Legislature:
Category:
Reset
Active:

Importazzjoni ta' ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet importata ċanga minn barra fl-ewwel ħmistax ta' Jannar 2000 u fl-ewwel ħmistax ta' Jannar 2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel ħmistax tas-sena 2000 ġew impurtati 58,117 kilogrammi ta' ċanga, filwaqt li fl-istess perjodu tas-sena 2001 ġew impurtati 166,255 kilogrammi ta' ċanga. Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-ammont ta' ċanga impurtat f'Jannar ta' l-aħħar tlett snin kien kif ġej: 1999 403,386 kilogrammi 2000 227,568 kilogrammi 2001 205,130 kilogrammi
Leg 9 PQ #22931 Sitting 481 2001-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Organisation of the Market in Milk and Milk Products

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-produtturi tal-ħalib Maltin u Għawdxin sabiex il-Gvern Malti jinfurmahom bis-sistemi u regoli ta' l-organisation of the market in milk and milk products ta' l-UE (l-OMMP) matul 1999 u 2000? X'punti tqajmu mir-raħħala u/jew mill-kooperattiva tagħhom f' dawn il-laqgħat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar laqgħa saret fl-14 ta' Diċembru 2000 mal-KPH waqt meeting ta' l-S.I.M. fejn ġiet diskussa l'Acquis tal-Unjoni Ewropeja u punti relatati ma' l-istess Acquis.
Leg 9 PQ #22932 Sitting 481 2001-01-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Soya Bean

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għola l-prezz tas-soya bean f'Ġunju u f'Diċembru fis-sena l-oħra meta pparagunat ma' Jannar ta' l-istess sena 2000? Jista' jgħid jekk il-Gvern huwiex se jissussidja din ż-żieda fil-prezz tas-soya bean sabiex ma jbatuhiex il-produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prezz tas-Soya Bean Meal ivarja minn jum għall-ieħor skond is-suq. Minn informazzjoni miġbura jidher li l-prezz tas-Soya Bean Meal żdied xi ftit minn Jannar sa' Diċembru 2000 b'madwar US$30 it-tunnellata. F'Ġunju 2000 il-prezz kien bejn wieħed u ieħor l-istess bħal ma kien f'Jannar. Il-prezz sa' issa għadu ma jiġġudifikax sussidju.
Leg 9 PQ #22733 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Baqar — BSE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestewx it-testijiet tal-BSE fuq il-merħla tal-baqar? Jista' jgħid x'irriżulta f'dawn it-testijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet validati fid-dinja jsiru biss fuq il-karkassi. Fil-fatt id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji diġa għamel arranġamenti biex jibdew isiru dawn it-testijiet. Dawn mistennija jaslu Malta fil-bidu ta' Frar. Ninfurmah ukoll illi diġa intbagħtu tekniċi l-Irlanda biex jiġu mħarġa fuq dawn it-testijiet.
Leg 9 PQ #22659 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-sajjieda li riċentement ħadu l-għajnuna finanzjajra mid-dipartiment tas-sajd? Jista' jinfurmana mil-liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġejjien dawn is-sajjieda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tingħata l-ebda għajnuna mid-Dipartiment tas-Sajd. L-għajnuna li tingħata mill-Ministeru tingħata fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-Għoti u Self u tkopri kemm bdiewa, kemm raħħala u kemm sajjieda. Din il-Kummissjoni tikkonsidra talbiet għal għajnuna f'żewġ forom - Sussidji ta' imgħax fuq self Għotja ta' flus skond formola u kriterji pre-stabbilita Fl-aħħar xahrejn tas-sena l-oħra ingħatat għajnuna lil 7 bdiewa u lil 11-il sajjied għal ammont totali ta' Lm 75,134. Dawn ġejjin min dawn il-lokalitajiet : Post Bdiewa Sajjieda Balzan 1 B'Bugia 1 Għawdex 1 Ħaż-Żebbuġ 1 Mġarr 3 M'Xlokk 7 Rabat (Malta) 1 Siġġiewi 1 Żurrieq 2 Ma huwiex il-każ li jiġu ppubblikati ismijiet ta' individwi u s-somom li rċevew. Pero' nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li fost dawk li rċevew l-għajnuna riċemtement kien hemm min kellu t-talba tiegħu approvata iktar minn 4 snin ilu, u xorta din l-għajnuna kien għadu ma rċevijiex. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant ukoll li l-provenjenza ta' dawk il-bdiewa u sajjieda li kienu intitolati għal għajnuna ma għanda l-ebda relevanza fuq il-proċess tad-deċiżjoni kif tixhed l-informazzjoni li qed nagħtih. L-ammonti li jingħataw jinħadmu fuq kriterji perċentwali fuq l-ammont li ħallas l-individwu fuq ċerta xogħlijiet u tagħmir. Infakkar li l-Onor. Interpellant li spiċċa ż-żmien meta kienu jiġu mgħejjuna bdiewa/raħħala/sajjieda li jkunu ġejjin minn xi distrett elettorali partikolari.
Leg 9 PQ #22557 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mosta — Ta Mlit

