoni ta’ kittieba Maltija fir-raba’ laqgħa ta’ kittieba taż-żona Ewro-Maghrebija;
· Għajnuna lill-Ambaxxata Maltija f’Riyadh għal esebizzjoni fil-Mużew Nazzjonali;
· Parteċipazzjoni ta’ artist Malti fis-seba’ edizzjoni tal-
Intercultural Art Dialogue
f’Beyoglu, it-Turkija;
· Għajnuna fil-preparamenti għall-Mediterranean Forum organizzat mill-
Anna Lindh Foundation
u l-
International Federation of Arts Councils and Culture Agencies Summit
;
· Promozzjoni tal-industrija tal-films;
· Tħejjijiet għal-Laqgħa Informali tal-Uffiċċjali tal-Kultura fil-Ministeri tal-Kultura u l-Ministeri għall-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;
· Xogħol relatat mal-Programm Kulturali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport iddettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim bilaterali kien iffirmat ma’ pajjiżi oħra bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena (2016) u x’kienu s-suġġetti ta’ dawn il-ftehim?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jagħti lista’ ta’ żjarat uffiċjali li għamel barra minn Malta bejn April ta’ din is-sena (2016) u d-data ta’ meta titwieġeb din il-mistoqsija? X’laqgħat kellu l-Ministru f’kull żjara?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' żjarat uffiċċjali li għamilt barra minn Malta bejn April 2016 u llum, kif ukoll il-laqgħat li kelli f'kull żjara.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ laqgħat li kellu ma’ Ministri għall-Affarijiet Barranin u Ministri oħra ta’ pajjiżi li żaru Malta bejn April ta’ din is-sena (2016) u d-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat tal-laqgħat ma’ Ministri għall-Affarijiet Barranin u Ministri ta’ pajjiżi oħra li żaru Malta bejn April ta' din is-sena u llum.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu mal-Montenegro minn Jannar 2016 sad-data meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi diplomatiċi prinċipali li ttieħdu mal-Montenegro minn Jannar 2016 sal-lum huma:
· Żjara tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-Montenegro f’Jannar
· Żjara tal-Prim Ministru l-E. T. Milo Dukanoviæ f’Malta f’Mejju
· Konklużjoni ta’ Dikjarazzjoni dwar Koperazzjoni Ekonomika u Teknika
· Konklużjoni ta’ Memorandum dwar Koperazzjoni fil-qasam tas-Saħħa u x-Xjenza Medika
· Żjara tal- President ta’ Malta, L-E. T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Mongenegro f’Ġunju
· Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u l-Iżvilupp Ekonomiku, l-Onor. Dr Jose Herrera fil-Montenegro f’April
· Iffirmar ta’ Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika
· Żjara tal-E. T. Sanja Vlahoviæ, Ministru tax-Xjenza u r-Riċerka tal-Montenegro f’Lulju
· Żjara tal-Ministru għall-Kompetittivita’ u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, l-Onor. Dr Manuel Mallia f' Settembru
· Żewġ laqgħat li kelli mas-Segretarju tal-Istat għall-Integrazzjoni Ewropea u Kap Negozjatur tal-Montenegro, l-E.T. Aleksander Andrija Pejovic f’Settembru
· Il-ħatra ta’ l-Ambaxxatur Malti għall-Montenegro, l-E.T. Jamie Cremona, f’Jannar u l-ħatra tal-Ambaxxatur tal-Montenegro għal Malta, l-E. T. Antun Sbutega f’Ġunju
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27564 - Montenegro.docx
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu mal-Kosovo minn Jannar 2016 sad-data meta titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi diplomatiċi prinċipali li ttieħdu mal-Kosovo minn Jannar 2016 sal-lum huma:
· Diversi laqgħat li kelli fil-Kosovo fi Frar
· Iffirmar ta’ Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Ministeri għall-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjizi
· Żjara Statali tal-President ta’ Malta, l-E. T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Kosovo fi Frar
· Żjara mill-President tal-Kosovo, l-E. T. Atifete Jahjaga f’Malta f’Marzu
· Żjara mill-Ministru għall-Integrazzjoni Ewropea, l-E. T. Bekim Collaku f’Ġunju
· Laqgħa li kelli mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kosovo, l-E. T. Enver Hoxhaj, fi New York
· Ħatra tal-Ambaxxatur Malti għall-Kosovo, l-E. T. Godwin Pulis, f’Ottubru
- Huwa mistenni, li l-E.T. Hashim Thaci jżur Malta għal Żjara Statali f'Diċembru 2016.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat dwar dawn l-inizjattivi.
