Jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha ma rċevietx il-card tallinja li applikat għaliha iktar minn xahrejn ilu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat mill-operatur tat-trasport pubbliku li dan il-każ ġie riżolt u l-persuna identifikata ntbagħtitilha it-tallinja card.
Is-Siġġiewi — Triq Mons. Mikiel Azzopardi – stallazzjoni ta’ speed camera
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari17528 li saret f'Lulju 2015, jista' l-Ministru jgħid jekk inġabritx l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi nstallata speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, magħrufa aħjar bħala l-bypass tas-Siggiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha ma rċeviet l-ebda talba mil-Local Enforcement System Agency (LESA) għal speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi.
Dokument dwar il-policy tal-parking madwar Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinħareġ għall-konsultazzjoni d-dokument dwar il-policy tal-parking, madwar Malta u Għawdex? Jekk dan id-dokument mhux ser joħroġ għall-konsultazzjoni, meta hi mistennija li tidħol fis-seħħ il-policy?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25069.
Billi waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar il-mina bejn Malta u Għawdex kien hemm bosta referenzi għar-rapport dwar din il-mina li sar minn Transport Malta, u billi jidher li almenu wħud minn dawk li tkellmu għandhom informazzjoni dwar il-kontenut ta' dan l-istess rapport, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport, u tal-konklużjonijiet prinċipali tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi għalih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li jiżdied in-numru ta’ passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja fil-ħames snin li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie rrappurtat diversi drabi, in-numru ta’ passiġġiera li qegħdin jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku qiegħed jiżdied minn sena għall-oħra. In-network il-ġdid li kien ġie introdott bejn Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra kien fil-fatt ħa provedimenti sabiex jindirizza din iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri u pprovda sabiex jiżdiedu kemm ir-rotot kif ukoll il-frekwenzi tal-vjaġġi, speċjalment fil-ħinijiet ikkunsidrati bħala peak. Għal dan il-għan, l-operatur tat-trasport pubbliku, is-sena li għaddiet, introduċa 143 karozza tal-linja ġdida. Huwa wkoll maħsub li f’Ġunju ta’ din is-sena, l-operatur tat-trasport pubbliku ser ikun qiegħed iżid il-flotta tiegħu bi 33 karozzi tal-linja ġodda.
Is-sistema il-ġdida ta’ kif wieħed iħallas għall-vjaġġ li ser ikun ser jagħmel, jiġifieri permezz tal-uzu ta’ tallinja card li giet introdotta f’Lulju tas-sena l-oħra, qegħda tipprovdi informazzjoni ferm aktar akkurata tad-domanda li hemm fuq kull rotta, kull ġurnata. Il-Ministeru tat-Trasport u Infrastruttura, Transport Malta flimkien mal-operatur tat-trasport pubbliku qegħdin jevalwaw din l-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu dawk il-miżuri sabiex it-trasport pubbliku jkun qiegħed f’pożizzjoni li jlaħħaq mad-domanda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu previst li jkun hemm karozzi fit-triq fil-ħames snin li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta m’għandix din l-informazzjoni mitluba. Madanakollu l-istatistika turi li minn sena għall-oħra dejjem ikun hemm żieda fin-numru ta’ karozzi liċenzjati.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar l-underground car park illi kien hemm maħsub illi jsir fl-area magħrufa bħala Santa Margerita ġewwa Bormla?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati mal-preferred bidder għadhom għaddejjin u resqin lejn stadju avvanzat. Dan huwa proġett ibbażat fuq Public Private Partnership (PPP) u intenzjonat li jiġġenera madwar 425 spazju ta’ parkeġġ ġdid taħt l-art.
Valletta Summit u ċ-CHOGM – xogħlijiet infrastrutturali
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 22262 u 23190, fejn staqsejt lill-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi (l-isem tagħhom) li għamlu x-xogħlijiet infrastrutturali (inkluż xogħlijiet fuq toroq) li saru b’rabta mal-Valletta Summit u maċ-CHOGM u jgħid ukoll in-nefqa tal-istess xogħlijiet b’mod individwali, jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni illi qed tiġi mitluba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kif intqal fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti, ix-xogħlijiet ta’ major patching u kostruzzjoni saru kollha taħt il-proviżjonijiet tal-Framework Agreement 2014. Ix-xogħlijiet ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku tqassmu bejn il-kuntratturi stabbiliti fis-settur.
Xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi saru kollha mill-ħaddiema tal-Gvern u mhux minn kuntratturi.
