Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lands — Ħanut ġewwa l-Baviera fil-Belt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li joħroġ bit-tender il-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tat-taqsima proprjeta' tal-gvern, il-Baviera, il-Belt Valletta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-offerti għall-kiri tal-ħanut imsemmi ser joħorġu fil-futur qarib.

Membri tal-korp tal-pulizija — Ħlas ta' extra duty

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jelenka kemm għandhom jieħdu membri tal-korp tal-pulizija minn kull għaqda sportiva li magħhom għamlu l-extra duty din is-sena? Jista' jgħid meta sar l-aħħar ħlas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għad trid tinġabar is-somma ta' Lm12,738.65 għal servizz ta' extra duty maħdum matul din is-sena minn membri tal-Korp tal-Pulizija waqt attivitajiet sportivi, kif ġej: Għaqda sportiva Ammont dovut Meta sar l-aħħar ħlas Marsa Racing Club Lm2,274.97 Ottubru Malta Football Association Lm9,354.51 Mejju Gozo Football Association Lm1,051.81 Mejju Gozo Football Club Lm57.36 Settembru

Sidien ta' ristoranti — Ħlas għal imwejjed barra

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid b'liema kriterji d-dipartiment ta' l-artijiet dan l-aħħar ikkwadrupla l-ħlasijiet li jkollhom jagħmlu sidien ta' ristoranti li joħorġu l-imwejjed barra? B'liema avviż legali ġiet awtorizzata din il-qabża qawwija fil-ħlasijiet? Saret kordinazzjoni mal-Ministeru tat-Turiżmu meta ġew iffissati dawn il-ħlasijiet? Saret evalwazzjoni ta' l-impatt fuq ir-ristoranti ta' dawn il-ħlasijiet?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hu minnu xejn li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern b'xi mod għolliet il-ħlasijiet li jsiru sabiex sidien ta' ristoranti joħorġu l-imwejjed u siġġijiet barra. Il-ħlas li jintalab mit-Taqsima huwa kkalkulat fuq Lm10.00 għal kull metru kwadru ta' art li fuqu jingħata permess. Din ir-rata ilha hekk għal aktar minn għaxar snin.

Qrati — Kawżi li jittrattaw kustodja ta' tfal

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kawżi li jittrattaw kustodja ta' tfal, bejn ġenituri li n-nazzjonalita' tagħhom hija Maltija u Ingliża, u li jiġu deċiżi fil-Qrati ta' Malta, jorbtux legalment fl-Ingilterra?

Response (BORG, TONIO)

Bħal kważi f'kull każ ta' materja ġudizzjarja ma jkunx possibli li tingħata risposta naħa jew oħra b'mod ġenerali għaliex kull każ irid jiġi evalwat u deċiż skond iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu. Li jista' jingħad hu li bħala regola l-Qrati tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja jirrikonoxxu reċiprokament id-deċiżjonijiet ta' xulxin iżda dan hu wkoll soġġett għall-prinċipju li l-interess tal-minuri jirbaħ fuq kull konsiderazzjoni oħra.

Possession and use

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux milqut minn possession and use? Jista' jinxtara? Jekk iva, xi proċedura hemm biex dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proprjeta' fejn jinsab il-fond imsemmi kienet ġiet esproprjata taħt it-titolu ta' possession and use u għaldaqstant qabel ma' t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern tixtri l-kumpens li qiegħda tħallas għall-possession and use, il-fondi mibnija fuq din il-proprjeta' ma jistgħux jinxtraw.

Qorti ta' l-Appell Superjuri — Sentenzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi mogħtija mill-Qorti ta' l-Appell Superjuri u/jew sentenzi mill-Qorti Kostituzzjonali li fihom kien hemm xi divrenzja ta' opinjoni (dissenting opinion) minn wieħed mit-tlett ġudikanti? Liema kienu dawk id-deċiżjonijiet li dwarhom kien hemm tali divrenzja ta' opinjoni, jekk kien hemm? Jekk qatt ma kien hemm divrenzja ta' opinjoni, dan għandu jfisser li fis-sentenzi mogħtija mill-Qrati Superjuri hawn Malta, dejjem kien hemm qbil unanimu mill-ġudikanti?

