Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30748 Sitting 696 2002-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Masrija u Triq il-Fortizza

Question

Jista' l-Ministru jara li t-toroq bla isem fl-inħawi ta' Masrija u Triq il-Fortizza jingħataw isem u jiġu mdawla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Leg 9 PQ #31317 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swatar — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jsir street lighting adegwat fit-tarf ta' fuq ta' Triq Ġuże Ellul Mercer, Swatar l-aktar fil-parti qrib Triq Swatar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #31318 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

New Zealand Post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-New Zealand post ħadet 35% ta' l-ishma fil-Maltapost meta skond il-budget 2002 (Paġna 22) dan is-sehem kellu jkun ta' 30%? X'kien l-ammont ta' l-investiment tal-kumpanija fil-Maltapost? Meta mistennija jitkomplew it-taħdidiet biex dan l-investiment jikber - hekk kif ġie mwiegħed fil-budget? Billi ż-żewġ ftehim li ġew iffirmati bejn Malta Post u New Zealand Post ġew fis-seħħ immedjatament, jista' jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra f'ġieħ it-trasparenza li arranġament bħal dan jitlob u dan kemm fir-rigward tal-investiment tagħhom fil-kumpanija kif wkoll fir-rigward tal-ftehim għat-tħaddim u għall-management tal-kumpanija? Jista jagħti lista tal-kumpaniji postali Ewropej li fihom in New Zealand Post għandha ishma? Jista' jgħarraf lill Kamra x'kien wassal biex il-ftehim kummerċjali tan-New Zealand Post fin-Nigeria jiġi irtirat kif wkoll biex jiġi mħassar il-ftehim li kellhom ma' l-Awtoritajiet Postali fl-Afrika t'Isfel? Liema kienet il-kumpanija postali l-oħra li kienet qed tiġi ikkunsidrata bħala sieħeb strategiku għall-Malta Post mill-Awtoritajiet Maltin? Meta huwa maħsub li il-kumplament ta' l-ishma tal-Maltapost jiġu offruti lill-pubbliku Malti u Għawdxi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kienet deċiżjoni esklussiva tal-Gvern li l-kumpanija Transend tieħu ħamsa u tletin fil-mija ta' l-ishma fil-Maltapost, żieda ta' ħamsa fil-mija fuq l-ammont imsemmi fil-budget ta' din is-sena. Dan seta' jsir peress li l-investitur kien lest li jżid l-investiment. In-New Zealand Post ma għandha ishma f'ebda kumpaniji postali Ewropej. Ma jirriżultax li qatt kien hemm ftehim kummerċjali bejn Transend u n-Niġerja. Kien hemm biss qbil bil-għan li jintlaħaq ftehim, pero dan qatt ma seħħ. Il-ftehim bejn Transend u l-Afrika t'Isfel kien ġie terminat bi qbil bejn iż-żewġ partijiet. Il-kumpanija postali l-oħra li kienet qed tiġi kkunsidrata bħala sieħeb strateġiku għall-Maltapost kienet il-Canada Post. Deċiżjoni dwar l-offerta tal-kumplament ta' l-ishma tal-Maltapost lill-pubbliku hija waħda li għad trid tittieħed mill-Gvern. Kopja tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-kumpanija Transend Worldwide Limited diġa' poġġejtha fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta ta' filgħodu tat-Tlieta 5 tax-xahar.
Leg 9 PQ #31326 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butchers Lane

Question

Jista' l-Ministru jindaga għaliex l-elettriku fl-area ta' butchers lane u St. Rocco Street, B'Kara, għandu vultaġġ baxx u qed jaħraq ħafna electrical appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #31348 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sejjer jsir l-street lightning fi Triq il-Kampanjol, Magħtab fil-limits tal-Għargħur?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Kif kelli okkażjoni ngħid diversi drabi meta weġibt mistoqsijiet dwar din il-materja, minħabba diversi fatturi, mhux possibbli li tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.
Leg 9 PQ #31349 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma id-debituri tal-Air Malta lokali li ilhom ma jonoraw il-ħlasijiet lil din il-kumpanija għall-aktar minn sena u kemm minnhom jaqbżu l-ammont dovut għall-aktar minn Lm 10,000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali tal-mistoqsija ma nħossx li jkun prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31405 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li teżisti ċerta ansjeta fost il-ħaddiema tal-MIA, jista' jgħid x'garanzijji se jingħataw il-ħaddiema li ħadd minnhom mhu se jitkeċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li b'riżultat tal-privatizzazzjoni parzjali tal-Malta International Airport xi ħaddiema ser jintemmilhom l-impjieg.
Leg 9 PQ #31406 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pensions Ordinance Act