Attachments:Mistoqsija Parlamentari no 27565 - Kosovo.docx
Konsolat Malti fl-Alġerija — Ħruġ ta’ visas lil ċittadini Alġerini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil ċittadini Alġerini mill-Konsolat Malti fl-Alġerija xahar b'xahar mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar ta’ Awwissu 2016?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija:
2016
Jannar
26
Frar
49
Marzu
57
April
51
Mejju
40
Ġunju
46
Lulju
71
Awwissu
34
Waħda mir-raġunijiet ovvji għat-tnaqqis drastiku fil-ħruġ ta' viżi mill-Konsolat Malti fl-Alġerija hija li t-titjiriet mill-Alġerija u lejn dan il-pajjiż waqfu f'Ottubru 2015.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li wara diversi allegazzjonijiet li saru minnu u minn esponenti oħra tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar il-ħruġ ta' viżi mill-Konsolat Malti f'Algiers, il-Kummissjoni investigat u sabet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tkompli żżomm taħt skrutinju l-prattiċi użati mill-Konoslat għall-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra.
Milli jidher, iżda, minkejja li l-Kummissjoni faqgħetlu l-bużżieqa li pprova jonfoħ, l-Onorevoli Interpellant se jkompli jipprova jagħmel kapital politiku minn dan il-każ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26708 u 26490 u ċjioè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Jista' jgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?
Response (VELLA, GEORGE)
Is-sejħiet li saru fil-gazzetti f’kull każ huma “public knowledge” u allura l-Onor. Interpellant għandu l-faċilitajiet li jsibhom jekk huwa interessat.
In-numru ta’ applikanti għal kull kariga kien:
Administration Assistant 95
Media Officers 38
Research Analyst 56
Media Officers 19
Research Analyst 20
MIC Support Officer 16
MIC Support Officer 28
Civil Society Coordinator 13
Funding Support Coordinator 29
Funding Support Officer 40
Media Officers 15
Research Analyst 13
Research Analyst 56
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulent
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26707 u 26488 u ċjioè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26048, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li abbażi tagħhom ingħataw il-konsulenzi msemmija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nstabu biss żewġ kuntratti, wieħed intitolat “Agreement for the Engagement of the Head of the Malta – EU Information Centre with the Ministry of Foreign Affairs” u ieħor biex tingħata konsulenza għat-tfassil ta’ strateġija ta’ kommunikazzjoni u t-twettiq tagħha, iffirmat mas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, proprjetarja tal-kumpanija Proximus PR.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ewwel kuntratt, iffirmat anki mill-Onor. Dr Simon Busuttil, illum Kap tal-Oppożizzjoni, li b’dak il-ftehim inħatar konsulent għall-MIC.
It-tieni kuntratt diġa’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 33855 fis-Seduta 751 nhar il-5 ta’ Ġunju 2002.
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulent
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26488 u ċjioè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26048, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li abbażi tagħhom ingħataw il-konsulenzi msemmija?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26490 u ċjioè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Jista' jgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?
Response (VELLA, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Malta – EU Information Centre – lista ta’ konsulenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26048, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li abbażi tagħhom ingħataw il-konsulenzi msemmija?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26050, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet li saru fil-gazzetti f'kull każ? Jista' jgħid kemm applikaw nies fil-każ ta' kull sejħa?
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (VELLA, GEORGE)
Jista' l-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għall-Ministeru biss jew għall-Entitajiet li kienu jaqgħu taħtu ukoll.
Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – Protokoll 12 — ratifikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25913 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti d-data meta Malta rratifikat il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar protezzjoni minn diskriminazzjoni) u meta se jiġi emendat il-European Convention Act biex jipprovdi għalih?
Response (VELLA, GEORGE)
Malta ffirmat it-Tnax il-Protokoll għall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali nhar it-tmienja ta' Diċembru, 2015, u dakinhar stess irratifikatu, sabiex sussegwentement il-Protokoll ġie fis-seħħ u nfurzabbli f'Malta nhar l-ewwel t'April tas-sena 2016.
Preżentement għaddejjin diskussjonijiet interni sabiex jiġi determinat eżattament jekk hux neċessarju li jsiru xi emendi. Waħda mill-possibilitajiet li qed jiġu kkunsidrati hija li ssir emenda tal-European Convention Act.
