Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni barranin fuq ir-relief illum u minn liema pajjiż huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li hawn 65 persuna barranija li qed tirċievi l-Għajnuna Soċjali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni għaddew bord ta' l-invalidita' din is-sena u f'dawn l-aħħar ħames snin f'Malta u Għawdex? X'eta' kellhom u x'xogħol kienu jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika dwar ix-xogħol li kienu jagħmlu persuni qabel ma bdew jirċievu l-Pensjoni għall-Invalidita'.
Tista' il-Ministru tara mad-dipartiment jew awtorita' konċernata jekk il-bieb ta' barra ta' bini tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax jiġi rranġat minħabba li qed jinfetaħ ġo bieb ta' flat ieħor u dan b'inkonvenjent għar-residenta tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra breakdown ta' l-istatus ta' l-applikanti li applikaw għall-post alternattiv quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid xi jrid jagħmel wieħed li hu homeless jiġifieri bla saqaf fuq rasu, u dan b'konsegwenza li m'għandux indirizz fiss fejn jgħix, biex japplika għall-post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kien jadotta policyli jaċċetta biss applikazzjonijiet minn persuni b'indirizz fiss jew jekk japplikaw minn istituzzjonijiet. Din il-policy inbidlet u issa applikazzjonijiet minn persuni mingħajr indirizz fiss għandhom jiġu aċċettati u jingħataw prijorita'.
Tista' il-Ministru tgħid kemm fil-preżent ħareġ notices il-gvern biex jitkeċċew inkwilini f'postijiet tal-gvern li m'humiex rikonoxxuti sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum u f'liema lokalita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li saru dawn l-evictions sena b'sena mis-sena 2000 sal-llum:
Sena
Total
2000
54
2001
13
2002
1
2003
0
2004
0
2005
0
2006
0
Ma tinzamm ebda statistika dwar il-lokalitajiet involuti.
Tista' il-Ministru tġħid kemm hawn applikanti bl-istatus ta' homeless għal għajn id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, kif jiddefinixxi homeless?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond il-policy preżenti, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jiddefinixxi "homeless" persuna mingħajr indirizz fiss jew li tapplika minn istituzzjoni.
Ninsab infurmata li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti taħt din il-kategorija hu ta' 22.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' units li l-awtorita' tad-djar għaddiet lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex imbagħad id-dipartiment iqassam dawn il-postijiet bil-kiri u dan mis-sena 2000 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin 2000 - 2003 nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8815 f'Seduta 190.
Ninsab infurmata li n-numru ta' postijiet li l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b'kera matul is-snin 2004, 2005 u 2006, s'issa, kien 8, 41 u 74 rispettivament.
Tista' il-Ministru tara li tingħata konsiderazzjoni urġenti lill-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba l-kera li qed tħallas is-sinjura msemmija kif ukoll minħabba li tilfet id-dritt għad-dar matrimonjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-20 ta' Ottubru 2006, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ħadet id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali d-dokumenti mitluba u għalhekk issa l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata.
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il persuna twaqqfilha l-benefiċċju tal-qgħad matul din is-sena? X'kienet ir-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-raġunijiet għaliex jitwaqqfu l-benefiċċji/assistenza għad-disimpjieg imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali huma diversi, fosthom
bidu ta' xogħol;
persuna titwaqqaf/tiġi sospiża tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ;
jinqabeż it-
test
tal-kapital jew tad-dħul;
jiġi eżawrit in-numru ta' ġranet dovuti ta' benefiċċju;
sospensjoni wara nvestigazzjonijiet;
ilħuq ta' l-eta' tal-pensjoni;
safar;
mewt.
Tista' il-Ministru tinvestiga każ ta' housing ta' familja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għadhom ibatu minn flooding kull maltempata li tagħmel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tinvestiga s-sussidju fuq il-kera ta' familja mill-Imsida li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li din il-familja għandha missierha invalidat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-familja ndikata mill-Onor. Interpellant inħadem din is-sena skond il-kuntratt iffirmat f'Ġunju 2002.
Tista' il-Ministru tinvestiga l-ilment ta' familja mill-Imsida li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandhom il-lift li dejjem jeqfilhom meta tagħmel ix-xita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm ir-responsabbilta' għall-manutenzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-Gvern hi ta' l-inkwilini, peress li l-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant qiegħed f'erja magħrufa li żżomm l-ilma tax-xita, għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtiega possibbli.
Tista' il-Ministru tara li ssir housing inspection ta' fond fl-Imsida li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandu ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, minn riċerka li għamel l-istess Dipartiment, ma rriżultax li persuna bl-isem u l-kunjom indikati toqgħod fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali sal-lum? Kemm kien hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali bħal-lum sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament hemm 2,238 talba pendenti għand id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Ninsab infurmata wkoll li numru bħal daż-żmien sena kien 3,199.
Tista' il-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn sena 'il hawn? F'liema lokalitajiet? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawk il bbenefikaw u xi status għandhom quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ħarġu recognition orders lill-inkwilini li daħlu f'postijiet tal-gvern u ma kienux l-inkwilini rikonoxxuti, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.