Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kors fil-Heritage Skills

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21848 dwar il-kors fil-Heritage Skills?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għandha bizzejjed sponsorships biex apprendisti li qed jagħmlu apprendistat f'Heritage Skills' ikunu jistgħu jieħdu t-taħriġ tagħhom.

Scholarships

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ischolarships li kienu ngħataw u x'inhuma l-kondizzjonijiet għal dawk li ġew magħżula, kemm għal dawk li huma mpjegati maċ-ċivil kif ukoll għal persuni oħra? Jista' jgħid ukoll jekk il-kuntratti ġewx iffirmati jew le? Fil-każ ta' l-impjegati taċ-ċivil matul il-perijodu ta' l-istudju tagħhom se jkomplu jitħallsu? L-ischolarship li ngħataw dawk kollha li ġew magħżula fiex jikkonsisti u x'se jiġi mħallas bih?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont li se jirċievi kull awardee huwa differenti skond il-miżati tal-kors u/jew skond l-allowances li huma eliġibbli għalihom. Fir-regolamenti ta' din l-iskema dan hu spjegat ċar. L-iskema ma tagħmel ebda distinzjoni bejn impjegati taċ-ċivil jew oħrajn. Il-kuntratti se jiġu ffirmati fil-futur qarib. Il-Malta Government Scholarship Scheme tittratta biss boroż ta' studju u ma tidħolx f'issues bħal paid jew unpaid leave. L-arranġamenti li jagħmel awardee ma' min iħaddmu huma responsabilta' ta' l-awardee u mhux ta' l-iskema. Ir-regolamenti ppubblikati ma' din l-iskema jispjegaw ċar x'se jitħallsu u fiex jikkonsisti dan l-ischolarship.

Junior College — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema neqsin fil-Junior College? Jekk iva, ta' liema suġġetti u meta se jiġu mimlija l-vakanzi li hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fil-Junior College hemm għalliem fid-dipartiment tal-Computing u l-I.T. li jinsab fuq sick leave fit-tul. Wara li saru l-intervisti nhar it-Tlieta 7 ta' Novembru 2006 għal dan il-post vakanti, l-Universita' se timpjega għalliem ġdid fil-ġranet li ġejjin.

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid preċiżament x'tip ta' preparamenti qed iseħħu sabiex nilqgħu għall-influss b'mod regolari ta' immigranti li se jidħlu f'pajjiżna mill-1 ta' Jannar 2007, hekk kif il-Bulgarija u r-Rumanija se jissieħbu ġewwa l-Unjoni Ewropea bil-probabbilta' li jaħdmu b'mod irregolari?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 21897.

Chairman

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ġie appuntat chairman u fuq liema merti ntgħażel u fost il-kemm-il għażla ġie magħżul jew maħtur? Min eżamina tali għażla jew ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.

Ċittadini minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' il-Ministru jgħid preċiżament kif iċ-ċittadin Malti se jkun protett u jiġi assigurat li ebda ċittadin ieħor barrani mill-pajjiżi membri ġodda fl-Unjoni Ewropea u cioe' Bulgaria u Rumania, ma jieħdux xogħol Malti, peress li nafu li kull qatra tgħodd għall-ħaddiema miż-żewġ pajjiżi msemmija, cioe' li paga 'l isfel minn dik magħrufa minn paga minima hija biżżejjed għalihom? Kif se jiġi assigurat il-poplu Malti li se jiġi protett meta hawn min fil-qasam ta' min iħaddem lest biex jimpjegahom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa applikazzjoni għal permessi ta’ xogħol għal ċittadini ta’ pajjiżi membri ta’ l-EU jiġu approvati b’mod awtomatiku. Minn naha l-oħra, l-applikazzjoni għal permessi għal non-EU citizens jiġu kkunsidrati kif deskritt fir-risposta għal PQ21704. Qabel ma tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni, dettalji dwar il- vacancy jidhru fuq il-website ta’ l-ETC (taħt Work Permits) u kull ċittadin Malti jista’ jinkdika l-interess tiegħu f’dawn il- vacancies billi javza l-KXT. Il-KXT tirreferi dawn il-persuni lill-prinċipal li jkun qed jagħmel il- vacancy , u l-prinċipal ikollu jirrapporta lura lill-KXT u jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu. B’dan il-mod, il-Maltin qegħdin jingħataw id-dritt li jiġu kkunsidrati għal vacancies qabel non-EU citizens . Informat ukoll li f'dan l-istadju l-applikazzjonijiet għal ħaddiema mill-Bulgaria u r-Rumania jiġu pproċessati bl-istess mod bħal dawk ta' non-EU citizens .

