Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21335, 21683, 21982 u 22151 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21976, jista' il-Ministru jgħid min ipprepara r-rapporti msemmija u kemm tħallas għal dan is-servizz, kull rapport separatament?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-segwenti rapporti:
*Better Public Transport (2005);
*Park and Ride Projects (2005);
*Report or Road Projects (2006);
*Consultancy re Fort St. Elmo (2004); u
*Proposals on Harbour Developments (2005)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-rapport Halcrow ta’ Better Public Transport (2005) li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’seduta numru 460 għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari numru 21845.
Ir-rapport tal-
Park and Ride Projects
(2005) qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra filwaqt li r-Rapport
on Road Projects
(2006) huwa dokument intern li mhux opportun li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f’dan l-istadju.
Il-
proposals on Harbour Developments
(2005) ma kienx rapport
per se
imma pariri bil-miktub dwar diversi materji li jirrigwardaw is-suġġett.
Dwar
consultancy re Fort St Elmo
(2004) nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal korrezzjoni li saret għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 21976.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi ġodda matul is-sena, maqsuma skond id-ditta u ċilindraġġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ma tistax tiġi mogħtija kif mitluba. L-informazzjoni dwar id-ditta tista' tiġi meqjusa bħala informazzjoni kummerċjali.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' vetturi li ġew reġistrati mill-1 ta' Jannar sa Settembru 2006, skond it-tip tagħhom.
Jista' il-Minsitru jieħu passi xierqa u meħtieġa biex isiru traffic lights/pelican lights quddiem il-kappella ta' l-Adorazzjoni fi Triq it-Torri Tas-Sliema (ħdejn il-kunvent tal-Karmelitani) u dan peress li ħafna anzjani jaqsmu minn din l-akkwata perikoluża biex imorru f'din il-kappella u biex jidħlu l-knisja tal-Karmnu mill-bieb tal-ġenb?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta irriżulta li l-post indikat għall-traffic/pelican light mill-Onorevoli Interpellant jinstab 110 metru bogħod miż-zebra crossing ta’ ħdejn il-Knisja tal-Karmnu u 109 metru bogħod mill-pelican crossing biswit k/m Triq San Franġisk.
Skond il-kriterji ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta, id-distanza minima bejn żewġ
pedestrian crossings
m’għandiex tkun anqas minn 200 metru u għalhekk il-post indikat f’din il-mistoqsija parlamentari huwa viċin wisq tal-
pedestrian crossing
eżistenti fi Triq it-Torri.
Minn
speed survey
li sar fuq il-post irriżulta li l-85
th Percentile Dry Weather Speed
tat-triq huwa 44km/h u għaldaqstant, skond l-i
standards
, hemm bżonn ta’ linji ta’ viżibilità ta’ mhux anqas minn 50 metru, li f’dan il-każ, karozzi ġejjin min naħa ta’ San Ġiljan ma jkollhomx tali viżibilità.
Għaldaqstant mhux rakkommandat li ssir
pedestrian crossing
fil-post indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.
Jista' il-Ministru jiċċekkja jekk il-qlib tat-triq fi Triq Żebbuġ, Ħ'Attard speċjalment fil-parti eżatt qabel il-benniena, tistax tiġi rranġata għax l-ilma tax-xita qiegħed dejjem ixaqleb fuq il-bini tan-nies b'kawża li jgħarraq l-entraturi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21833, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' dan il-footway bridge propost fi Triq is-Sebh, Ħal Qormi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-footway bridge propost fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21018, jista' il-Ministru jgħid fejn intrema' it-terrapien tax-xogħol fit-triq Għajnsielem/Xewkija? Jista' jgħid kemm kien hemm vjaġġi ta' terrapien li ġie mormi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li 4,300 metri kubi ta' materjal ġie mħammel s'issa. Parti minn dan il-materjal ġie magħżul u merfuħ għal użu fil-futur, filwaqt li ammont ieħor ġie mormi fil-barrieri ta' fuq il-Qawra propjeta ta' John Mizzi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21137, 21329 u 21565 u ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett ta' footway bridge f'Imrieħel bypass f'Ħal Qormi hekk kif propost f'applikazzjoni quddiem il-MEPA PA5852/06? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta dan ix-xogħol wara li jkunu nħarġu l-permessi neċessarji?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-ADT qegħda tipprepara d-dokumenti sabiex tiġi ppublikata sejħa għall-offerti għall-bini ta' dan il-pedestrian bridge. Hu ppjanat li sejħa għall-offerti tiġi ppublikata f'Jannar u x-xogħol jitlesta sa Awissu ta' l-2007.
