B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 21418 tad-19 ta' Ottubru 2006 - seduta 441 - jista' il-Prim Ministru issa jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fid-domanda 20660 - seduta 429 - liema informazzjoni kellha tintalab mingħand il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja?
Peress li l-informazzjoni mitluba suppost li tkun għand il-Kummissjoni sa kull 15 ta' Jannar ta' kull sena, hemm xi raġuni valida għaliex tali informazzjoni ma tiġix pubblikata bħal kull informazzjoni oħra ta' interess pubbliku, biex l-istess pubbliku jkun informat b'kulma qed isir fil-qrati tal-ġustizzja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-liġi tikkontempla li dawn ir-rapporti jsiru lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni jidhrilha li mhux il-każ li dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra iżda l-Kummissjoni lesta li tqiegħed a dispożizzjoni tal-Onorevoli Interpellant, fl-Uffiċċju tas-Segretarju tal-Kummissjoni r-rapporti msemmija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jiksru l-liġi tal-VAT mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, u l-ammonti li ġew mitluba jħallsu bħala multi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin imsemmija 2000-2006, in-numru ta’ nies li nqabdu jiksru l-liġi tal-VAT u l-ammont li ġew mitluba jħallsu, huma kif jidher hawn taħt :
Sena
Numru ta’ Nies
Ammont
Lm
2000
5,772
87,610
2001
8,103
160,366
2002
8,539
176,151
2003
8,357
206,989
2004
2,278
293,366
2005
1,686
326,933
2006 (Ottubru)
1,498
93,484
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu vakanzi għal skrivani ġodda maċ-Ċivil għas-sitt xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern joħroġ minn żmien għal żmien ta’ vakanzi f’diversi gradi taċ-Ċivil skond l-esiġenzi tal-istess servizz.
National Euro Changeover Committee — Xiri ta' computers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija minn National Euro Changeover Committee, jista' il-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward tal-computers u laptops mixtrija fi Frar 2006?
X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-e procurement RFQ? X'kienu l-ispecifications mitluba? Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw għalihom? X'kienu l-prezzijiet ikkwotati? Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22185 ninstab infurmat lill-Onorevoli Interpellant li rriżulta li fil-fatt dawn il-computers inxtraw mingħand id-ditta FGL għad-Dwana u mhux għall-NECC. Intużat is-sistema ta’ l-e-procrement – referenza Q001689 (S008829).
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ir-riferenza ta’ l-e-procurement hija Q002143 (S010919).
Għaldaqstant inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra, kopja tal-Quotations Status maħruġa mis-sistema ta’ l-e-procurement fejn tidher kull informazzjoni mitluba.
Ntgħażel l-offerti tal-FGL a bażi ta’ l-orħos offerta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati Maltin humiex se jgħinu fl-ispejjeż tal-funeral ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Pembroke li miet dan l-aħħar kif soltu jsir meta jmutu membri tal-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta qatt ma għenu fl-ispejjez tal-funeral minn fondi pubbliċi. Tajjeb ngħid li tezisti skema kontributorja volontarja liema skema tgħin f’ċirkustanzi simili. Izda il-persuna kkonċernata ma kienetx tagħmel parti minn din l-iskema.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati serqiet ta' proprjeta' ta' l-Armata din is-sena? X'insteraq f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din is-sena kien hemm sitt kazijiet fejn propjeta’ tal-Forzi Armati ta’ Malta kienet irraportata nieqsa.
Dawn kienu jinvolvu kwantitajiet zgħar ta’ fuel, ‘digital camera’, parts ta’ body ta’ truck, ‘steel helmet’ ‘foul weather jacket’ u ‘flying suit’.
Saru investigazzjonijiet u fejn kien indikat ittieħed l-passi dixxiplinarji skond kif kien jimmerita l-kaz.
