Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-programm ta' xogħlijiet u rranġar ta' widien f'Malta u Għawdex għas-sajf li ġej?
Jista' l-Ministru jara li jinkludi t-tħammil ta' Wied il-Għasel, Burmarrad peress li dan il-wied, meta jfur bl-ilma tax-xita, qed jikkawża ħsarat kbar lill-bdiewa ta' Burmarrad?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ġie nnutat u ser nara x'passi jistgħu jittieħdu. Sadanittant ser jibda x-xogħol fuq Wied Babu limiti taż-Żurrieq u Wied il-Kbir, limiti ta' Ħal-Qormi.
Il-Ministeru jew xi entita' li jaqgħu taħtu għandhom xi tagħrif dwar l-impatt ambjentali ta' l-irziezet tal-ħut li għandna fl-ibħra ta' pajjiżna? Jista' jgħid x'irriżulta minn dan it-tagħrif dwar l-impatt ambjentali ta' l-irziezet tal-ħut?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16035 (Seduta 293).
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Cottonera Rehabiliation Committee?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-membri tal-Cottonera Rehabilitation Committee huma dawn:
Chairman:
---------
Is-Sur Chris Spiteri B.E.&A (Hons), MSc(Edin), A&CE
Members:
--------
Is-Sur Lorenzo Zahra
Is-Sur Maurice V Debono B.Pharm, BSc Spec (London), MinstP
Is-Sur Paul Muscat
Is-Sur John Boxall
Is-Sur James Farrugia
Is-Sur Mark Lombardo
Is-Sur Albert Borg
Is-Sur Lawrence Farrugia
Is-Sur Michael Zarb
Is-Sur Vince Cassar A&CE - Direttur Ġenerali (Taqsima tax-Xogħlijiet)
Secretary/Coordinator:
----------------------
Is-Sur Ray Bondin MA Bar. Stud.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-kaċċaturi jkunu jistgħu jisparaw minn secondary roads, jistgħux dawn joqogħdu għall-kaċċa f'dawn it-toroq, jimxu b'arma mikxufa f'dawn it-toroq u jistgħux jisparaw x'ħin ikun hemm karozzi jew persuni jimxu fil-viċinanzi tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bit-tibdil fir-regolamenti tal-kaċċa u l-insib għalkemm huwa permissibli li wieħed jispara minn ħdejn triq sekondarja jew mgħodija fil-kampanja, mhux permissibli li wieħed jispara fid-direzzjoni ta' triq sekondarja u mogħdija fil-kampanja jew mit-triq. Kaċċatur għadu mitlub li jimxi fi kwalunkwe triq bl-arma fil-għata.
Sparar minn triq prinċipali jew arterji ma jistax isir jekk mhux aktar minn 50 metru 'l bogħod. U sparar ma jistax isir jekk mhux aktar minn 200 metru minn post abitat, jew raħal jew belt.
Jista' l-Ministru jara li l-bini tal-Maċina, Isla, li jinsab abbandunat u mitluqa jiġi rranġat jew almenu t-twieqi jiġu magħluqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-lapida antika li hemm taħt l-arkata fil-bini tal-Maċina, Isla, li tagħti lejn il-baħar, tiġi minnufih mnaddfa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-ħajt tal-ħadid mqatta', mitluq u abbandunat li hemm mwaħħal mas-swar tul Bastion Street, Isla, jiġi debitament maqlugħ billi ma hemmx aktar lok għalih? Jista' wkoll jara li l-ħaxix, imbarazz, eċċ. li hemm imwaħħal mas-swar jiġi maqlugħ? Jista' jsir ħadid fuq il-parti ta' fuq tal-passaġġ sabiex iżomm lil dak li jkun milli jaqa' kif jista' jseħħ illum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara jekk teknikament u ovvjament mingħajr ma jsirilha ħsara huwiex possibbli li l-istatwa ta' San Mikiel ġewwa l-belt Sengleana tiġi maqlugħa minn fejn qiegħda preżentament u teħel mas-sur ta' San Mikiel fejn forsi jixirqilha aktar ġieh u attenzjoni minn fejn tinsab?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li ngħataw xi kuntratti jew 'direct orders' mill-Ministeru għall-Ambjent minn Settembru 1998 sa llum lid-ditta msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol relatat ma' drenaġġ fi Triq l-Ispirtu s-Santu fiż-Żejtun, eżattament fi djar numri 40 u 41, minħabba li wara inspection li saret irriżulta li kien hemm main maqsum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din hija triq dejqa ħafna. Diġa' mar kuntrattur biex iħaffer fuq dan il-main xi sena ilu, iżda minħabba l-kwantita' ta' servizzi, speċjalment ta' cables, dan it-tħaffir ma kienx possibbli, it-trinka ntradmet u x-xogħol ma tkompliex. Qiegħed isir studju fuq sistema ġdida ta' in-lining, fejn it-triq nippruvaw ma nkisruhiex.
Aktarx li dan il-fawran ġie kkaġunat minn xogħol ħażin ta' trinek ta' kuntratturi oħrajn f'din it-triq.
Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li t-taraġ magħruf bħala tad-Dikkiena, Wied iż-Żurrieq, għadu sprovist minn ilqugħ/railing meta dan it-taraġ huwa tant perikoluż?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed isir fuq l-istatwa ta' San Mikiel ġewwa l-belt Sengleana?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-mina magħrufa bħala ta' Sant'Anna ġewwa l-belt Sengleana tiġi mnaddfa u rranġata għall-istat oriġinali tagħha billi jitqaxxru l-ħitan u jerġa' jinżel fejn kien il-livell tat-triq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Billi l-ko-ordinatur tal-Cottonera Rehabilitation Committee huwa msiefer, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jibgħat numru sew ta' impjegati tad-dipartiment ta' l-ambjent ġewwa Triq il-Vitorja, Isla, speċjalment fil-parti ta' San Filippu sabiex din tiġi mnaddfa mill-kwantita kbira ta' trab li nġabar frott xogħol li sar hemm?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-parti li qiegħda quddiem il-Maċina, Isla, fuq in-naħa tal-lemin inti u dieħel fil-bieb ta' Dock Numru 1, titnaddaf kompletament billi hija mitluqa u minn hemm jgħaddu diversi Maltin u turisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif li kien isir kull sena fl-isprall ta' triq li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, minħabba li qegħdin joħorġu ħafna wirdien u ġrieden?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.