Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sħubija ta' Malta fl-EU — Ċelebrazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-inizjattivi differenti li beħsiebu jieħu l-gvern biex jiċċelebra d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u kemm huma mistennija li jqumu ċ-ċelebrazzjonijiet kollha? Mil-liema line items tal-budget mistennija jiġu ffinanzjati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. membru li l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet li għandhom jibdew fil-lejl tat-30 ta' April 2004 u jiġu fi tmiemhom fid-9 ta' Mejju 2004 (Europe Day) għadu qiegħed jiġi ifformulat u d-dettalji dwar dan jingħataw fil-mument opportun. Huwa ntenzjonat illi peress illi l-attivitajiet ser ikunu ta' natura kulturali, dawn ser jiġu ffinanzjati mill-line item 5420.

Mdina — Xogħol fuq is-swar

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani għandu l-ministeru għas-sena 2004 għax-xogħol meħtieġ li jrid isir fuq is-swar ta' l-Imdina bejn Palazzo Vilhena u x-Xara Palace Hotel li skond l-aħħar studju ta' l-Universita' ta' Bologna jinsabu fil-periklu li jċedu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura hemm unit apposta li tieħu ħsieb strutturi perikolużi, għalhekk nitlob lil Onor. membru jirreferi l-mistoqsija lil Ministru konċernat.

Kunsill Malti għall-isports — Lasti tal-football

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk uffiċjali tal-kunsill Malti għall-isports hux se jmorru jaraw li fil-grounds ta' Malta u Għawdex il-lasti, speċjalment dawk li jintużaw għal-logħob tal-five a side u għat-taħriġ, humiex imwaħħla ma' l-art biex b'hekk jiġi żgurat li m'huma ta' l-ebda periklu kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għal kbar? Jaf il-Ministru jekk hemmx grounds li għadhom ma ħadu l-ebda azzjoni minkejja l-inċident sfortunat u traġiku fejn miet żagħżugħ meta waqgħet lasta fuqu fl-iskola li kien jattendi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li mhuwiex kompitu tal-Kunsill Malti għall-Isport li jiċċertifika l-attrezzaturi li jkun hemm fil-grounds tal-futbol jew xi sports ieħor jekk humiex safe biex jintużaw għax din hija responsabbilta’ purament ta’ dawk li jkunu qegħdin imexxu l-istess faċilitajiet. Il-Kunsill Malti għall-Isport kiteb lill-entitajiet sportivi ikkonċernati biex dawn jiżguraw illi l-Kumitati affiljati magħhom ħadu l-miżuri kollha neċessarji fil-faċilitajiet sportivi taħt ir-responsabilita’ tagħhom. Fil-fatt kien hemm risposta mingħand assoċċjazzjoni waħda fir-rigward tal-miżuri meħuda. Madanakollu l-Kunsill lest li joffri s-servizzi tiegħu ta’ parir lil xi assoċċjazzjoni li titlob dan.

Għaqda tal-bodybuilding — Użu ta' sustanzi llegali fl-isport

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2345, jista' il-Ministru jgħid meta rċieva r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding dwar l-użu ta' sustanzi llegali fl-isport? Jista' jgħid meta ntbagħat lill-kunsill Malti għall-isport? Dan il-kunsill ingħata terminu ta' żmien biex ilesti r-rapport tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-rapport mill-għaqda tal-bodybuilding ġie mibgħut nhar id-29 ta' Ottubru 2003. Ġie mgħoddi lil Kunsill Malti għall-Isport nhar il-11 ta' Novembru 2003, li qiegħed jieħu parir legali dwaru.

Kunsill Malti għall-isport — Użu ta' sustanzi llegali fl-isport

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif beħsiebu jaħdem il-kunsill Malti għall-isport biex jiġbor it-tagħrif meħtieġ meta jinvestiga rapport dwar l-użu ta' sustanzi llegali fl-isport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. membru li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3084.