Response (BORG, TONIO)

Il-Qrati kolleġjali - li huma l-Qorti Kostituzzjonali, l-Qorti ta' l-Appell fil-kompetenza tagħha Superjuri (żewġ sezzjonijiet) u l-Qorti ta' l-Appell Kriminali fil-kompetenza tagħha Superjuri - jagħtu dejjem sentenza waħda li tkun tirrifletti jew il-fehma tat-tliet imħallfin jew tal-maġġoranza tagħhom (ara l-Artikolu 217 tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u l-Artikolu 498(3) tal-Kodiċi Kriminali).

Pulizija Għawdxin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm pulizija Għawdxin irtiraw/ħarġu mill-korp f'dawn l-aħħar ħames snsin? Jista' in oltre jgħid kemm minn dawn il-pulizija li rtiraw/ħarġu ġew replaced?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2002 u s-16 ta' Novembru 2006 spiċċaw 32 membru tal-Korp tal-Pulizija Għawdxin, filwaqt li matul l-istess perijodu kien hemm 28-il persuna Għawdxija li ingaġġaw fil-Korp.

Persuni taħt Arrest inutili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid u jagħti dettalji dwar jekk jeżistix fond biex jagħmel tajjeb għal min ikun għamel żmien taħt arrest inutilment? Jiftakar il-Viċi Prim Ministru li din kienet ġiet premessa mill-gvern xi snin ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ma jeżisti ebda "fond" kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.

Qorti ta' Strasbourg — Imħallfin Maltin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21836 dwar in-nomina ta' imħallfin Maltin fil-Qorti ta' Strasbourg, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk attwalment hemmx rakkmandazzjoni magħmula minn kumitat ad hoc sabiex in-nomini jiġu rifjutati għax m'hemmx mara nominata, anke jekk dan il-kumitat mhux wieħed formali u li l-prinċipju li jrid ikun hemm mara nominata qed titqies ultra vires?

Response (BORG, TONIO)

In-nomini kif preżentati mill-Gvern Malti ġew approvati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Jeżisti Kumitat 'Ad Hoc' ta' l-Assemblea Parlamentari li qed jiddiskuti il-kwestjoni tan-nomini mgħoddija lilu mill-Kumitat tal-Ministri. Kien hemm opinjonijiet konfliġġenti fuq jekk lista hix valida jekk ma jkunx fiha kandidata mara. Ser tittieħed deċiżjoni dwar dan fis-17 ta' Novembru, 2006. Il-Gvern Malti mbagħad jiddeċiedi x'jagħmel wara li jirċievi deċiżjoni finali.

File tal-Qorti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega x'sar mill-file indikat separatament? Japprezza l-Viċi Prim Ministru li jekk dan il-proċess ma' jinstabx hemm min se jbati danni kbar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess tas-subbasta fl-ismijiet li kienu ġew indikati separatament għadu fl-istadju fejn ġie nominat il-perit għal fini ta' valutazzjoni u deskrizzjoni.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment ta' l-artijiet iwieġeb l-ittra mibgħuta f'isem il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minn Bormla peress li din il-persuna qatt ma rċeviet risposta meta se jwieġbu għat-talba tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant ser tirċievi risposta fil-ġranet li ġejjin.

Green wardens — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-green wardens minn meta bdew jaħdmu sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-Green Wardens minn mindu bdew jaħdmu fl-1 ta' Jannar 2006 sa l-10 ta' Ottubru 2006, kienu hekk: Green Wardens tal-MEPA ħarġu 458 ċitazzjonijiet permezz tal- hand held computer ; Green Wardens ingaġġati mal-kumpaniji tal-Gwardjani Lokali ħarġu 2,175 ċitazzjoni permezz tal- hand-held computer . Dan ifisser li minn mindu bdew jaħdmu s'issa, il-Green Wardens ħarġu total ta' 2,633 ċitazzjoni.

Pulizija — Żgumbrament fi triq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tiġi sorveljata l-ordni ta' showroom li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sidha qiegħed jiżgombra t-triq u ta' kuljum jidħlu ilmenti mir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel spezzjonijiet fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant u tieħu passi skond il-liġi.