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-evalwazzjoni li saret dwar il-petizzjoni li ġiet preżentata fil-Parlament għan-nom tar-residenti Mostin tal-Qasam tad-Djar ta' Mlit u tal-madwar? Jista' jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi tat-talbiet tar-residenti peress li r-residenti Mostin qed jiffaċjaw inkonvenjent kbir? Peress wkoll li f'seba snin l-kunsill tal-Mosta ma għamilx embellishment f'dawn l-inħawi minkejja li hemm djun kbar ta' flus akkumulati ta' xogħlijiet li saru fl-inħawi oħra tal-Mosta f'dan il-perjodu u cioe jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa li jaqgħu taħt ir-responsabbilita tad-dekasteru tiegħu sabiex titwettaq ix-xewqa tar-residenti Mostin u l-qasam residenzjali ta' Mlit ma jkomplix jitħalla abbandunat.

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20144. Il-manteniment u l-embellishment tal-Housing Estate Ta' Mlit ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Inżid ngħid li mhux il-każ li d-dipartiment jindaħal fl-awtonomija tat-tmexxija tal-kunsill tal-Mosta.
Leg 9 PQ #20166 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' spezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru din is-sena f'Malta u f'Għawdex separatament? X'riżultati nkisbu u x'tagħrif ġie mogħti dwar ir-regoli tal-UE lill-produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20613.
Leg 9 PQ #22619 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Marsaxlokk — Slipway

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq is-slipway f'Marsaxlokk?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ngħarraf lill-Onoveroli Interpellant li f'Marsaxlokk hemm diversi slipways, u xogħol isir fuq xi waħda jew oħra minnhom b'mod regolari. Diġa ġie kważi finalizzat ix-xogħol amministrattiv għal allokazzjonijiet tax-xogħolijiet sabiex meta, fil-futur qarib, il-baħar jofrogħ, jiġifieri l-kundizzjonijiet ikunu ideali għax-xogħol biex dan ix-xogħol ikun jista' jiġi mwettaq.
Leg 9 PQ #22289 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kunsilli Lokali — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk il-kunsilli f'Malta li għandhom kontijiet pendenti x'jitħallsu mad-Dipartiment tal-Agrikoltura? Kemm huwa l-ammont u għal kemm-il sena ilu pendenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella segwenti: 1995 1997 1998 1999 2000 * Attard 582.00 Birgu 368.36 Dingli 463.62 Furjana 304.72 Kalkara 316.66 Kirkop 694.52 697.86 Marsascala 1235.78 Mosta 20034.06 3636.22 5454.33 5454.33 Mtarfa 61.22 Paola 1737.15 Pieta 1424.41 Qormi 201.16 Rabat 903.32 San Pawl il-Baħar 1559.00 Siġġiewi 3.87 Ta’ Xbiex 2759.49 Valletta 113.97 1336.68 Żebbuġ 394.32 Żejtun 2328.58 Nota : 2000 * - l-ewwel disgħa xhur
Leg 9 PQ #22582 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fish Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' ħut mill-fish farms Maltin matul is-sena 2000? Kemm minn dan it-total ġie esportat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Fish Farms Maltin matul is-sena 2000 hu kkalkulat li produċew madwar 1,745 tunnellata metrika u esportaw madwar 1,658 tunnellata metrika.
Leg 9 PQ #22593 Sitting 469 2001-01-16 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-arranġament ta' ħlasijiet ta' nofs bolla għas-sajjieda f'Marsaxlokk peress li ormai jinsabu sena u nofs b'lura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nispjega lill-Onor. Interpellant illi l-għajnuna fuq il-bolla mħallsa mill-bdiewa u s-sajjieda tingħata f'forma ta' rifużjoni ta' nofs dak li tkun tħallas mill-individwu f'dik is-sena. Għaldaqstant hija ħaġa loġika li l-applikazzjonijiet għal din ir-rifużjoni jintlaqgħu wara li tispiċċa s-sena 'in kwestjoni'. L-applikanti kollha li applikaw għas-sena 1999 tħallsu fis-sena li għaddiet.
Leg 9 PQ #22267 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Enerġija Solari

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet? Jekk le, jista' jikkonsidra li sena d-dieħla jsir dan l-istudju?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dan il-Ministeru ma għamel l-ebda studju sabiex xi bini tiegħu jibda juża enerġija solari. Studju bħal dan isir mill-entitajiet kompetenti bħala parti minn programm imfassal mill-Gvern.
Leg 9 PQ #22403 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Karti bla watermark

