Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali — Pajjiżi barranin
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar kwmm saru applikazzjonijiet minn pajjiżi barranin jistennew biex ikollhom l-Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali għal sekwestru ta' minuri?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li Malta ghadha ma rratifikatx il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti ma jistax ikun hemm `applikazzjonijiet` minn pajjizi barranin skond l-istess konvenzjonijiet. Ma hux eskluz li seta` kien hemm indagnijiet minn xi pajjizi barranin li ghalihom setghet tapplika waħda mill-konvenzjonijiet imsemmija iżda fil-mument ma tinżammx statistika ta` dawn.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, in-numru ta' nies li bbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna legali tal-gvern matul dawn l-aħħar 15-il sena? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvernijiet lokali — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-5 ta` Settembru 1998 sa l-aħħar ta` April 1999 inxtraw żewġ karozzi mid-dipartimenti li jaqghu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.
Karozza minnhom inxtrat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ghall-użu tad-Direttur il-ġdid li ghandu Performance Contract. Il-vettura, Citroen Xsara, inxtrat ghall-prezz ta` LM5372 minn ghand l-aġenti Continental Cars Ltd. Dan ix-xiri sar skond iċ-ċirkolari tal-Finanzi MF 5`99.
Il-vettura l-oħra nxtrat ghall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ghall-użu ġenerali ta` l-istess Kummissjoni. Il-karozza tal-marka Fiat Punto 60 swiet LM2605 - minn ghand id-ditta UCIM Co. Ltd. wara sejħa ghal quotations.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qieghed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tieghi li turi: (i) il-karigi taghhhom; (ii) liema minnhom qeghdin b`kuntratti, (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta` dawk il-persuni li huma ntitolati ghall-uzu ta` mobile; u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirmat kull wiehed`waħda mill-membri ta` l-istaff skond il-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li ghadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqeghdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli nterpellant huma kollha konformi ma` dak imnizzel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m`hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizazzjoni parastatali.
Peress li l-iskart tad-djar f'għaxar lokalitajiet jinsab wieqaf minħabba nuqqas ta' ftehim bejn il-kuntratturi u l-kunsilli lokali, ma jaħsibx il-gvern li għandu joffri alternattiva oħra ta' emerġenza minħabba l-mard li jista' jinħoloq u l-eyesore bil-munzelli kbar fl-irkejjen? Jekk iva, kif u minn liema lokal se jibda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tindirizza l-mistoqsija taghha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk iċ-ċentru ċiviku ta' l-Imtarfa hux qed jiġi amministrat mill-kunsill lokali tar-Rabat jew residenti tal-lokal? Peress li nifhem li din il-proprjeta' hija ntiża li tintuża għall-amministrazzjoni tal-ħtiġijiet lokali, u ladarba hu maħsub li jsir kunsill lokali fl-Imtarfa għandhom jittieħdu l-passi kollha f'dan ir-rigward, jikkonsidra l-Ministru li jinvestiga li dan il-bini jintuża għall-użu li hu intiż għalih u sadanittant jivverifika li dan il-bini jkun mgħasses u ma jintużax għal skop ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċentru ċiviku ta` l-Imtarfa la hu qed jiġi amministrat mill-kunsill u lanqas mir-residenti ta` l-Imtarfa. Iċ-ċwievet taċ-ċentru jinsabu ghand l-Awtorita tad-Djar. Dwar l-użu tal-post tittiehed decizjoni aktar il-quddiem skond l-esigenzi tal-lokal.
Minn Settembru, 1998 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm impjegaw magħhom fuq bażi full time u part-time il-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex? Kunsill b'kunsill, fejn u kemm f'kull każ ġew reklutati impjegati ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Naghti tweġiba f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex jintlaħaq ftehim ħalli jingħata kumpens lill-familjari ta' Nardu Debono kif ukoll dwar it-talba għall-kumpens li għamel Anthony Mifsud u Martin Gaffarena? X'inhuma l-ammonti nvoluti ta' kumpens?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba ghal kumpens mill-familjari ta` Nardu Debono giet miċħuda in vista li hemm kawża ghad-danni pendenti kontra l-Gvern.
Dwar it-talba ghal-kumpens minn Anthony Mifsud, l-avukat tieghu ghandu jissottometti xi documenti oħra biex jissostanzja t-talba li saret.
Dwar it-talba ta` Martin Gaffarena, l-avukat tieghu ghadu kemm issottometta document ieħor u t-talba qed tiġi proċessata.