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li se jkollhom dawk il-ħaddiema li se jagħżlu li jibqgħu mal-MIA, u ċioe jibqgħux igawdu l-kundizzjonijiet ta' qabel l-1979 rigward il-Pensions Ordinance Act?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li ġew mid-Dipartiment ta' l-Avvjazzjoni Civili u/jew il-Forzi Armati ta' Malta u li ser jagħżlu li jibqgħu mal-Malta International Airport wara t-18 ta' Frar 2002 huma koperti bl-Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet, Kapitlu 93 (Att numru VII ta' l-1992) u bl-Avviż Legali 101 ta' l-1993.
Leg 9 PQ #31424 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Stazzjon ta' B'Kara

Question

Jista' l-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li hemm fl-istazzjoni ta' B'Kara peress li ilu mitfi għal dan l-aħħar 3 ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dawl fl-istazzjon ta' Birkirkara ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #31441 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar tnax il-xahar, xahar b'xahar, kemm inqatgħu servizzi tad-Dawl u Ilma mill-Enemalta lil stabilimenti kummerċjali, lukandi u entitajiet oħra simili minħabba li ma ħalsux il-kontijiet dovuti lill-Enemalta? Jista' jgħid b'kollox kemm kienu jammontaw dawn il-kontijiet? Jista' jgħid wkoll kemm l-Enemalta għandha tiġbor flus f'kontijiet mingħand il-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul kull xahar tas-sena l-oħra in-numru ta' entitajiet kummerċjali li kellhom il-provvista tad-dawl sospiża kien kif ġej Jannar 3 Lulju 2 Frar 12 Awissu 6 Marzu 10 Settembru 12 April 11 Ottubru 7 Mejju 11 Novembru 6 Ġunju 7 Diċembru 16 Il-Korporazzjoni ma żżommx statistika ta' l-ammont li jkun dovut mill-entitajiet kummerċjali fuq il-provvista ta' l-elettriku tkun ġiet sospiża. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid, li kif jirriżulta mill-estimi tal-Korporazzjoni li ġew diskussi fil-Parlament ftit tal-ġranet ilu, matul is-sena finanzjarja li għaddiet l-Enemalta ħarġet kontijiet għall-konsum ta' elettriku fl-ammont ta' Lm48 miljun. Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant il-kontijiet dwar konsum dejjem ikunu cycle b'lura.
Leg 9 PQ #31449 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Vultaġġ Baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru żewġ sub stations waħda f'Bir id-Deheb, u l-oħra fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq li tanti huma bżonnjużi minħabba l-vultaġġ baxx li hem fl-inħawi? Jaf l-Ministru li dawn iż-żewġ sub-stations diġa ġew approvati tant li twaħħlu anke avviżi tal-PA u diġa ħareġ il-perless għalihom, u li sal-lum minkejja dan, għadu ma sar xejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt ix-xogħol fuq is-substation ta' Bir id-Deheb beda. Is-substation fl-iskola primarja ta' Ħal Għaxaq kellha tinbena mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Ix-xogħol ma nbediex minħabba li kien hemm oġġezzjonijiet mill-ġenituri tat-tfal li jattendu dik l-iskola.
Leg 9 PQ #31450 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta 59 bozza ġdida se jitwaħħlu f'posthom fir-raħal ta' Ħal Għaxaq? Jafx li dawn il-bozoz diġa ġew approvati kemm mid-Dipartiment tal-Finanzji u kemm mill-istess Enemalta, imma sentejn wara li ġew approvati dawn għadhom ma twaħħlux?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta għanda numru sostanzjali ta' talbiet biex jitwaħħlu lampi ġodda f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex. Minkejja li kull sena numru sew minn dawn it-talbiet jintlaqgħu, in-numru ta' talbiet ġodda dejjem jiżdied. Iż-żmien meta talba tiġi milqugħa jiddependi minn diversi fatturi fosthom kemm it-talba partikulari tkun fil-fatt urġenti. Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata b'din it-talba partikulari.
Leg 9 PQ #31281 Sitting 694 2002-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, 2000 u 2001 x'ċaqliq fil-prezzijiet kien hemm fil-konsum tal-ħin ħieles u divertiment kif imkejjel mill-indiċi uffiċjali? X'oġġetti u servizzi huma mkejla f'dawn l-indiċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fis-sezzjoni ta' entertainment l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jeżamina s-servizzi ta' entratura f'cinemas, diskoteki u teatri. Iċ-ċaqlieq fl-indiċi għal kull servizz matul l-aħħar tlitt snin kien hekk SEZZJONI 1999 2000 2001 ċinema 1.990 2.030 2.030 diskoteka 1.750 1.750 1.750 teatru 2.690 3.570 4.070
