Għassa tal-Pulizija ta’ Ta’ Xbiex – karozzi tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ Ta’ Xbiex? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-lokalita’ Ta’ Xbiex taqa’ taħt il-ġuridizzjoni tal-Għassa ta’ l-Imsida u ma hemmx għassa f’din il-lokalita’. Il-vettura assenjata mal-għassa tal-Imsida thallaq din il-lokalita’ ukoll.
Għassa tal-Pulizija ta’ Ta’ Sliema – karozzi tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ Ta’ Sliema? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu għal-lokalità ta’ Tas-Sliema u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmt li assenjati mal-Għassa ta’ tas-Sliema hemm żewġ vetturi. Waħda minnhom tkopri id-distrett kollu ta’ tas-Sliema skond il-bżonn. Oħra tintuża esklussivament għax-xogħol tal-lokalita ta’ tas-Sliema. Hemm ċirkustanzi fejn il-karozza tal-għassa tal-Gżira tista tintuża wkoll, jekk ikun hemm il-bzonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-pulizija tal-Gżira? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità tal-Gżira u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari 19464 u 19466.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — assistent parlamentari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assistent parlamentari bejn is-sena 2008 u sena 2013 kien l-Onor. Dr. Beppe Fenech Adami. Fil-Ministeru ma nstab l-ebda rekords dwar il-ħidma li kien jagħmel bħala Assistent Parlamentari. Ninfurmah ukoll li dak iż-żmien l-assistent parlamentari kien jiġi mħallas mill-Parlament u għalhekk din id-domanda għadha tiġi mwieġba mill-parlament stess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19271 u jgħid kemm persuni tressqu mill-pulizija quddiem il-Qorti fuq moħqrija tal-annimali bejn l-2004 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? X’kienet l-età tagħhom? X’kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 20122.
Valletta Summit on Migration u ċ-CHOGM – suits għal AFM u l-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-membri tal-AFM li ser ikunu qed jagħtu sehemhom waqt il-Valletta Summit kif ukoll waqt iċ-CHOGM ser jingħataw żewġ suits għal dawk il-ġranet? Jista' jgħid jekk il-Pulizija hux ser jingħataw l-istess trattament, jiġifieri jekk hux ser jingħataw suits għall-istess attivitajiet? Jista' jikkonferma jekk il-kumpanija li ġiet inkarigata biex tissuplixxi dawn is-suits hijiex il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija ngħatatx dan l-inkarigu permezz ta' direct order jew jekk hux permezz ta' tender? Jekk ingħata permezz ta' tender jista' jgħid f'liema ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta ġiet ippublikata? Jista' jgħid kemm hu stmat li dawn is-suits ser jiġu jiswew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jinsab infurmat ħażin.
Jista' l-Ministru jgħid meta rriżenjaw l-ispetturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Korp tal-Pulizija? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġ spetturi ħallsux ir-reimbursement tal-kors universitarju li kienu għamlu meta kienu membri tal-Korp? Jista' jgħid kemm ħallsu individwalment għal dan il-kors? Jista' jgħid kemm kellhom servizz dawn l-ispetturi meta rriżenjaw mill-Korp?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ewwl spettur msemmi rriżenjat mill-Korp fis-7 t'Awwissu 2015 filwaqt li t-tieni spettur msemmi rriżenjat b’effett mit-3 ta' Settembru 2015. It-tnejn kellhom kważi erba’ snin servizz nieqes xi ftit gimgħat. Huma ħallsu l-penali pro-rata relatata mal-kors li kienu għamlu l-Universita' li kien iwassal għal Diploma in Policing. Huma ħallsu €553.39c u €533.55c rispettivament.
Identity Malta – extra duty mill-korp tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Pulizija qed jagħmlu extra duty mal-bini u l-uffiċini ta' Identity Malta li jinsab ġewwa Evans Building? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li l-konsulent tal-Korp tal-Pulizija, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tax il-parir / ordni biex dawn il-pulizija ma jibqgħux jitħallsu mill-Korp imma jibdew jitħallsu minn Identiy Malta?