Jista' il-Ministru jara jinvestigax il-possibbiltajiet li tissolva l-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat minħabba li qed tħalli impatt negattiv fuq saħħet ir-residenti u t-turisti, minħabba trabijiet li qed tikkawża?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-impjegati ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, mill-grad ta' assistent direttur 'il fuq, u kif ġew maħtura fil-kariga li qed jokkupaw illum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid b'kemm mistenni jinqabeż il-valur stmat fit-tender tal-Bypass tax-Xemxija? X'inhi r-raġuni għal dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Dan il-proġett huwa stmat li ser jiswa' LM3,009,445.36 u għaldaqstant b’żieda globali stmata LM454,721.68.
Din iż-żieda hija primarjament kkawżata minħabba:-
- is-sodda ta’ taħt it-triq eżistenti, hija dgħajfa ħafna u dvarja b’mod konsiderevoli u l-struttura tat-triq kella tinbidel.
- introduzzjoni ta’
frenchdrain
biex jiġbor l-ilma tax-xebgħa li jiġi għal ġo l-istruttura tat-triq minn naħa tal-Wardija,
biex ma jagħmilx ħsara lill-istess struttura.
- żieda fl-ammont ta’ xogħlijiet relatati ma’, bidla u/jew installar ta’ servizzi ta’ entitajiet differenti
- introduzzjoni/rinfurzar ta’ ħitan biex jilqgħu t-triq.
- kontinġenza ta’ 10% (LM273,585.94), li ġiet inkluża minħabba l-possibilta ta’varjazzjonijiet fit-terren li jistgħu jiltaqgħu matul il-proġett.
F’din l-istima m’hemmx inkluż tiswijiet/strutturi neċessarji fin-naħa ta’ Tal-Fjuri u xogħlijiet ta’
landscaping
li qed ikunu kkunsidrati b’mod separat.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li tiġi nstallata speed camera fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta minħabba l-problema ta' over speeding li hemm f'din it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21962 u jara jekk jistax jinbidel u jitwessa' l-culvert fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta minn nru. 160 'il fuq fid-direzzjoni ta' Birkirkara minħabba li dan mhux qed ilaħħaq ma' l-ilmijiet tax-xita u qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l-inħawi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li wara l-ispezzjonijiet li saru il-każ sa jgħaddi għand id-Design Section sabiex jiġi verifikat jekk ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant jistax issir.
Ninsab infurmat ukoll li ftit xhur ilu dan il-
culvert
ġie mnaddaf mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm telqu persuni mill-Awtorita' dwar it-Trasport matul is-sena 2005 u s-sena 2006? Meta telqu għal kull każ u x'kienet ir-raġuni? Jista' jgħid ukoll jekk dawk li telqu ngħatawx xi flus jew le?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21740 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li fetħiet li hemm fis-centre strip ta' l-Imtarfa bypass jiġu magħluqa peress li huma ta' periklu kbir minħabba vetturi li jaqsmu minn naħa għall-oħra tat-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-fetħiet li hemm fis-centre strip ta’ l-Imtarfa Bypass li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant saru sabiex ikunu jistgħu jintużaw f’każ ta’ inċident jew emerġenza fil-karreġġjata li tagħti għall-Belt.
Sabiex jitnaqqas l-abbuż mis-sewwieqa u l-periklu tal-karozzi li jaqsmu t-triq, l-Awtorita’ ta’ Trasport ta’ Malta ser timplementa
removable bollards
li jkunu jistgħu jitneħħew f’każ ta’ emerġenza.