Legislature:
Category:
Reset
Active:

ADT — Reserved Parking

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija tistax tordna lill-ADT biex quddiem dar privata tiġi mmarkata reserved parking? Jekk iva, għal liema raġunijiet jista' iseħħ dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bis-saħħa tar-regolament 122 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur, il-Kummissarju tal-Pulizija jista', għal okkażjoni jew funzjoni speċjali, jirriżerva postijiet għall-ipparkjar, jew spazju f'postijiet ta' l-ipparkjar, għall-awtoritajiet, persuni jew gruppi partikolari; iżda hija l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta li tipprovdi għal postijiet ta' parkeġġ kontinwu.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-ħabs fl-2004, fl-2005 u fl-2006 li kellhoma piena ta' 'il fuq minn sena u kemm daħlu ħabsin f'dan il-perijodu? Kemm hemm ħabsin bħalissa u ta' liema ċittadinanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 kien hemm 93 persuna li daħlu biex jiskontaw sentenza ta' l-fuq minn sena ħabs, fis-sena 2005 kien hemm 89 persuna, filwaqt li sa l-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm 36 persuna. Matul is-sena 2004 daħlu 480 persuna b'arrest jew sentenza, matul is-sena 2005 daħlu 389 persuna filwaqt li sa l-aħħar ta' Ottubru 2006 daħlu 432 persuna. Fil-31 ta' Ottubru 2006 il-popolazzjoni tal-priġunieri kienet ta' 366 li huma ġejjin minn dawn il-pajjiżi:- Niġerja3Spanja1Renju Unit7Italja2 Libja55 Alġerija5 Tuneż9 Eritrea1 Sudan5 Somalja3 Olanda2 Kosta ta’ Ivorju3 Niger2 Panama1 Palestina2 Turkija6 Pakistan1 Slovakja2 Yugoslavja2 Bulgarija2 Kanada1 Chad2 Ċina1 Eġittu2 Etopja4 Iraq2 Ġordan1 Mali1 Messiku2 Malta236

Qrati — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena ttellgħu l-qorti din is-sena u kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Matul din is-sena (2006) ittellgħu 92 tfal taħt is-sittax-il sena. 11 minnhom quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) għaliex tressqu flimkien ma' persuna jew persuni maġġorenni u 81 quddiem il-Qorti tal-Minorenni. Rigward is-snin l-oħra, nagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14011 u 18746.

Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn inkjesti maġisterjali pendenti llum? Jista' jgħid meta beda kull wieħed u x'inhu l-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) hemm 1,701 inkjesti pendenti, filwaqt li quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Għawdex) hemm 293. Ma tistax tingħata informazzjoni dwar fuq x'hiex huma dawn l-inkjesti, peress li ai termini tal-liġi din hija ikkunsidrata bħala kunfidenzjali.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid u jagħti raġuni għalfejn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, preżentement residenti il-faċilita' korrettiva ta' Kordin ġie trasferit minn division 5 għal division 6? Jista' jgħid ukoll għalfejn membri tal-familja tiegħu qed ikunu strip-searched kull darba li jkunu ħerġin mis-CCF?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata fil-mistoqsija, qegħda tinżamm fid-diviżjoni numru sitta għall-raġunijiet ta' sigurta'. Din ġiet trasferita f'din id-diviżjoni wara li xewwxet priġunieri oħra biex ma jobdux jew josservaw l-ordnijiet tal-ġurnata. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li hija xi ħaġa rari li persuni jiġu strip-searched wara li jkunu għamlu xi vista.

Abbozz ta' Liġi dwar it-Tarbija fil-Ġuf

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk l-organizzazzjonijiet li llum qed jappoġġjaw lill-gvern fil-ħsieb tiegħu li jdaħħal fil-Kostituzzjoni l-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf? Meta beħsiebu l-gvern iressaq għad-diskussjoni f'dan il-Parlament l-abbozz ta' liġi li jemenda l-Kostituzzjoni f'dan ir-rigward?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13667. Għad trid tittieħed deċiżjoni dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Ġustizzja u Intern — Kuntratti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006? Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi? Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Arson Attacks

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru arson attacks din is-sena u kemm minnhom ġew solvuti? Kemm saru kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija kellha 93 rapport ta' arson, li minnhom tlieta ġew solvuti. Infurmat ukoll illi r-rapporti ta' arson fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005 kienu ta' 92, 118, 119 u 124 rispettivament.