Peress li politico.eu rraportat li skont dokument li ġie
leaked
mill-
European External Action Service's Moscow office
, li ppreżenta lista ta' viżti uffiċjali li żaru r-Russja minn Stati Membri u pajjiżi fil-G7:
http://www.politico.eu/article/commission-eu-leaders-russia-jean-claude-junker-comeback-relations-sanctions/
u peress li jidher li fil-każ ta' Malta tissemma’ żjara u nikkwota “
Visit of the Political Director
of Malta on 6 April 2016 to Russia”,
jista’ l-Ministru jgħid min kien dan l-individwu u x'kienet l-iskop tal-laqgħa, kienx waħdu jew kienx jagħmel parti minn delegazzjoni u ma’ min iltaqgħu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żjara msemmija saret mid-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Politiċi, l-Unjoni Ewropea u l-Maltin ta' Barra, is-Sra. Helga Mizzi fis-6 ta' April 2016 u l-laqgħat seħħew kollha f'Moska. L-Ambaxxatur ta' Malta għar-Russja, l-E.T. Dr. Carmel Brincat u membri oħra tal-Ambaxxata Maltija f'Moska ffurmaw parti mid-delegazzjoni.
Waqt din iż-żjara, li saret fuq stedina tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu, d-Direttur Ġenerali kellha laqgħat ma':
Alexey Meshkov, Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu
Alexei Paramonov, Direttur tad-Dipartiment għall-Affarijiet Ewropej
Maxim Maksimov, Kap tas-Sezzjoni tal-Afrika ta' Fuq u Lvant Nofsani
Membri oħra tad-Dipartmenti hawn fuq imsemmija kienu ukoll preżenti għat-taħdidiet.
L-għanijiet tad-diskussjonijiet bejn id-delegazzjonijiet kienu li jsiru konsultazzjonijiet politiċi dwar żviluppi fir-reġjuni tal-Mediterran u l-Lvant tal-Ewropa. Il-kriżijiet fil-Libja, s-Sirja, l-Ukrajna ġew diskussi f'ċertu dettall, flimkien ma' sfidi oħra bħal ma hija l-immigrazzjoni irregolari u kif il-Mediterran qiegħed jintlaqat minn dan il-fenomenu.
Ir-relazzjonijiet bilaterali ġew ukoll diskussi b'firxa wiesgħa ta' oqsma li jvarjaw mill-adozzjonijiet, numru ta' ftehim li għadhom qed jiġu negozjati, il-kummerċ u l-kooperazzjoni fis-setturi edukattivi, kulturali u turistiċi.
Ir-rwol li ser taqdi Malta bħala President tal-Kunsill għall-Unjoni Ewropea kien ukoll parti mit-taħdidiet.
Issemmiet ukoll il-possibilita' ta' żjara fir-Russja mill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin, iktar tard din is-sena.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – kuntratt għal servizz ta’ karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji jekk hemmx kuntratt għal servizz ta’ karozzi (chauffer driven) tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid kemm din il-kumpanija ilha toffri servizzi lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u x’kienu l-ammont totali ta’ flus li tħallset din il-kumpanija kemm ilha toffri s-servizzi tagħha?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm kuntratt mal-kumpanija li qed jirreferi għaliha. Din il-kumpanija kienet ingaġġata wara sejħa għall-offerti fl-2012.
Il-kuntratt oriġinali kien imġedded għal sena fl-2014, bl-istess rati u kundizzjonijiet skont kif ipprovdut fi klawżola numru 7 tal-istess kuntratt sakemm inħarġet sejħa oħra għall-offerti u peress li s-servizz provdut kien sodisfaċenti.
Saret sejħa għall-offerti fl-2015, imma l-unika offerta ma kinitx skont l-ispeċifikazzjonijiet. Għaldaqstant din l-istess kumpanija ngħatat direct order bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kuntratt oriġinali, sa Awwissu 2016, skont l-artikolu 20.1.b tal-Avviż Legali 293/2010 biex is-servizz jibqa' għaddej.
Saret sejħa oħra għall-offerti f'Mejju ta' din is-sena, liema offerti qed jiġu evalwati.
Din il-kumpanija ilha toffri s-servizz tagħha mill-2003 u sa Mejju 2016 tħallset l-ammont ta' €1,075,367.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi li kellhom konnessjoni politika mal-Partit Nazzjonalista qabel ma saru ambaxxaturi ta’ Malta mill-1989 sal-2013? Min kienu dawn in-nies? Kemm damu jokkupaw din il-kariga u kemm kellhom salarju kull sena għax-xogħol li kienu qed jagħmlu?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
L-Ambaxxaturi kienu ntitolati wkoll għal medical allowance, education allowance, settling in allowance, clothing allowance u ħlas ta' kirjiet u 20% tal-calls tat-telefon.