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kif jista’ japprezza l-Onor. Interpellant dan il-Ministeru ġie kostitwit f’April 2003 u għalhekk ma nistax nirrispondi għall-xi ħaġa li saret qabel dik id-data barra l-fatt ukoll li la qabel dik id-data u lanqas wara jiena ma kelli direttur office of review. Nitlob lil Onor. Interpellant ikun iżjed speċifiku jew jgħaddi l-isem separatament.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Produzzjoni televisiva/taċ-ċinema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma qed jippjana li jagħmel il-ministeru biex ikun hemm iżjed kollaborazzjoni qawwija bejn Malta u l-Kanada fil-qasam awdjo-visiv u l-produzzjoni televisiva u taċ-ċinema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mużewijiet/siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

In-nefqa kapitali ta' Lm330,000 vvutata għal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr, kif mistennija li tintnefaq fis-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mużewijiet/siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuqhiex intnefqet il-Lm550,000 ta' somma kapitali vvutata għas-sena 2003 għal titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mużewijiet/siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal għad-deċiżjoni li n-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħlijiet ta' restawr tinżel b'40% mill-budget 2003 għall-budget 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li huwa inkorrett li wieħed jgħid li n-nefqa kapitali fuq titjib fil-mużewijiet, siti storiċi u xogħolijiet ta' restawr niżel b'40 % mill-budget 2003 għall-budget 2004. Jekk wieħed iħares lejn l-estimi issib li hemm ivvutati : taħt Heritage Malta Lm 430,000 EU Structural Funds Lm 112,000 Kontribuzzjoni tal-Gvern għax-xoghol li jrid isir f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra Lm 37,000 l-proġett fuq l-iżvillupp tal-Forti Sant'Iermu Lm 65,000 ki ukoll Lm70,000 taħt is-Sovrinetendenza tal-Patrimonju Malti liema flus kienu s-sena l-oħra jidhur taħt il-vot ta' Heritage Malta. Għalhekk is-somma totali hija ta' Lm714,000 li hija 30% iżjed mill-budget tas-sena 2003.

Anti-doping advisory board — Membri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2346, jista' il-Ministru jgħid min huma l-membri ta' l-Anti-doping advisory board li ġie mwaqqaf dan l-aħħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-membri ta' l-Anti Doping Advisory Board huwa ffurmat kif ġej :- Dott. Stephen Zammit M.D. Chairperson Is-Sn. Lara Gerada B.Pharm Segretarja Dott. John Buhagiar M.D. Membru Dott. Janet Mifsud B.Pharm (Hons), Ph.D. (Qub) Membru Is-Sur John Farrugia (Vice-President M.F.A.) Membru Is-Sur Joe Cassar (Seg. Ġen. M.O.C.) Membru Dott. Peter Fenech LL.D. Membru Is-Sur Joe Dimech Membru

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura

Question

Minħabba li wara l-elezzjoni kien hemm tibdil fil-ministeri minn kif kienu fil-leġislatura li għaddiet, jista' il-Ministru jgħid liema voti waqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u kemm kienu? Kemm intnefaq s’issa minn kull vot separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karnival 2004 — Mużika għaż-żfin u l-isfilata tal-karnival

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tittieħed id-deċiżjoni finali dwar liema kumpannija għandha tipprovdi l-mużika ta' background għaż-żfin u sfilata tal-karrijiet għall-Karnival 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li l-kumpanija li ġiet fdata biex tipprovdi mużika tal-background għaż-żfin u sfilata tal-karrijiet għall-Karnival 2004 hija Freetime Productions Company Limited.

Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Vettura li tintuża għax-xogħol ministerjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza li juża għax-xogħol ministerjali tiegħu hijiex mixtrija jew mikrija? Jekk hi mikrija, b'liema rata kuljum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant lil-karozza li nuża għax-xogħol ministerjali tiegħi hija l-istess waħda li kont nuża meta kont għadni Segretarju Parlamentari fil-leġislatura l-oħra. Din il-karozza hija propjeta' tal-Gvern.

Ministeru għaż-Żgħażagħ u Kultura — Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta x'karozzi jintużaw mill-ministeru għax-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-ministeru tiegħi juża karozza tas-Segretarjat li hija propjeta' tal-Gvern kif ukoll karozzi mikrija għall-użu ta' dawk l-uffiċċjali li huma ntitolati għalihom. Dawn il-karozzi mikrija jinkludu dik il-karozza li hija mikrija għall-użu personali tiegħi. Uffiċċjali li kienu għażlu li jieħdu allowance għall-użu tal-karozza personali tagħhom kif provdut fil-kuntratt rispettiv jużaw ukoll il-karozza personali tagħhom skond il-ħtieġa.