Fid-dawl ta' l-Att tad-29 ta' Settembru 2006 ta' l-USA li ikkriminalizza l-logħob ta' l-Online Gambling fil-USA, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita tal-lotteriji u logħob ħaditx prekawzjoni tassigura lis-service provider ewlenija BellMed ma tagħtix servizzi lil soċjetajiet li jaċċettaw skommessi minn ċittadini Amerikani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-lum, l-Awtorita’ ma ħadet l-ebda azzzjoni fuq il-liġi Amerikana ta’ l-Internet Gambling. Wieħed irid japprezza li Malta tirregola Remote Gaming, li hija industrija aktar wiesgħa minn dik tal-gambling u li wkoll tinkorpora teknoloġiji ta’ kommunikazzjoni varji u mhux biss dik ta’ l-internet.
Awtorita' tal-Lotteriji u Logħob — Chief Inspector
Question
Jarahiex stramba l-Prim Ministru li wara li reġgħet ingħatat il-liċenzja il-Casino Di Venezia b'kumbinazzjoni ċ-CEO il-ġdid tal-Casino maħtur kien Chief Inspector ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob? Jidhirlu tenendo kont ukoll il-fatt li f'Malta hawn biss tliet casinos, li l-fatt li CEO ta' wieħed minnhom kien ex Chief Inspector ta' l-awtorita' jindikax vantaġġ fuq l-operaturi l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi peress li s-suq tal-logħob f’Malta huwa ristrett ħafna, in-nies li jaħdmu f’din l-industrija huma ftit. Għalhekk l-Awtorita u l-ażjendi liċenzjati jispiċċaw jieħdu minn ta’ xulxin.
Wieħed irid jinnota li l-ex Chief Inspector, qabel ma daħal l-Awtroita’ kellu karriera twila fil-management ta’ casinos f’Malta li m’huwiex Casino di Venezia.
Illum 60% tan-nies li jaħdmu ma’ l-Awtorita’ ġejjien mill-industrija tal-gaming f’Malta. Dan għaliex huma għandhom l-expertise neċessarju biex jirregolaw tajjeb dan is-suq.
Jaf il-Prim Ministru li l-ex Legal Advisor jew uffiċjal ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob (persuna indikata separatament) kien jokkupa preċedentement il-kariga ta' segretarju ta' l-għaqda tal-proprjetarji tal-kaxxi tal-logħob? Huwiex ġustifikat f'dan is-sens is-suspett li waħda mir-raġunijiet għaliex ma ġietx implimentata immedjatament it-taxxa l-ġdida kien minħabba dan l-istat ta' fatt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Ex Legal advisor kien jokkupa l-kariga t’Avukat (mhux segretgarju) ta’ l-Għaqda tal-Kaxxi tal-Logħob. Il-kaxxi tal-logħob huma rregolati minn LN 43 tas-sena 1998 li jaqa’ taħt il-pulizija u qatt ma kien irregolat mill-Awtorita’. Għaldaqstant, huma l-pulizija li jiġbru l-ħlas tal-liċenzja.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-awtorita' konċernata mhux qiegħda tirregola l-payouts fil-makni tal-logħob biex tipproteġi l-ġokaturi u l-konsumaturi, speċjalment dawk li huma minorenni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-makni preżenti huma rregolati mill-Avvoż legali 43 tas-sena 1988. Dawn l-istess makni jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-pulizija
Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex ma kienx l-avukat (house lawyer) ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob li ddefenda lil kumpannija Zeturf u lis-service provider BellMed fil-kawża li kellhom kontra PMU (monopolu statali Franciż) quddiem il-qrati Maltin sabiex tiġi kontestata l-inforzar ta' sentenza Franċiża? Jista' jgħid liema ditta ta' avukati ħadu ħsieb din il-kawża u dan sabiex anke jipproteġu l-interessi ta' l-awtorita' li daħlet parti fil-kawża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ talbet il-qrati Maltin biex hija tintervjeni fil-kaz ta’ Zeturf u dan sar mill-‘house lawyer’ ta’ l-Awtorita’. Il-qrati pero rrifjutaw din it-talba.
L-Awtorita’ ma kienetx involuta fil-kazi speċifiċi u għalhekk m’għandhiex lista t’avukati li kienu nkarigati fiz-zewġ kazi.