Jista' jgħid jekk hux minnu li l-Korp tal-Pulizija ħareġ kont lil Identity Malta għal dan l-extra duty li nħadem mill-pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta? Jista' jgħid jekk hux minnu li Identity Malta qed tirrifjuta li tħallas dan il-kont pendenti ta' extra duty li ħadmu l-pulizija? Jista' jgħid jekk il-Pulizija tħallsux għal-extra duty li ħadmu ma' Identity Malta sal-aħħar ta' Ottubru 2015? Jista' jgħid għalkemm jammonta dan l-extra duty li nħadem mill-Pulizija ma' Identity Malta li għadu ma tħallasx la mill-Korp tal-Pulizija u lanqas minn Identity Malta? Jekk għadhom ma tħallsux, jista' jgħid meta ser jitħallsu l-pulizija għax-xogħol li ħadmu ma' Identity Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li filwaqt li parti mill-extra duty ġiet solvuta qed isiru diskussjonijiet fuq il-kumplament.
B'referenza għall-mistoqsija għall-mistoqsija parlamenatri 20441, jista' l-Ministru jgħid minn kien l-aġent involut mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kemm tħallas għas-servizzi tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ma għandi xejn xi nżid mar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 20441 għaliex il-kumpanija msemmija huma ship agents.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija tas-Swieqi? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huma esklussivament għal użu fil-lokalità tas-Swieqi u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-lum ma hemmx vettura assenjata speċifikament mal-Għassa ta’ Swieqi. Pero hemm tlett vetturi oħra fl-istess distrett li jistgħu jintużaw kif isir regolarment meta jkun hemn il-ħtieġa. Dawn huma iż-żewġ vetturi assenjati l-Għassa ta’ San Giljan u waħda ta’ San Gwann.
Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann – karozzi tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ San Ġwann u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan – karozzi tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-pulizija assenjati mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid mill-karozzi assenjati kemm huwa esklussivament għal użu fil-lokalità ta’ San Ġiljan u fil-każ li hemm karozzi mislufa bejn aktar minn għassa waħda, kemm hu n-numru ta’ dawn il-karozzi u ma’ liema lokalità qegħdin jiġu mislufa?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-karozza tal-pulizija li kien hemm assenjata mal-għassa tas-Swieqi sa ftit tax-xhur ilu, ittieħdet biex isservi lokalitajiet oħrajn u allura l-għassa tas-Swieqi qed ikollhom jisselfu l-karozza, ġeneralment mill-għassa ta' San Ġiljan, u dan b'diffikultà peress li l-għassa ta' San Ġiljan għandha biss żewġ karozzi (dik uffiċjali u oħra temporanja) u ġieli qed ikun hemm ċirkostanzi fejn iż-żewġ karozzi jkunu qed jintużaw ġewwa San Ġiljan u allura l-lokalità tas-Swieqi tispiċċa mhix moqdija? Jista' jara li l-għassa tas-Swieqi tingħata karozza mingħajr iktar dewmien? Jista' jgħid meta l-għassa tas-Swieqi se tingħatalhom karozza u ma jkollhomx bżonn joqogħdu jisselfu minn distrett ieħor?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-għassa tal-pulizija ta’ San Ġwann m’għandhiex karozza tal-pulizija assenjata lilha, tant illi l-għassa ta’ San Ġwann qed ikollha tissellef karozza assenjata lil għassa oħra u b’riżultat ta’ dan ġieli qed ikun hemm ċirkostanzi fejn l-għassa ta’ San Ġwann ma tkunx tista’ taqdi d-doveri tagħha lejn il-lokalità? Jista’ jara li l-għassa ta’ San Ġwann tingħata karozza mingħajr iktar dewmien? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-għassa ta’ San Ġwann se tingħatalhom karozza u ma jkollhomx bżonn joqogħdu jisselfu minn distrett ieħor?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 19461.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19271 u jgħid kemm persuni tressqu mill-pulizija quddiem il-qorti fuq moħqrija ta' annimali bejn l-2004 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm kienu nisa? X’kienet l-età tagħhom? X’kienu s-sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah wkoll li dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż, weħlu pieni skont il-parametri tal-liġi li jinkludu; piena karċerarja, proċediment eżawrit, twiddiba, multa, konfiska, sentenzi sospizi, probation u liberta’ kondizzjonata. Il-każijiet l-oħra għadhom pendenti quddiem il-Qorti. L-eta’ ta’ dawn il-persuni kienet tvarja bejn d-19 u s-87 sena’.