Ħaddiema fil-cold stores

Question

Jista' il-Ministru jgħid skond il-Health & Safety Regulations, ħaddiema li jaħdmu f'cold stores kemm huma obbligati jaħdmu ħinijiet fil-friża u kemm ħinijiet barra l-friża?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-regolamenti dwar saħħa u sigurta' ma jispeċifikawx t-tul ta’ ħin li persuna tista taħdem ġo cold store, u dan għaliex jiddependi fuq kemm tkun baxxa t-temperatura, n-natura tax-xogħol li jkun mistenni li jsir (il-physical activity) u l-protezzjoni personali li jkollhom il-ħaddiema. It-tul ta’ ħin irid jiġi stabbilit minn min iħaddem skond l-evalwazzjoni tar-riskju li hu obbligat jagħmel skond Kap. 424 u skond regolamenti sussidjarji.

Skejjel Governattivi — Hardware ta' l-IT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se tinħadem is-sistema tal-leasing tal-hardware ta' l-IT għall-iskejjel governattivi skond il-budget 07? Il-MITTS se jkunu u/jew diġa' huma involuti fil-proċess?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Mellieħa — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21773 u jgħid f'liema klassijiet se jintbagħtu studenti tal-B.Educ fl-iskola primarja tal-Mellieħa? X'se jsir dwar l-ilmenti li qed iqajmu l-ġenituri li t-teaching practice iħarbat l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom u jitfagħhom lura? Jistgħu jittieħdu passi biex it-teaching practice isir bla tħarbit għat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena intbagħtu zewġ studenti tal-B.Ed. tar-raba' sena fl-iskola Primarja Marija Bambina tal-Mellieħa biex jagħmlu t-teaching practice tagħhom. Studenta minnhom taħdem ma' klassi tat-tielet sena għax speċjalizzata fl-Early Years u l-oħra tqiegħdet ma' klassi tar-raba' sena billi speċjalizzat fil-Juniors. Dawn l-għalliema studenti zaru l-iskola diversi drabi biex jiddiskutu ma' l-għalliem/a tal-klassi dwar il-materja li jkunu ser jgħallmu matul it-teaching practice. Għamlu ħin fil-klassi josservaw biex jidraw lit-tfal u t-tfal jidraw lilhom u biex kemm jista' jkun juzaw il-metodu tat-tagħlim ta' l-għalliem/a tal-klassi. L-għalliema tal-klassi ser jibqgħu fil-klassi kuljum wara l-break għal madwar nofs siegħa u jieħdu l-klassi nofs ta' nhar kull ġimgħa ħalli jkunu jaraw jekk il-materja magħzula saritx u jekk is-sillabu hux qed jiġi segwit. It-teaching practice issir taħt is-supervizjoni wkoll tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni. Il-Kap u l-Assistenti Kapijiet se jkunu jissorveljaw l-għalliema studenti. L-Onor. Membru japprezza l-importanza tat-teaching practice u l-iskejjel dejjem jaraw li l-edukazzjoni tat-tfal tiġi mħarsa u t-tfal jibbenefikaw minn esperjenza importanti ta' għalliema studenti zgħazagħ u mimlija entuzjazmu.

Skejjel 6th form — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ta' għażla jużaw skejjel tas-6th formtal-Knisja biex idaħħlu l-istudenti tagħhom? Huma pubbliċi dawn il-kriterji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-6th Form ta' l-iskejjel tal-Knisja huma awtonomi fl-għazla ta' kriterji biex idaħħlu l-istudenti tagħhom. Informat ukoll li l-informazzjoni tingħata fil-prospett ta' l-iskejjel konċernati.

Skejjel tal-Knisja — 6th Form

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'mekkaniżmi jeżistu li jiżguraw li l-proċeduri u metodi ta' għażla ta' studenti għas-6th form tal-Knisja jitħaddmu b'mod fier u ma jkunx hemm diskriminazzjoni u favoriżmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel 6th Form tal-Knisja jippublikaw il-kriterji ta' l-għazla fil-prospett ta' l-iskola, jippublikaw ir-rizultat ta' l-għazla fin-notice board, jispjegaw lill-applikanti individwali dwar il-mod kif tkun saret l-għazla jekk ikun hemm talba għal dan.