Attachments:PQ25150 3MAY PAPERS LAID DOC1.xlsPQ25150 3MAY PAPERS LAID DOC2.xls
B'referenza għar-risposta ta' PQ 25090, billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20461, fl-ebda ħin ma tagħti l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma x-xogħlijiet indikati fir-risposta, li għalihom qed issir riferenza? Billi l-allegazzjoni li kien hemm xi toroq f'Malta li djiequ għal one lane saret, diversi drabi, kemm mill-Ministru kif ukoll mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub f'dawn il-mistoqsijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti fuq dan is-suġġett.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – xogħol fuq toroq li għadhom qatt ma saru
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda xogħol ġdid fuq toroq li għadhom qatt ma saru, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar? Liema huma t-toroq f'dawn il-lokalitajiet li fihom hu mistenni li jsir xogħol f'dan iż-żmien?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 22856 u 22857.
Malta Public Trasport – ilmenti – skeda ta’ ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bl-ilmenti dejjem iktar spissi li l-kumpanija Malta Public Transport mhux qed timxi mal-iskeda tal-ħinijiet (timetable) tal-vjaġġi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara minn fejn qed iġib l-istatistika li qiegħed jirreferi għaliha fir-rigward tal-ilmenti aktar spissi dwar il-Malta Public Transport li mhiex timxi mal-iskedi tal-ħinijiet. Dan minħabba li din iż-żieda li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma tirriżultax mill-istatistika li għandha f’idejha Transport Malta.
Il-medja ta’ puntwalita li ġiet imkejla għall-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kienet ta’ 96%.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-pelican lights li hemm fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar, ikollhom il-ħin tagħhom aġġustat, dan peress li qed jinqalbu ta’ spiss wisq u qed joħolqu tfixkil fl-andament tat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżdied il-ħin tal-attivazzjoni ta' tali dwal għall-pedonali fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
LESA – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – speed cameras
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24537, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tad-diskussjonijiet bejn il-Local Enforcement System Agency (LESA) u Transport Malta? Meta se jiġu stallati speed cameras fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar aċċidenti fatali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha ma rċeviet l-ebda talba biex tiġi nstallata speed camera fit-triq imsemmija minnu.
Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – miżuri ta’ saħħa u sigurtà
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24611, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-evalwazzjoni u l-istudji ta’ Transport Malta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu għal aktar saħħa u sigurtà fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi (il-bypass tas-Siġġiewi) biex jiġu evitati aktar aċċidenti fatali? Liema fost miżuri bħal speed cameras, twessiegħ ta’ bankini fil-kantunieri, reviżjoni tal-linji tal-karreġjati, stallazzjoni u tabelli u oħrajn se jkunu qed isiru? X’sar s’issa u meta se jkunu qed jittieħdu l-miżuri l-oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-evalwazzjoni li saret minn Transport Malta ġiet approvata pjanta li tinkludi: pelican crossing viċin kantuniera ma’ Triq il-Ħsad, build-outs fil-kantunieri tal-viċin biex jiġi kkontrollat aħjar is-sewqan eċċessiv, waiting-lane biex il-karozzi jkollhom fejn jistennew qabel ma jidħlu fi Triq l-Andar filwaqt li tnaqqset il-wisa’ tal-karreġġjati biex tipprojbixxi l-vetturi milli jaqbżu ‘l xulxin. Bħalissa dawn il-miżuri qegħdin fl-istadju ta’ disinn.
Transport Malta – toroq li se jsir xogħlijiet fuqhom
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24183, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’tip ta’ interventi ser ikun qed jitwettaq f’kull każ imsemmi għall-istess risposta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Lokalità
Triq
Intervent
Gżira
Kulvert ġewwa Triq St Albert
Bini ta’ kulvert
Bormla
Sur Santa Liena
Rikostruzzjoni
Furjana
Ta' Sarria & Park + Ride Access + Terminus
Resurfacing
Birgu
Triq il-Kardinal Sciberras & Triq Desain
Rikostruzzjoni
Żebbuġ
Triq Pelaġju Mifsud & Triq Anthony Aquilina
Rikostruzzjoni
Valletta
Strait Str (btw St.Domenic and St.Nicholas)
Rikostruzzjoni u Pavimentar
Żejtun
Triq Alfred Cachia Zammit
Rikostruzzjoni
Marsaxlokk
Junction at Triq iz-Zejtun/Melqart/Axtart (on behalf of MEH)
Junction
ġdida
