Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Hedging agreement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28903 u jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Postijiet vakanti

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28740 u jgħid kemm daħħlet flus l-Enemalta, xahar b'xahar, mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma bejn Marzu 2007 u Settembru 2007? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge bejn dak mill-konsum domestiku u dak mill-konsum kummerċjali/industrijali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gzira — Luqa Briffa Street

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28724 ċioe': Għalkemm il-WSC għarrfet lir-residenti li x-xogħol meħtieġ kien sar, għadni kif ġejt infurmat li l-waste water li kien hemm f'Luqa Briffa Street, Gzira quddiem Marands Court wara l-Gzira Pumping Station għadu jinġemgħa. Peress li din il-manhole għadha xorta waħda tiġi rrappurtata li jkollha overflowing spiss u ġieli ċediet bil-maltemp, jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kienet għamlet tindif estensiv fil-mejn tad-drenaġġ minn Luqa Briffa Street u Triq G. Tua sal–pumping station tal-Gżira biex ikun assigurat li ma jkunx hemm debris fil-katusi. Kif kien spjegat fit-tweġiba ħhal PQ26729, il-possibilita’ ta’ fawran mill-manhole f’kazi meta tagħmel ħafna xita f’ħin qasir ma tistax tkun eliminata għal kollox. Madankollu, il-Korporazzjoni ser terġa’ tagħmel spezzjoni oħra biex tara hemmx bżonn ta iktar tindif.

Kuntratti li ħarġu b'tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema minn dawn il-kuntratti ħarġu b’tender : Konsulenzi dwar – - E-Mal? - Conduct Certificate? - Students Communication Platform portal? - Comparative Market Research on Benchmarking Analysis for the ICT industry in Malta? - Provision of a style guide, policheck and glossary for the localization of Microsoft products in the Maltese language? - E-Health Portal Services Phase II? - E-Democracy Portal? - Judiciary Portal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti msemmija, kollha ingħataw b'tender ħlief l-E-Democracy Portal li għadu ma' ħariġx. Dan iżda ser jingħata wkoll b'tender.

Enemalta — Hedging agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għamlitx hedging agreement għax-xiri taż-żejt li jkopri s-sena l-oħra, din is-sena u s-sena d-dieħla? Jekk iva, kemm jivvaluta li kien f'miljuni ta' liri dak li ffrankat l-Enemalta fuq il-prezz taż-żejt kif inhu llum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħażna tal-gas

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28737 jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-proċess ta' l-għażla għall-operator tal-ħażna tal-gas li qed tmexxi l-Privatisation Unit?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif kien ġie mħabbar f’Marzu ta' din is-sena l-GASCO kienu ddikjarati bħala il-‘preferred bidder’. In-negozjati ma' dan il-consortium għadhom għaddejjin.

Freeport — Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-artijiet li kienu maħsuba biex ikunu parti mill-Freeport ġewwa Bengħajsa, Kalafrana limiti ta' Birzebbugia u issa l-Freeport u l-gvern jidhrilhom li m'għadx hemm il-bżonn aktar tagħhom, meta se jiġu rilaxxati u mgħoddija lura lill-persuni konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-artijiet li qed jirreferi għalihom.

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28578 u jgħid x'inhu d-dħul ta' l-Enemalta għas-sena 2006? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali għall-Enemalta għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriku għas-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

HSBC Call Centre

Question

Fir-rigward tal-call centre tal-HSBC f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid, u fejn hemm bżonn jintavola l-ftehim iffirmati dwar is-segwenti: Ri-arranġamenti li l-Gvern għandu mal-HSBC? X'benefiċċji, assistenza ngħata l-HSBC dwar il-call centre u jekk dawn il-benefiċċji japplikawx għal ħaddieħor? Il-ħaddiema li ser ikunu ngaġġati se jkunu kollha Għawdxin u ħaddiema ġodda jew HSBC jista' jkollha ħaddiema miċ-ċentri li għandha f'Malta? Kemm jammontaw il-grants jew għajnuna li rċevew l-HSBC għal dan iċ-ċentru? Kemm-il darba l-HSBC ma jonorawx l-obbligu tagħhom li jħaddmu 50 ruħ, x'se jkunu l-konsegwenzi għal HSBC?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Enterprise

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28744 u jgħid kif tqassmu l-inċentivi mill-Malta Enterprise Corporation matul din is-sena? Kemm kien l-ammont ta' dawn l-inċentivi? Liema kienu l-kumpaniji li rċevewhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Provvista baxxa ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Minsitru jara li l-Enemalta tinvestiga għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, qed ikollha provvista baxxa ħafna ta' l-elettriku fir-residenza tagħha tant li electrical equipment qed jintefa'? Billi din il-mara qegħda taħt kura medika u jkollha bżonn tuża apparat ta' l-elettriku b'konessjoni mal-kundizzjoni medika tagħha possibli ssir spezzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jittieħdu l-passi li hemm bżonn biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? Possibbli jiġi nnutat li din l-anzjana ġabet l-electrician li ċċertifika li l-ħsarat mhumiex min-naħa tagħha iżda min-naħa ta' l-Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 28405 u 28738 u jgħid għaliex l-Enemalta qed tagħti tlett xhur biss ċans minn mindu jitwaħħal servizz ġdid biex il-familji jwaħħlu solar water heaters ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw minn refund fuq il-meter tad-dawl u l-ilma? Ma jaħsibx li koppji żgħażagħ li jkunu qed jirranġaw d-dar fejn joqogħdu ikollhom bżonn servizz tad-dawl minn qabel ma jidħlu fid-dar tagħhom u ma jkunux jistgħu jwaħħlu s-solar water heater minn qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Air Traffic Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Air Traffic Services Ltd mill-formazzjoni tagħhom sal-lum? Meta u kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ, u kif saret l-għażla finali? jista' jgħid fejn kien l-impjieg preċedenti ta' dawk magħżula?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Mains ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28331 u jgħid x'inhu t-tul ta' main renewals, mains ġodda u servizzi ġodda ta' l-ilma li ngħataw f'dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn Ottubru 2006 sa Settembru 2007 sar dan ix-xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma f' Malta u Għawdex: Mains renewals: 47,507m Mains ġodda: 5,427m Servizzi ġodda: 4,687m

Impjanti tad-drenagg

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28327 u jgħid f'liema stadju waslu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex, il-Mellieħa u l-Kalkara? Meta hu ppjanat li se jitlesta x-xogħol fuq dawn l-impjanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-impjant tad-drenaġġ f'Għawdex ser jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2007. L-impjant tad-drenaġġ tal-Mellieħa qiegħed fi stat avvanzat, ma dan kollu, wara nuqqas mill-fornitur Taljan li jibgħat t-tagħmir kollu li huwa neċessarju sabiex jitħaddem dan l-impjant, qed isiru negozjati biex tiġi stabbilita d-data tat-tlestija. Fejn jirrigwarda l-impjant ippjanat fin-Nofsinhar ta' Malta, bħalissa qegħda issir l-evalwazzjoni tat-tender, wara sejħa għall-offerti ippublikata għal dan l-istess impjant.