Skejjel 6th forms

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm 6th forms ta' skejjel tal-Knisja finanzjati b'fondi pubbliċi? Kemm ħadu fondi f'dawn is-snin 2000-2006 sena b'sena? Kemm kellhom studenti u għalliema f'dawn is-snin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel ta' l-Istat? Kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti barranin fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel ta' l-Istat huwa ta' 546. In-numru ta' dawk li ġejjin mill-Unjoni Ewropea huwa ta' 206.

Skejjel tal-Knisja/Indipendenti — Studenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti? Kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru totali ta' studenti barranin (inkluzi dawk mill-Unjoni Ewropea) fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti huwa kif jidher hawn taħt: Livell Primarju Livell Sekondarju Total Skejjel tal-Knisja 20 13 33 Skejjel Indipendenti 272 256 528 Total 292 269 561 In-numru ta' studenti mill-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti huwa kif jidher hawn taħt: Livell Primarju Livell Sekondarju Total Skejjel tal-Knisja 9 8 17 Skejjel Indipendenti 150 169 319 Total 159 177 336

Universita' — Studenti Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti barranin fl-Universita' ta' Malta li bdew jattendu xi kors din is-sena? Liema kors qed jattendu? Kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena daħlu 336 student barrani, li minnhom 61 ġejjin minn pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea. Informazzjoni dwar in-numru ta' studenti f'kull kors ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta' l-Istat — Ground bil-ħaxix artifiċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa ppjanat li jsiru grounds ta' ħaxix artifiċjali fl-iskejjel ta' l-Istat f'din is-sena finanzjarja? Fejn u kemm se jintnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Kull fejn ser tinbena skola ġdida qed jiġi konsidrat għandux ikun hemm grawnd b'ħaxix artifiċjali. Il-Kunsill Malti Għall-iSports jinvesti wkoll f'faċilitajiet bħal dawn.

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se jikkumbatti l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-Istat biex dan jibda jonqos? Jista' jgħid kemm ġew irrapportati studenti li naqsu li jattendu l-iskola mindu fetħet din is-sena skolastika sa l-aħħar ta' Ottubru? Kull kemm żmien l-iskejjel tal-Knisja u indipendenti jridu jirrapportaw lid-diviżjoni studenti li ma jattendux?

Response (GALEA, LOUIS)

Parti mix-xogħol tas-Sezzjoni Ħidma Soċjali fl-Iskejjel huwa li l-istudenti kollha jibbenefikaw mill-edukazzjoni bl-aħjar mod possibli. Informat li meta s-Sezzjoni jkollha rapporti ta' assenteiżmu s-soċial workers jagħmlu żjarat fid-djar u fl-iskejjel u kull intervent ieħor neċessarju biex jaraw ir-raġunijiet għala xi tfal ma jkunux qegħdin jattendu l-iskola. Is-social workers jgħinu lil dawn l-istudenti u li l-familja tagħhom u xi drabi lill-iskejjel sabiex it-tfal jkunu jistgħu jerġgħu jiġu integrati lura fl-iskejjel. Informat li għadu kmieni biex wieħed jagħti n-numru ta' studenti li naqsu li jattendu l-iskola mindu fetħet din is-sena sa' l-aħħar ta' Ottubru. Informat li l-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti jinnotifikaw lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni bin-numru ta' studenti li ma jattendux kull xahar tas-sena skolastika u l-informazzjoni tiġi verifikata f'kull term.

Skejjel ta' l-Istat — Sports

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il siegħa fil-ġimgħa huma dedikati għall-isports fil-livelli kollha ta' l-iskejjel ta' l-Istat? Kemm hemm għalliema tal-PE u kemm minnhom ġew ingaġġati għal din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iSkejjel Primarji hu ddedikat siegħa u nofs fil-ġimgħa għall-P.E. waqt li fl-iSkejjel Skondarji, Forms 1 u 2 għandhom 2 lezzjonijiet u Forms 3, 4 u 5 għandhom lezzjoni waħda fil-ġimgħa. Dawk l-istudenti li jgħażlu l-P.E. bħala option ikollhom erba' lezzjonijiet fil-ġimgħa. Informat ukoll li b'kollox f'Malta u Għawdex hemm 24 għalliem/a Peripatetic tal-P.E. li minnhom 7 ġew ingaġġati din is-sena fl-iSkejjel Primarji. In-numru ta' għalliema tal-P.E. fl-iSkejjel Sekondarji huwa ta' 102 li minnhom ġew ingaġġati 4 għal din is-sena skolastika.