Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret mill-Awtorità tal-Kommunikazzjoni ta’ Malta lill-operaturi tat-oelekommunikazzjoni sabiex jagħtu kumpens monetarju lill-klijent fejn il-kwalità tas-servizz ma tkunx intlaħqet waqt il-kuntratt? Jista’ jgħid kemm kien hemm talbiet bejn l-2008 u l-2012?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li r-rwol tal-Awtorita f'dan il-kuntest hu primarjament li meta jaslu għandha ilmenti ta' din ix-xorta l-ewwel tipprova tagħmel ħidma ta' medjazzjoni bejn l-operatur konċernat u l-utent biex dawn jaslu f'ftehim aħħari. F'każ li dan, minkejja l-intervent tal-Awtorità, ma jseħħx, l-Awtorità a tenur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur [Kap. 378] tista' tissuġġerixxi lill-utent li jressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur imbagħad sta għat-Tribunal biex jeddeċiedi jekk l-utent għandux jingħata kumpens u jekk iva kemm.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta qed taħdem magħhom sabiex toffri l-185 wifi public hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid min jieħu ħsieb il-parental filtering ta’ dawn il-hotspots kollha? Kemm jiġi updated dan il-filtering minn dawn il-public wifi hotspots? Min qed jieħu ħsieb dan il-proġett u l-update tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-entitajiet huma: - Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
- Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima
- Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar
- Ministeru għas-Saħħa
- Awtorità Maltija għat-Turiżmu
- Transport Malta
- Dipartiment għall-Gvern Lokali
- Kunsill Lokali Ħal Kirkop
- Kunsill Lokali Sliema
- Kunsill Lokali San Gwann
- Kunsill Lokali Zurrieq
- Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar
- Segretarjat tal-Prim Ministru
- Kunsill Lokali Belt Valletta
- Reġjun Nofsinhar
- Banif Bank
- Kunsill Lokali H'Attard
- Millennium Chapel
- Kunsill Lokali Hal Qormi
- Arkivji Nazzjonali ta' Malta
- Kunsill Lokali ta' Birkirkara
Il-filtering huwa responsabbilta’ tal-ISP (GO). Il-filters użati jisimhom "Barracuda Filtering" u "Smoothwall Filtering" u jiġu updated darbtejn fil-ġimgħa.
Il-proġett huwa responsabbilta’ tal-Malta Communications Authority. B'kollox hemm 190 WiFi spots.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux se jkopri l-kariga ta’ chairman eżekuttiv tal-Lotteries and Gaming Authority u x’se jkun il-pakkett ta’ rimunerazzjoni lilu inkluż bonuses u allowances oħra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija għandu l-kariga ta’ chairman eżekuttiv tal-Lotteries and Gaming Authority b’salarju ta €68,500 bħala CEO, €13,000 bħala Non-Executive Chairman, karozza , fuel, mobile phone u Health Insurance.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru inkluż is-segretarji parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku – riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitività u Tkabbir Ekonomiku f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li offrew ir-riżenja tagħhom, kif ukoll lista tal-persuni ġodda li nħatru mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetitivita’ u Tkabbir Ekonomiku. Bħalma jsir normalment qabel kull elezzjoni, iċ-chairpersons u l-Membri tal-Bordijiet u Kumitati offrew ir-riżenja tagħhom.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — transfers ta' impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 458 u jagħti informazzjoni dwar kemm saru transfers fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-12 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni dettaljata dwar min kienu l-persuni milquta, il-postijiet minn u fejn imxew u jekk it-transfers sarux fuq talba tal-individwu jew le?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Riżenja ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li offrew ir-riżenja tagħhom, kif ukoll lista tal-persuni ġodda li nħatru mill-Ministeru ghall-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żgħar. Bħalma jsir normalment qabel kull elezzjoni, ic-Chairpersons u l-Membri tal-Bordijiet u Kumitati offrew ir-riżenja tagħhom.
Il-Copyright Board għadu ma ġiex iffurmat waqt li Ricasoli Tank Cleaning Ltd u Malta Export Credit Insurance Co Ltd għaddejjin mill-proċess ta likwidazzjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar minn ministeru preċedenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija, mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ppubblikat direttorju pprintjat ġdid tal-fixed lines li jinkludi numri tat-telefown ta’ postijiet residenzjali kif ukoll kummerċjali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni qiegħda attivament issegwi l-proċess biex tassigura li d-direttorju jiġi stampat kemm jista’ jkun fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiġi importat materjal radjuattiv f’Malta kull sena? Min jagħmel użu minnu? Min hu responsabbli għat-trasport tiegħu? Fejn u kif jiġi dispost materjal żejjed jew il-by products tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Malta Government Technology Investments – Tnaqqis fil-Budget
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Malta Government Technology Investments approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa aktar tard mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex ittellgħet il-MITA Awards Night? Minn din l-ispiża kemm kienet in-nefqa fuq l-ikel u x-xorb? Għal kull spiża, lil min ingħata s-servizz u jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ġiex mogħti permezz ta’ direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża biex ittellgħet il-MITA Awards for Excellence se tilħaq madwar €19,800. Il-Budget allokat għal din l-okkazzjoni kien ta’ €20,000. Minn dan l-ammont in-nefqa fuq ikel u xorb kienet ta’ €11,800.
Ta’ min isemmi ukoll li din is-sena kien hemm rekord ta’ attendenza ta’ impjegati kif ukoll numru rekord ta’ awards mogħtija.
Qed inpoggi rendikont tad-dettalji kollha mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar ukoll lil Onor. Interpellant li bejn 2008 u 2011, l-ispiza fuq din l-attività dejjem qabżet il-budget allokat. Speċifikament fl-2011, l-ispiża totali laħqet €30,646 jew aktar minn €10,600 tal-budget li kien allokat.
B’referenza għall-iskema tas-Second Step training program offrut mill-MITA b’għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew, fejn l-applikanti jirċievu diploma nazzjonali fl-ICT bla ħlas, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-2010 u fit-tieni sejħa fl-2011? Jista’ jgħid jekk dan il-programm ġiex estiż fl-2012? Jista’ jgħid jekk is-Second Step training program huwiex se jerġa’ jiġi estiż fl-2013 mill-Fond Soċjali Ewropew jew allokazzjoni mill-Gvern Malti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li fl-2010 kien hemm 164 applikazzjoni, filwaqt li fit-tieni sejħa li saret fl-2011 kien hemm 82 applikazzjoni. Fl-2012 dan il-programm ma ġiex estiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-MITA approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima – Tnaqqis fil-Budget
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget dovut lill-Istitut Internazzjonali għal-Liġi Marittima li ġie approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Privatisation Unit approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-MIMCOL approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Bord tal-Koperattivi approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Id-dettalji dwar il-budget ikunu magħrufa nhar it-Tnejn 4 ta' Novembru meta jinqara l-budget mill-Ministru tal-Finanzi.