Jiftakar il-Prim Ministru li fil-proposti għall-budget 2004 kien hemm provvediment li tinġabar taxxa speċjali fuq il-kaxxi tal-logħob? Jista' jispjega għaliex din il-proposta ġiet irtirata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi f’paġna 75 tad-Diskors tal-Baġit 2004, konna għidna li Lm12-il miljun kienu ser jinġabru minn taxxi fuq il-logħob u dħul mil-lotteriji, li parti minnhom kienet ser tkun dovuta mil-liċenzja lill-kumpanija li kienet ser topera l-logħob f’Malta.
Nixtieq nispjega li dħul minn dan is-sors hu magħruf bħala ‘taxxa’ minħabba l-fatt li hu miġbur ma’dħul ieħor fil-Kategorija ta’ Liċenzji, Taxxi u multi.
Fejn jidħol dħul konness ma’ magni tal-logħob, jinħass li, kif il-Gvern indika fid-Diskors tal-Baġit għall-2007, u kif ukoll saret referenza fid-Dokument ta’ qabel il-Baġit, hu issa l-waqt li l-kunċett immatura bizzejjed. Il-Gvern, għalhekk, issa wasal biex jippublika l-Avviz Legali għal konsultazzjoni ma’ l-i’Stakeholders’ involuti qabel ma jiġi ppublikat fil-Gazetta tal-Gvern.
Japprezza l-Prim Ministru li l-industrija ta' l-Online Betting attwalment tinsab fi kriżi u dan peress li ntilef is-suq Amerikan li kien jikkostitwixxi nofs is-suq internazzjonali? Jinkwieta l-Prim Ministru li f'nofs dan id-diżgwid kollu u li s-suq Ġermaniż ukoll se jingħalaq, li nies ewlenin ma' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob fosthom il-Head of Legal Department, il-Personal Assistant taċ-CEO u Chief Casino Inspector illum irriżenjaw? Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex dawn il-karigi għadhom kollha vacant sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm l-industrija fuq livel internazzjonali fuq livell internazzjonali ta’ l-‘Online Betting’ attwalment tinsab fi krizi minħabba l-leġizlazzjoni ġdida Amerikana, is-suq lokali ma ġiex affetwat.
Dan minħabba li f’Malta hawn liċenzjati 130 kumpanija, li s-suq tagħhom huwa fil-biċċa l-kbira Ewropej.
Id-Dizgwid fis-suq Ġermaniz huwa minħabba l-fatt li ċertu Awtoritajiet iridu jzommu l-monopolju tagħhom madankollu l-qrati Ġermanizi qegħdin jirrifjutaw. Għaldaqstant, il Gvern qiegħed isegwi dawn l-izviluppi.
L-Awtorita’ ġa mliet il-postijiet ‘vacant’ ta’ ‘Chief Inspector’, ta’ l-assistenta personali taċ-CEO, tad-direttur tal-‘Compliance’, kif ukoll imliet dipartiment sħiħ tal-‘ Compliance’ u impjegat spetturi ġodda
Japprezza l-Prim Ministru li fiċ-ċirkostanzi tal-lum huwa indispensabbli għall-awtorita' tal-lotteriji u logħob li din tingaġġa urġentement esperti fil-materja, fosthom esperti legali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ diġa qiegħda bħalissa fil-proċess biex tirrekruta espert legali fil-materja tal-logħob.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22329 u jgħid jekk il-Forzi Armati Maltin humiex se jgħinu fl-ispejjeż tal-funeral ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Pembroke li miet dan l-aħħar kif soltu jsir meta jmutu membri tal-Forzi Armati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li tweġiba għall-din il-mistoqsija parlamentari diga giet mogħtija f’mistoqsija parlamentari numru 22329.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21988 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei?
Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21988.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21988 u 22093 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei?
Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21988.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jelenka dawk l-għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn għotjiet tal-gvern matul din is-sena? Kemm ħadet kull għaqda? Kif ġew deċiżi dawn l-għotjiet u x'kienu l-għanijiet li dawn il-fondi se jiġu wżati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’korrezzjoni għar-risposta zbaljata li dehret fis-Seduta 465PM, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.