Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27051 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical Stores — Refurbishing

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24200, jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' refurbishment fil-GPS ingħata kollu b'direct orders u mhux b'tenders wara sejħa pubblika għall-offerti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24200, kif diġa` ntqal, ix-xogħol ta` refurbishment fil-GPS ma ngħatax kollu b'direct orders. 25 ordnijiet biss saru b'direct orders peress li l-ammonti qatt ma qabżu l-LM500 skond ir-Regolamenti ta` 1996 dwar Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #27063 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Qasam Farmaċewtiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntatti hemm, jekk hemm, bejn id-diviżjoni tas-saħħa u l-Universita' ta' Malta rigward assistenza f'materji li jirrigwardaw il-qasam farmaċewtiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-kuntatti li hemm bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Universita` ta` Malta fil-qasam farmaċewtiku jirigwardja taħriġ li jingħata permezz ta` "courses" jew "seminars" f'materji speċifiki lill-ispiżjara mpjegati tad-dipartimenti.
Leg 9 PQ #27067 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

GPS

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni mpjegati mal-GPS? Kemm hemm fosthom li f'Marzu 2001 u fil-preżent jinsabu fuq paid jew unpaid study leave? Min huma dawn il-persuni u xi grad jokkupaw? Fiex jikkonsistu dawn l-istudji jew korsijiet u x'inhu t-tul taż-żmien ta' kull kors? Dawn il-persuni qed ikomplu l-istudji tagħhom fuq inizjattiva personali jew fuq talba tad-dipartiment tas-saħħa, jew fuq talba ta' l-Universita' ta' Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` persuni mpjegati mal-Government Pharmaceutical Services huwa 169. Fosthom, f'Marzu 2001 u fil-preżent hemm mpjegat fuq "paid study leave" u ieħor fuq "unpaid study leave". Il-gradi tagħhom huma Principal Pharmacist u Pharmacist rispettivament. L-informazzjoni mitluba dwar il-kors tagħhom hija kif ġej: Principal Pharmacist - Ph. D. (Medicines Management) Bejn erba` u ħames snin fuq inizjattiva personali. Pharmacist - Ph. D. (Pharmacy) Erba` snin u mistenni jispiċċa f'Lulju 2001 fuq inizjattiva personali.
Leg 9 PQ #27142 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-dipartiment tas-saħħa wara li pazjenta ta' 75 sena - isimha qed jintbagħat separatament - mietet f'sala tal-mediċina fl-isptar San Luqa kawża ta' peritonite, minkejja li kienet fl-imsemmijja sala għal diversi jiem mingħajr ma ntalbet konsulta ma' kirurgu fl-istess sptar u minkejja li kemm-il darba nġibdet l-attenzjoni mill-qraba ta' din il-pazjenta li żaqqa kienet qed tintefah?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor Interpellant ġie investigat u jirriżulta li ma kienx hemm nuqqasijiet fil-kura u l-attenzjoni li ngħatat il-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #27300 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari nru. 27053?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-servizz msemmi mill-Onor Interpellant jeżisti fin-Neurosurgical Unit u t-tliet Orthopaedic Wards fl-Isptar San Luqa kif ukoll fis-swali 1, 2, 3, 4 u fl-Ispinal Unit ta` l-Isptar Boffa. Dwar Għawdex nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27303 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

WHO

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema inizjattivi tal-WHO li jissemmew fil-Framework Convention on Tobocco Control hemm il-ħsieb li jitwettqu mid-Diviżjoni tas-Saħħa f'pajjiżna skond il-kunteest soċjali, kulturali u ekonomiku tas-soċjeta tagħna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-iskop tal-inizjattiva FCTC, li hija waħda mill-cabinet projects tal-WHO, hu li tnaqqas is-sofferenza globali kkawżata mit-tipjip. Biżżejjed jintqal li sa llum il-konsum tat-tabakk jikkawża 4 miljuni f'imwiet mad-dinja kollha. Dan in-numru maħsub li se jitla' għal 10 miljuni sas-sena 2020 jekk m'huma se jittieħdu l-ebda passi sodi mill-pajjiżi kollha tad-dinja. Fil-fatt l-FCTC qiegħda tiġi negozjata ma' 191 pajjiż membru tal-WHO. B'dan il-mod biss tista tiġi ndirizzata l-problema tat-tabakk u l-industrija. Il-proċess ta' l-FCTC jafferma li l-ebda pajjiż ma jista' jiġġieled din il-gwerra waħdu. Għaldaqstant l-FCTC ġiet imfassla fuq prinċipji xjentifiċi u studjati fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk u għalhekk qed jingħata mportanza kbira fuq is-settur tal-edukazzjoni, ekonomija, agrikoltura kif ukoll soċjali u legali. Dawn l-oqsma kollha huma marbuta ntrinsikament mas-saħħa tan-nazzjon. Il-kontenut tat-text taċ-Chair A/FCTC/INB2/2 maħruġ fid-9 ta' Jannar 2001 jirrifletti dan kollu u għalhekk il-provisions jitrattaw dawn il-miżuri:- Prezzijiet u taxxi tat-tabakk Tipjip passiv Regoli fuq il-kontenut tal-prodotti tat-tabakk kif ukoll fuq l-ingredjenti kollha Pakkeġġjar u "health warnings" Edukazzjoni, training u kampanji nazzjonali Reklamar, sponsorships u mezzi oħra ta' marketing tal-prodott Servizzi ta' cessation mill-addiction tan-nikotina Kuntrabandu L-eta' legali ta' bejgħ Liċenzjar ta' postijiet ta' bejgħ. Meta dawn il-miżuri kollha jinħadmu f'daqqa jitnaqqas kemm id-"demand" kif ukoll is-"supply" tat-tabakk. Uħud minn dawn l-inizjattivi diġa' qed jitwettqu u l-Ministeru qed ifassal liġi ġdida biex tinkorpora fiha l-elementi li sa llum mhumiex koperti.
Leg 9 PQ #27199 Sitting 578 2001-07-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Imtarfa