Bormla
Irlandizi parking area
Resurfacing
Marsaxlokk
Resurfacing of Triq iż-Żejtun (on behalf of MEH)
Resurfacing
Marsaxlokk
Opening and Construction of Triq Lepanto (on behalf of MEH)
Kostruzzjoni
Marsaxlokk
Opening and Construction of Triq Barthelemy (on behalf of MEH)
Kostruzzjoni
Ħamrun
Major Works in Triq San Gużepp
Xogħlijiet varji
Tarxien
Junction at Triq il-Palma
Junction
ġdida
Zejtun
Bir id-Deheb
Rikostruzzjoni
Żabbar / Żejtun
Triq Bormla (taċ-Ċawsli)
Rikostruzzjoni
Żurrieq
Vjal ix-Xarolla
Twessiegħ u rikostruzzjoni
Żabbar
Triq il-Kunvent u Triq Cawsli
Resurfacing
Isla
Triq is-Sur
Rikostruzzjoni
Birkirkara
Triq Buontadini
Rikostruzzjoni
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'pożizzjoni ħadet, jew ser tieħu Transport Malta (TM) għal dak li jirrigwarda t-tqegħid ta' xi forma ta' riklami fuq il-baħar? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk TM għamlitx xi forma ta' konsultazzjoni ma' dawk kollha konċernati qabel ma ħadet, jew ser tieħu pożizzjoni dwar dan is-suġġett? Jekk saret konsultazzjoni, meta saret u ma’ min saret l-istess konsultazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta ta’ tqegħid ta’ reklamar fuq il-baħar ġiet sospiża minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li l-karozzi tat-Trasport Pubbliku qegħdin jieqfu f'nofs il-Pjazza tas-Siġġiewi bil-periklu li jista’ jinħoloq inċident tat-traffiku? Jista’ jgħid x'azzjoni se tittieħed biex din il-kwistjoni tiġi ndirizzata minnufih?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tkun qed tinvestiga din l-osservazzjoni u jekk ikun meħtieġ tieħu il-miżuri neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta bdiet taħdem ma’ Transport Malta, kemm damet u f’liema kariga? Jista' jgħid jekk daħlitx taħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tiegħu sena b’sena kemm damet taħdem ma’ Transport Malta? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellha u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġie ngaġġat ma’ Transport Malta permez ta’ kuntratt ta’ position of trust mal-Malta Freeport Corporation u l-Awtorita’ Marittima, u eventwalment ma’ Transport Malta. Dan il-kuntratt sar b’effett minn Lulju 2009 u baqa’ jiġi mġedded sa ma’ l-impjegat temm l-impjieg tiegħu ma’ Transport Malta f’Diċembru 2012.
It-tabella t’hawn taħt turi s-salarju kif ukoll perkaċċi oħra li kien jibbenefika minnhom dan l-individwu:
2009
Salarju
€18,650
Mobile phone
€396
Internet
€136
2010
Salarju
€48,500
Mobile phone
€1,817
Karozza
€684
Servizz tal-Internet
€328
Fuel
€2,273
2011
Salarju
€48,500
Mobile phone
€913
Karozza
€1,915
Servizz tal-Internet
€328
Fuel
€2,141
2012
Salarju
€49,105
Mobile phone
€1,362
Karozza
€4,493
Servizz tal-Internet
€328
Fuel
€2,840
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar/Buġibba – distanza minn Bieb il-Belt
Question
Jista’ l-Ministru jara biex l-inkonvenjent li qed jiġi kkawżat għar-residenti tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar/Buġibba minħabba d-distanza twila li teżisti minn Bieb il-Belt għall-post fil-venda tal-Belt minn fejn jibda u jispiċċa s-servizz lejn il-lokalitajiet indikati jiġi rimedjat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-introduzzjoni tan-network il-ġdid li daħal fis-seħħ f’ Novembru u Diċembru tas-sena l-oħra fisser li aktar vjaġġi bdew jibdew u jispiċċaw ġewwa il-venda tal-Belt Valletta. Il-venda kif kienet ma’ setatx tlaħħaq ma’ din iż-żieda u għaldaqstant, inħass il-bżonn li l-venda tiġi estiża b’14-il bus bay ġdida.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li l-inħawi madwar il-funtana tat-Tritoni ser tiġi żviluppata f’żona pedonali u għaldaqstant tali żvilupp ma setax isir f’din iż-żona. Fit-tieni fażi tal-proġett tal-estensjoni tal-venda tal-Belt Valletta qed jiġi ppjanat sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess minn din iż-żona tal-venda lejn il-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jara li titreġġa’ lura d-deċiżjoni insensittiva li ttieħdet fl-aħħar ġimgħat li fi Triq Qasam Barrani kantuniera ma’ Triq Ġnien Ingraw biswit Dar il-Madonna tal-Mellieħa saret zebra crossing , liema zebra crossing tista’ tkun il-kaġun ta’ aċċident/i fatali minn ħin għal ieħor ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm talba mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex tiġi mplimentata zebra crossing fl-inħawi ta’ Triq il-Wied k/m Triq Ġnien Ingraw k/m Triq Qalb Imqaddsa. Din it-talba ġiet evalwata u tħejjew il-pjanti neċessarji, skont kriterji stabbiliti, sabiex tiġi mplimentata din iz-zebra crossing. Din iz-zebra crossing ġiet implimentata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u kollox sar skont il-pjanti approvati.