Kottonera — Kumpless sportiv - Ħaddiema li ħadmu s-sahra

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jitħallsu ta’ l-overtime it-tmien ħaddiema li ħadmu dan l-overtime fil-Kumpless Sportiv tal-Cottonera kif ukoll fil-Marsa sports ground? Jaf li hemm min għandu jieħu ħlas ta’ l-overtime li ilu li sar minn Frar 2003?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li ma jidhirlix li hemm ħaddiema li għamlu xi sahra fi Frar 2003 u għadhom ma tħallsux. Jien infurmat ukoll illi ħaddiema li hemm mal-Kunsill Malti għall-Isport għandhom sa’ Ġunju ta’ din is-sena mħallas, u fil-preżent qiegħed isir xogħol amministrattiv biex jitħallsu x-xhur ta’ Lulju u Awissu 2003.

Karozza għall-użu tal-Ministru

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar inxtratx xi karozza għall-użu tiegħu? X'tip hi u kemm tiswa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma inxtrat l-ebda karrozza għall-użu tiegħi.

Bibljoteka Nazzjonali — Xogħol miċ-ċentru tar-restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol sar miċ-Ċentru tar-restawr bħala servizz lill-Bibljoteka Nazzjonali fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li xogħol fuq ir-restawr għall-Bibljoteka Nazzjonali isir ħafna drabi mill-istess grupp ta’ nies, kemm ġewwa l-laboratorji taċ-Ċentru tar-Restawr, kif ukoll fil-Bibljoteka nnifisha skond il-ħitiġjiet tal kotba, manuskritti u manufatti oħra. Ix-xogħol ta’ restawr li sar fl-aħħar tliet snin fuq il-manuskritti u l-kotba li hemm fil-Bibljoteka Nazzjonali huwa kif jidher hawn taħt :- 2000 Restawr ta’ 36 volum u 4 manuskritti. Proġett Sajf 2000: Flimkien ma 12-il student universitarju sar tindif ta’ kotba u manuskritti fil-Melitensia l-Qadima, Magistrate Parnis Collection Bequest u kotba fis-sala prinċipali. Madwar 12,200 ktieb gew imnaddfa f’dan l-eżerċizzju. 2001 Ġew restawrati 94 ktieb, 13-il manuskritt u 10 kotba tal-Melitensia. Xogħol ieħor jinkludi tindif, support u framing ta’ portraits ta’ 28 Gran Mastru. Saret tiswija u restawr ta’ kotba tal-Melitensia u ta’ gazzetti fl-Emeroteka tal-Bibljoteka Nazzjonali. 2002/2003 Ġew restawrati 8 manuskritti u 38 ktieb tal-Bibljoteka. Qed isir xogħol ta’ restawr fuq 17 il-ktieb u manuskritti oħra. Peress li ħafna manuskritti, parċmini, 300 ittra bis-siġill, kollha ta’ preġju kbir kienu qed jiġru fl-idejn, inħass il-bżonn li jinħadmu passpartu u kaxex għalihom biex hekk ikunu preservati. Fost dawn insibu ktieb tal-viżitaturi li jmur lura għas-sena 1840. Sar ukoll tindif ta’ kotba rari u immuntar ta’ bibljografiji u posters għall-Fiera tal-Ktieb. Ninsab infurmat ukoll li wieħed ma jistax sempliċiment ikejjel ix-xogħol ta’ restawr mill-kwantita’ ta’ kotba jew manufatti, peress li ċertu kotba, parċmini u kollezzjonijiet arkivjali jinħtiegu xogħol aktar minn oħrajn. Dan dejjem jiddependi mill-kundizzjoni, daqs u għamla tal-ktieb jew oġġett ieħor li jinħtieġ restawr. Tajjeb wieħed jiftakar li xogħol ta’ restawr jitlob attenzjoni, żmien, delikatezza u dedikazzjoni.

Kumpanniji li applikaw biex jipprovdu mużika ta' background

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw kumpanniji biex jipprovdu mużika ta' background għaż-żfin u karrijiet għall-karnival tas-sena 2004? Jista' jgħid x'verifiki saru biex jaraw jekk dawk li applikaw għandhomx il-permessi meħtieġa biex joperaw bħala recording studios?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Infurmat li applikaw żewġ kumpaniji biex jipprovdu mużika ta' background għaż-żfin u karrijiet għall-karnival tas-sena 2004. L-offerti għadhom qed jiġu aġġudikati.