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali jgħixu Malta llum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi safejn għandu x'jaqsam dan il-Ministeru in-numru ta' immigranti illegali li qed jinżammu f'ċentri ta' akkomodazzjoni mmexxija mill-Pulizija hu ta' 100 ġewwa l-Ħal Far Refugee Centre u 87 ġewwa Ta' Kandja.

Qrati — Anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu anzjani l-qorti din is-sena u x'eta' kellhom? X'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, kien hemm 310 persuna anzjana u ċioe' tal-fuq minn 61 sena, li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija fuq diversi reati kriminali, fosthom reati kontemplati fil-Kodiċi Kriminali, ir-Regolamenti dwar it-Tipjip, ir-Regolamenti tat-Traffiku u r-Regolamenti dwar Liċenzji tan-Negozju.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk taħt l-20 sena u 'il fuq minn 60 sena li qegħdin iservu xi sentenza fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent, ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, in-numru ta' persuni ta' l-etajiet indikati mill-Onor. Interpellant li qed jiskontaw sentenza hu kif ġej: taħt l-20 sena 6 'il fuq minn 60 sena 7

Ġustizzja u Intern — Safar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċitazzjonijiet permezz ta' speed cameras

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal over speeding permezz ta' l-ispeed cameras f'kull lokalita' separatament għas-snin 2005 u 2006 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tan-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu fl-2005, jirreferi għat-tweġiba li kont tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 17055. Dwar l-2006, ninsab infurmat illi n-numru taċ-ċitazzjonijiet li nħarġu s'issa kien kif ġej: Lokalita' 2006 Qormi 3,555 San Pawl il-Baħar 1,998 San Ġiljan 12,553 Attard 4,612 Żebbuġ 5,359

Ġustizzja u Intern — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' karozzi mikrijin, fejn qegħdin, u l-ispiża għall-fuel għall-karozzi li kienu mikrijin fl-2005 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar kemm swew is-sena l-oħra, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17623.

Qrati — Prostituzzjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies fuq akkużi konnessi ma' prostituzzjoni jew tlajjar din is-sena? Kemm minnhom kienu pimps? X'eta' kellhom? X'sess għandhom u kemm minnhom kienu barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, kien hemm 93 persuna, li minnhom 22 huma rġiel, kollha ta' nazzjonalita' Maltija, li bejniethom tressqu l-Qorti 456 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. Kien hemm ukoll raġel, li tressaq il-Qorti fuq akkużi li għex minn qliegħ tal-prostituzzjoni. L-eta' ta' dawk hekk akkużati kienet tvarja bejn l-14 u 56 sena.

Single Mothers

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single mothers taħt is-16-il sena jew ta' 16-il sena li irreġistraw it-trabi tagħhom mal-pulizija/reġistru pubbliku din is-sena? Kemm ittellgħu rġiel il-qorti talli abbużaw minn dawn it-tfal din is-sena u f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija, għalhekk nissuġġerilu li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Infurmat ukoll illi t-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija mhux disponibbli.

Valletta — Carmelite Street

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern fil-binja tal-joint office 3, Carmelite Street, Valletta? Jista' jikkonferma jew jiċħad li din il-binja hi perikoluża jew sub-standard? X'se jiġri mir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, l-Uffiċċju Konġunt diġa' ħa passi sabiex il-blokk kollu jiġi trasferit lill-Awtorita' tad-Djar biex jiġi rranġat. Dwar x'ser jiġri mir-residenti, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw maħfriet presidenzjali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' kull maħfra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, dwar maħfriet presidenzjali f'dawn l-aħħar snin, hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Wieħed jifhem li mhux prudenti li jingħataw l-ismijiet ta' individwi. Nirreferih ukoll għat-Tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25227 fis-Seduta Nru 542 tat-23 ta' Mejju 2001, fil-Leġislaturi ta' qabel.