Leg 9 PQ #31278 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ordnijiet ta' xogħol rebħet il-Malta Shipbuilding Co. Ltd. fis-snin 1999, 2000 u 2001 sena b'sena? Xi strutturi kollha l-MSCL biex tfittex u tikseb ordnijiet ta' xogħol? X'riżultati tawdawn l-istrutturi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlitt snin minbarra xogħol fuq it-tlitt vapuri għall-kumpanija Gozo Channel, il-Malta Shipbuilding rebħet dawn l-ordnijiet. Mejju 2000 bini ta' struttura tal-ħadid għall-proġett ta' Bay Street - sub contract mill-kumpanija Motherwell Bridge. Marzu 2001 bini ta' barkun biex jintuża għat-tħaffir taż-żejt minn kumpanija barranija. Mejju 2001 tiswija ta' tankijiet taż-żejt għall-kumpanija Oil Tanking Co. Ltd. Ġunju 2001 kostruzzjoni ta' processing deck għall-vapur MV Ikdam li fuqu kienet qed issir conversion mit-Tarzna ta' Malta. Lulju 2001 bini ta' flare tower għall-istess vapur MV Ikdam. Awissu 2001 bini ta' partijiet minn jott ta' l-aluminium għall-kumpanija Bezzina Ship Repair Yard. Matul l-1999, il-kumpanija impjegat Chief Executive li assuma r-responsabbilta' tal-marketing, peress li sa dakinhar il-kumpanija ma kelliex dipartiment biex jaqdi din il-funzjoni. Meta s-sena l-oħra ċ-Chief Executive temm l-impjieg tiegħu, sar arranġament mat-Tarzna ta' Bormla biex id-Dipartiment tal-Marketing ta' dik it-Tarzna ikopri wkoll il-Malta Shipbuilding fl-isforzi tiegħu biex jattira xogħol lejn it-Tarznari ta' pajjiżna. Dan l-arranġament għandu jissaħħaħ aktar b'mod speċjali issa li t-tarznari qiegħdin jippruvaw jikkonsolidaw ċerti funzjonijiet amministrattivi.
Leg 9 PQ #31280 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bank of Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta li l-Bank of Valletta tilef flus li investa fl-Arġentina? Għaliex dam ma ħa passi biex inaqqas it-telf tiegħu hemmhekk minħabba s-sitwazzjoni li tant iddeterjorat fl-Arġentina?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-Bank of Valletta huwa ħamsa u tletin fil-mija tal-privat u kkwotat fil-Borża ta' Malta. Għaldaqstant ma għandi l-ebda nformazzjoni dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #31311 Sitting 693 2002-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Gozo Channel Co Ltd mill-bidu tas-sena? F'liema karigi ġew ingaġġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mill-bidu ta' din is-sena sal-lum ma ġewx ingaġġati nies mal-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #30710 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq il-Gargir

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Gargir il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat? Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Leg 9 PQ #30711 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq Ħal-iċ-Ċawl

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq Ħal-iċ-Ċawl il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat? Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Leg 9 PQ #30713 Sitting 692 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq il-Mezez

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Mezez il-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat? Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30708 waqt is-Seduta numru 691 tapplika għal din il-mistoqsija wkoll.
Leg 9 PQ #30708 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq ta' Masrija

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq ta' Masrija l-Mellieħa, jkun hemm dawl adegwat? Peress minħabba n-nuqqas ta' dawl u l-iżdingar ta' din it-Triq, saħansidra ġraw inċidenti lir-residenti, jista' l-Ministru jifhem l-urġenza ta' din it-talba li jiena qed nagħmel f'isem ir-residenti u japprova immedjatament l-istallazjoni ta' bozoz ġodda? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba sabiex it-triq imsemmija tiġi mdawwla aħjar, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra. Minħabba diversi fatturi, mhux possibbli li tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.