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-miżuri sabiex ikun kontrollat il-volum ta' ġrieden u wirdien li qed jiskomodaw ir-residenti ta' l-Imtarfa fl-mument? Jista' l-Ministru jara li jipprova t-talbiet tal-kunsill tal-lokal dwar din il-problema li nifhem li taqa taħt id-dekasteru tad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-post indikata, fis-7 ta` Lulju. Sar ukoll bexx kontra l-wirdien fit-trinek tal-Cables li jinstabu fl-istess lokalita`. Ta` min jinnota li l-ewwel ilment ta` ġrieden irrapurtat minn din il-lokalita` din is-sena, kien fit-22 ta` Ġunju. L-għada, 23 ta` Ġunju, impjegati fi ħdan din is-sezzjoni poġġew velenu tal-ġrieden fil-lokalita` indikata.
Leg 9 PQ #27255 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jiċċekkja każ ta' ħruġ ta' drenaġġ mill-kmamar temporanji fl-isptar il-ġdid li qiegħed inixxi fil-ġibjun tax-xorb tar-razzett li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-kuntrattur Skanska Malta JV, li huma responsabbli mis-servizzi ta` l-ilma, dawl u drenaġġ fuq il-proġett ta` l-isptar il-ġdid, qed jinvestiga dan l-ilment u ntalab jieħu il-passi neċessarji skond il-każ.
Leg 9 PQ #26824 Sitting 575 2001-07-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid separatament: (1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru; (2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti; (3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti? (PQ waslet 6/6/2001)

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien m'iniex sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26824 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
Leg 9 PQ #27020 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mosta — Taz-Zokkrija

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat l-ilment li fl-inħawi Taz-Zokkrija, u partikolarment ta' Triq Ta' Bistru, qed ikun hemm ħafna ġrieden? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li għalkemm ma jirriżultax li kellna rapporti simili minn din it-triq matul din is-sena, l-ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control', fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lok indikat, fit-3 ta` Lulju. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Leg 9 PQ #27144 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Senior Registrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal sejħa li saret għall-postijiet ta' senior registrar (academic) fil-general medicine, fil-pedjatrija u fl-ostatreija u ginekoloġija? Jidhirlu l-Ministru li dawn is-sejħiet kellhom isiru u jitħallsu mill-vot ta' l-Universita' u mhux mid-dipartiment tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-ħtieġa li jinħolqu l-postijiet li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant ilha tinħass. Fil-fatt dawn il-postijiet kienu nklużi fil-Human Resources Plan tad-Diviżjoni tas-Saħħa għall-perjodu 1998-2000. Dawn il-postijiet huma essenzjali biex fl-isptar ikun jista` jinbeda eżerċizzju ta` "clinical audit" li huwa importanti għall-"quality assurance".
Leg 9 PQ #27145 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Government Pharmaceutical Services — Safar

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-safar kollu li sar matul is-snin 1998, 1999, 2000 u 2001 minn impjegati tal-government pharmaceutical services? Minn min sar dan is-safar u għal liema skop? Minn liema sorsi ġew il-flus għal dawn iż-żjarat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27146 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Prodotti Mediċinali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni preżenti bejn id-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi u dak tas-servizzi veterinarji rigward l-adozzjoni ta' l-acquis għal dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti mediċinali? Qegħdin jiġu adottati l-istess policies f'dan ir-rigward? Xi pjani hemm għall-futur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27147 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Acquis — Qasam Farmaċewtiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk intalbitx, jew jekk hix ser tintalab għajnuna jew konsulenza Maltija jew barranija għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-adozzjoni ta' l-acquis fil-qasam farmaċewtiku? Lil min intalbet din l-għajnuna u fiex waslu t-tratattivi? Min ser jagħmel tajjeb għall-ispiża nvoluta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #27148 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Importaturi — Mediċini