Persuni mressqa l-qorti fuq tlajjar għall-skop ta’ prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19266 u jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u jgħid f’liema lokalitajiet inqabdu? Jista’ jgħid x’pieni ngħataw?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-2008 u Settembru 2015 ġew imressqa quddiem il-Qorti ħames mija w tmienja u tmenin (588) persuna li bejniethom kienu akkuzati 3,518 darba fuq akkuzi ta’ tlajjar għall-iskop ta’ prostituzzjoni. Il-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, liberta’ kundizzjonata, multi u ċanfir u twiddib. Il-lokalitajiet li dawn inqabdu jitlajjaw kienu l-Gżira, il-Marsa, l-Imsida, ir-Raħal Ġdid, tas-Sliema, f’Ta’ Xbiex u f’Marsalforn, Għawdex. L-etajiet ta’ dawk involuti jvarjaw bejn it-tlettax u l-erbgħa u sittin sena. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-qorti – akkużat li għexu minn qliegħ ta’ prostituzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19267 u jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq akkużi li għexu minn qliegħ ta' prostituzzjoni mill-2008 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom u x’kienu l-pieni mogħtija ? Jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-2008 u Settembru 2015 ġew imressqa quddiem il-Qorti, fuq akkużi li għexu minn qligħ ta' prostituzzjoni, erba’ w erbgħin (44) persuna li minnhom ħdax (11) kienu ta’ nazzjonalita’ barranija, din l-informazzjoni tidher f’tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.. Sbatax (17) minnhom ġew misjuba ħatja u weħlu pieni li huma kkontemplati fil-liġi. Dawn ivarjaw minn priġunerija, sentenza sospiża, konfiska, ordni ta’ protezzjoni, probation u multi. Is-sebgħa w għoxrin (27) persuna l-oħra għad għandhom il-każ tagħhom pendenti. L-informazzjoni mitluba hija kif tidher f’tabella ‘B’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru responsabbli jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għaliex qiegħed isir ksur ta' liġi rigward permess ta' bejjiegħ tal-ħaxix?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn indagni li għamlet il-Pulizija jirriżulta li l-persuna li ddetalji tagħha ngħataw separatament, għandha permess mill-Awtorita tal-Artijiet biex topera bħal ‘hawker’. Madankollu l-istess persuna m’għandix permess maħruġ mid-Dipartiment tal-Kummerċ sabiex taġixxi bħala ‘hawker’. Il-bejjiegħ l-ieħor tal-ħaxix ghandu permessi ta’ ‘hawker’ kemm mil-Awtorita tal-Artijiet u kif ukoll dak tad-Dipartiment tal-Kummerc
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif il-Forzi Armati Maltin, qed jipparteċipaw fil-proċess li jassiguraw level playing field fin-negozju? X’sar s’issa f'dan ir-rigward mill-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jamplifika aħjar id-domanda
Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – persuni rtirati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u issa rtiraw mix-xogħol? Kemm minn dawn għamlu hekk wara 25 sena servizz? Kemm hemm persuni f'dan id-Dipartiment li għadhom jaħdmu minkejja li għalqu l-25 sena servizz?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Ottubru 2015 kien hemm disa’ (9) persuni li rtiraw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Seba’ minn dawn il-persuni rtiraw wara li għalqu l-ħamsa u għoxrin sena servizz. Wiehed (1) wara li ġie promoss għall-Direttur f’dipartiment ieħor tal-Gvern u l-iehor (1) irtira biex mar jaħdem fil-privat.
Fil-pre¿ent hemm 31 persuna oħra li għalkemm għalqu l-ħamsa u għoxrin sena servizz għadhom jaħdmu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Tnejn (02) minn dawn il-31 persuna applikaw għal-pre retirement leave u ser jitterminaw l-impjieg tagħhom fil-ġimgħat li ġejjin.
Hemm persuna oħra li ser tittermina l-impjieg tagħha minn mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fil-gimgħat li ġejjin minħabba l-eta` u mhux wara ħamsa u għoxrin sena servizz.