Inkjesta dwar il-mewt ta' persuna

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-inkjesta maġisterjali rigward il-mewt ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġrat b'kawża li sfronda s-saqaf ta' fejn kien jgħix?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kienet ġiet konkluża mill-Maġistrat Inkwirenti nhar il-31 ta' Jannar 2001.

Uffiċċju Konġunt — xiri/fidi ta' ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel ir-riċerka meħtieġa dwar il-proprjeta' in kwistjoni biex ikun jista' jipproċessa it-talba tal-enfitewta.

Qorti tad-drittijiet tal-bniedem — Imħallfin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega dettaljament x'ġara minn nomina ta' l-imħallfin għall-qorti tad-drittjiiet tal-bniedem, fi Strasbourg u għal xiex din ġiet rifjutata? Jista' jgħid jekk il-gvern reġgħex innomina mħallfin oħra u jekk hemmx mara nominata? Jista' jgħid meta jagħlaq iż-żmien għal Giovanni Bonello?

Response (BORG, TONIO)

Il-Gvern ma rċieva ebda komunikazzjoni mill-Kunsill ta' l-Ewropa li t-tliet nomini tiegħu għal Imħallef tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem ġew rifjutati. F'każ li dana jiġri, il-Gvern jieħu deċiżjoni wara li jeżamina liema kienu r-raġunijiet ta' rifjut, jekk dan isir. Sadanittant skond il-provvedimenti tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Imħallef Malti attwali fuq il-Qorti, li għalaq 70 sena fil-11 ta' Ġunju, 2006, jibqa' fil-kariga sakemm jinħatar, mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa, il-persuna li tissotitwih.

Ta' Paris — Żbir ta' Siġra

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u jara li tinżabar/titneħħa siġra li hemm f'Ta' Paris wara block C1 u quddiem il-MUSEUM tat-tfal? Jaf li din is-siġra qed tkun ta' inkonvenjent enormi għar-residenti li qed ibatu minn invażjoni ta' nemus u wirdien?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Bejgħ ta' Proprjeta' tal-Gvern

Question

No question text.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-riċerka li kien hemm bżonn biex jinġabar it-tagħrif li ntalab mill-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20643 dwar bejgħ ta' proprjeta' tal-gvern fl-aħħar għaxar snin waslet fl-istadju finali. Huwa ppjanat li din titlesta għall-aħħar ta' dan ix-xahar.

Rinella Fun and Film Park

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid preżentement ir-Rinella Fun and Film Park/s jew studios minn min qed jiġu mmexxija u b'liema kondizzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-Rinella Film Studios għadhom qegħdin jiġu mmexxija mill-Mediterranean Film Studios Limited taħt il-kundizzjonijiet taċ-ċens tat-2 ta' Ottubru 1995 li kopja tagħhom qiegħda tiġi impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi f'dan il-mument hemm kawża mill-Gvern kontra l-kumpanija sabiex jiġi tterminat il-kuntratt taċ-ċens.

Immigranti Irregolari

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm mill-immigranti irregolari, refuġjati u/jew residenti f'Malta ta' oriġini Somala, Etjopika, Eritrejana u Sudaniża (numru) nisa u bniet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 199 persuna (nisa 'l fuq minn 18-il sena) oriġinarji tal-pajjiżi indikati fil-Mistoqsija li għandhom karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita' (Kap. 258). Dawn huma mqassma hekk:- Eritrej 87 Etijopiċi 31 Somali 72 Sudaniżi 9 Hemm ukoll 6 nisa u 2 bniet Somali li qegħdin fl-open centre immexxi mill-Pulizija. L-informazzjoni dwar dawk fil-closed centres immexxija mill-AFM hija s-segwenti:- Nazzjonalita'NisaBniet Eritrej192 Etijopiċi101 Somali512 Sudaniżi1xejn Total815 Hija l-fehma ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati li, peress li n-numru ta' refuġjati f'Malta huwa relattivament żgħir u artna hija ċkejkna, ikun iktar għaqli, speċjalment għall-aħjar sigurta' tar-refuġjati nfushom, jekk ma jingħadx pubblikament mill-liema pajjiżi huma ġejjin ir-refuġjati li għandna fostna. Dwar dawk li jinsabu f'ċentri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi lill-Ministru ikkonċernat.