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000? Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22219 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni ta' Awrat u Spnott

Question

Peress li matul l-amministrazzjoni preċedenti kien inxtara chillers għall-MAC biex ikessaħ l-ilma u jżomm it-temperatura ideali għall-ispnott u kien wkoll beda jinżamm brood stock ġdida ta' l-ispnott biex nieħdu bajd aħjar, jista' l-Ministru jgħidli x'kienet il-produzzjoni tal-awrat u spnott f'dawn l-aħħar sentejn fl-MAC?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi c-chiller imsemmi għadu ma jistagħx jiġi utilizzat sakemm jinbena substation għall-NAC. Dan għaliex meta nxtara dan ic-chiller, ma kien sar l-ebda provvediment għal provvista tad-dawl. Barra min dan fil-preżent qiegħed jiġi vverifikat il-kapaċita ta' dan ic-chiller għaliex huwa żgħir wisq biex jaqdi n-neċessitajiet ta' l-NAC. Dwar it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22220 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

MAC

Question

Jista' l-Ministru jgħidli biex inqatlu tmenin mill-brood stock tal-ispnott li ħalliet warajha l-amministrazjoni preċedenti tal-MAC? X'investigazzjoni saret u x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' broodstock ta' l-ispnott miet b'nuqqas ta' ossigenu meta naqas id-dħul ta' l-ilma fit-tank tiegħu. Dan ġara għaliex inbeda esperiment ieħor fuq tankijiet oħra li kien jieħu l-ilma mill-istess sistema u nfetħu il-vitien ta' dawn it-tankijiet li naqqsu d-dħul fl-oħrajn ta' l-ispnott. Twaqqaf board biex jistudja id-dikjarazjonijiet kollha miġbura u jagħmel is-suġġerimenti fuq l-azzjoni li għandha tittieħed.

Benna — Bejgħ ta' Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-ditta Benna ma għadhiex tbigħ il-prodotti tagħha minn ħanut fil-Ħamrun fejn il-fabbrika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-ditta Malta Dairy Products, li tipproduċi wkoll il-prodotti Benna, hija entita kummerċjali. Għaldaqstant id-deċiżjonijiet kummerċjali li jittieħdu fl-amministrazzjoni tan-negozju m'humiex kompitu ta' dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #22567 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta ser isiru l-ħlasijiet lis-sajjieda f'Marsaxlokk da parti tal-koperattiva nazzjonali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu. Il-ħlasijiet ta' bejgħ ta' ħut tas-sajjieda huwa mħallas sa' ġimgħa 51 tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #22210 Sitting 466 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija tal-Marsa — Chillers

Question

Jista' l-Ministru jinformani għaliex iċ-chillers fil-biċċerija tal-Marsa ma tlestewx matul 1999 u l-2000 meta l-flus kienu vvotati? Jista' jgħid fiex intnefqu l-voti ta' dawn iċ-chillers matul l-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-refurbishment tac-Chillers kellu jiġi staggered biex il-qatla tal-majjal ma tiġiex affetwata. Fil-Business Plan dan l-istaggering, jewaħjar skedar ta' xogħlijiet, kien indikat, u l-flus intefqu kif kien pjanat.
Leg 9 PQ #22209 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm tħallsu flus bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena mid-dipartiment bħala għajnuna tal-Beef Intervention Scheme, BIS? Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu għall-perijodu ta' April u Novembru ta' din is-sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus li trid titħallas għall-għajnuna tal-BIS minn April sa Novembru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġew imħallsa Lm198,540 li jinkludu ħlasijiet dovuti għal parti mill-1999. Jonqos li jitħallsu Lm322,752 għall-perjodu April sa' Novembru, 2000.
Leg 9 PQ #22101 Sitting 463 2001-01-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Oġġezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura oġġezzjonax għall-ħlas ta' Lm 125 it-tomna raba' li ntalab mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-bdiewa li għandhom ir-raba' tagħhom f'Tal Qammieħ, l-Mellieħa? Jekk iva, jista jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja ta' l-ittra? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-reviżjoni taċ-ċens annwali saret mit-Taqsima Proprjeta tal-Gvern skond il-kondizzjoni numru 3 tal-kuntratti li saru fl-1967. Id-Dipartiment tal-Agrikoltura ma ġiex ikkonsultat fuq din ir-riviżjoni taċ-ċens minħabba li legalment, hija r-risponsabilita tad-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jiddeċiedi l-valur rivedut ta' ċens skond kuntratt li sar bejn il-Gvern u l-bidwi. Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi trattat fil-Qorti.