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24225, jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ħarġu l-aħħar il-liċenzji lill-importaturi tal-mediċini? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-importaturi li ma nħarġitilhomx il-liċenzja humiex qed jitħallew joperaw fil-preżent? X'tibdil qed isir fuq il-condition of licence kkomparat ma' dak li kien hemm qabel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 27148 u għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija numru 24225, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-aħħar sena li nħarġu l-liċenzji lill-impurtaturi tal-mediċini kien fis-sena 1999. Għaldaqstant wara din is-sena tali mportaturi qed jiġu reġistrati qabel jitħallew joperaw. Dwar it-tibdil li qiegħed jiġi maħsub fil-conditions of licence, peress li dan għadu m'huwiex finalizzat, ma nħossx li jkun opportun li tingħata nformazzjoni f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #27149 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpanniji Farmaċewtiċi

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 24224, jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali u li ngħataw liċenzji jilħqu l-livelli ta' GMP practices skond kif stabiliti mid-WHO u mill-Unjoni Ewropea?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa kkonfermat illi l-kumpaniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali, u li ngħataw liċenzji, jilħqu l-livelli ta` GMP practices skond kif stabilit mid-WHO u mill-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #27159 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Dibenyline

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pilloli Dibenyline 10mg mill-professur ta' anzjan li l-partikularijiet tiegħu jidru separatament min din il-mistoqsija jitmexxew peress li huwa għamel l-applikazzjoni għalihom fuq shedule V u għadu ma irċieva xejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #27169 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26997?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biegħet vettura waħda bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-31 ta` Mejju 2001. Il-vettura kienet Toyota Carina 20D. Inbiegħet għall-prezz ta` LM3,100.00 lil Emanuel Attard ID: 158555(M), 23, Gioia Triq l-Andar, Attard. Dan seħħ skond il-policy imfassla u approvata mill-Board tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li tgħid li impjegat tal-Fondazzjoni jista` jixtri l-karozza li kien juża huwa meta din tasal biex tinbiegħ. L-impjegat ikun jista` jixtri l-karozza wara li toħroġ sejħa għall-offerti u jekk jkun lest li jħallas daqs l-għola offerta mitfugħa.
Leg 9 PQ #26979 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Accelerated Investigations

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-waiting list għall-investigazzjoni tal-MRI fil-preżent? Jista' jagħti nformazzjoni rigward accelerated investigations f'każijiet urgenti ta' bzonn għall-MRI?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li hemm 348 pazjent li jinsabu fil-waiting list għal MRI Ta` min jirrimarka illi filwaqt li meta konna nixtru s-servizz mill-privat sa April 2000 kienu jsiru 30 MRI fix-xahar. Illum qegħdin isiru 240 MRI fix-xahar u minkejja dan m’aħniex nlaħħqu mat-talbiet li hemm. Sabiex jiġi assigurat illi s-servizzi ta` l-MRI ma jiġux abbużati, it-talbiet għal MRI huma kollha “vetted” u jiġu maqsuma fi tliet kategoriji (immedjati, urġenti, elettivi) skond l-informazzjoni klinika li jgħaddi il-konsulent li jitlob MRI. L-aktar appuntament fil-bogħod għal MRI elettiv huwa għall-ewwel ġimgħa ta` Settembru 2001. Għal każijiet urġenti d-data li jmiss hi 14 ta` Lulju 2001. Għal każijiet immedjati ma hemmx waiting list u dawn isiru jew fil-għodu kmieni qabel tibda s-sessjoni normali (fis-7.15am) jew inkella fit-tarf tas-sessjoni li normalment ikun kmieni wara nofsinhar.
Leg 9 PQ #27075 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Trapjanti ta' Organi — Ftehim ma' l-Italja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' ftehim ma' l-Italja f'dak li għandu x'jaqsam ma' trapjanti ta' organi? Jekk iva, x'fih dan il-ftehim?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li jeżisti ftehim dwar trapjanti ta` organi mall-'Policlinico Umberto Primo' ta` Ruma. Dan il-ftehim jaħseb biex testijiet ta` 'crossmatching' fuq demm ta` pazjenti li jgħatu jew jirċievu l-organi isiru bla ħlas fil-laboratorji tagħhom, biex dak inhar stess isiru l-operazzjonijiet ta` trapjanti tal-kliewi f'Malta. Dawk l-oragani bħal fwied li ma jintużawx fuq pazjenti Maltin jingħataw lil dan l-isptar ta` Ruma.