Nixtieq nippreċiża wkoll illi f`dawn il-każijiet ma ġewx negozjati kif hemm imsemmi fid-domanda tal-Onor. Interpellant.
Avukat Ġenerali — Memorandum dwar il-Proġett tal-Kottonera
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-avukat ġenerali ġiex mitlub jagħti parir legali lill-awditur ġenerali fit-tneħħija tiegħu tal-memorandum dwar il-proġett tal-Kottonera wara t-talba li kienet saret għal rapport simili minn tliet membri ta' l-Oppożizzjoni fuq il-PAC?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Avukat Generali nfurmani li hu ma jistax jizvela, minhabba ragunijiet ta` segretezza professjonali, min jitolbu pariri legali.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta se jibda jopera ċ-ċentru ta' arbitraġġ minn Malta? Kemm huwa maħsub li se jimpjega nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Issa li saru l-preparamenti meħtiega biex ic-Ċentru jkun jista` jopera, il-ftuħ uffiċjali se jsir ghal ħabta ta` Settembru li gej.
Dwar in-numru ta` impjegati dan naturalment jiddependi hafna mix-xoghol li se jkun iggenerat imma, bhala bidu, se jkun hemm bzonn ta` mhux anqas minn 5 impjegati.
L-impjegati jkunu Registrar, Accountant, 2 Secretaries u Driver-Messenger.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestix il-proċess verbal dwar il-mewt b'overdose tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-Gianpula fl-1998? Dan il-proċess verbal ġie ppreżentat fil-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Nru. 6563.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret il-Qorti dwar illegal development matul dawn l-aħħar ħames snin u kontra min?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persuni li jitressqu l-Qorti b`akkużi ta` `illegal development` jitressqu mill-Pulizija bi proċedura sommarja u ma tinżammx statistika. Barra minn hekk is-seduti fejn jinstemghu l-kawżi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jinvolvux biss akkużi ta` `illegal development`. Ghaldaqstant l-informazzjoni mitluba tkun tista` tinghata mill-Ministeru li taħtu taqa` l-Planning Authority.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret il-qorti matul dawn l-aħħar ħames snin fejn żviluppaturi waqt żvilupp daħlu llegalment fi proprjeta' ta' ħaddieħor? Min huma dawn l-iżviluppaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx l-istatistika mitluba minnhu.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-ministeru dwar ir-reazzjoni tal-maġistrati li ma jaċċettawx il-preċedenza allokata lilhom fil-proposta l-ġdida dwar il-protokoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li kont tajt ghall-Mistoqsija Nru. 6564.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin, liema imħallfin u maġistrati siefru fuq xogħol ġudizzjarju u f'delegazzjonijiet uffiċjali? Jista' jagħti tagħrif u dettalji ta' kull safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ma teżistix statistika fil-Qorti għas-snin 1993-1995.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 saru żewġ transfers mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fuq talba tagħhom stess.
Trasferimenti ta` impjegati mid-Dipartimenti tal-gvern inkluż id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jsiru skond l-esiġenżi tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal wardens lokali u kemm fil-fatt se jiġu ngaġġati?
Response (GATT, AUSTIN)
S`issa l-uniku applikazzjonijiet li ħarġu ghas-servizz tal-Gwardjani Lokali kienu ghall-kors ta` taħriġ mill-E.T.C. ghall-Gwardjani Lokali. Min itemm b`suċċess dan il-kors jinghata ċertifikat li jkun meħtieġ ghall-ghotja ta` liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija kif huwa stabbilit bl-Att Numru XIII ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali.
Mill-informazzjoni li ghandi, sa llum applikaw 544 persuna ghal dan il-kors.
Il-Kunsilli Lokali stess jridu jiddeċiedu x`tip ta` servizz ghandhom bżonn biex jiġi determinat in-numru ta` Gwardjani Lokali li jiġu ikkuntrattati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar turġien ta' fuq il-bankini, peress li xi kultant minħabba fihom wheelchair ma jkunx jista' jgħaddi?
Response (GATT, AUSTIN)
Gejt infurmat li turgien kostruwiti fuq il-bankini huma meqjusa bhala encroachment skond il-Kodici tal-Pulizija, Cap. 10.
Jista' l-Ministru jara li s-siġar li nżergħu s-sena l-oħra f'Wied il-Għajn u San Tumas jissaqqew?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.