Jista' il-Ministru jispjega x'wassal li fir-residenza San Vincenz l-inkarigu tas-sezzjoni tat-trasport ngħata lill-principal security officer meta dan ma jagħmilx parti mir-rwol ta' din il-kariga?
Jista' jikkonferma jekk talli din il-persuna assumiet dan l-inkarigu qed tiddaħħal taħdem overtime kważi f'kull ġurnata off?
Jista' jikkonferma jekk din l-istess persuna hijiex midħla sew ta' xi uffiċjali għolja tar-residenza?
Huwa minnu li dan l-overtime qed isir minkejja li hemm numru ta' ħaddiema li riċentement għaddew b'suċċess mill-intervista għall-ħatra ta' supervisors, liema grad għandu rwol ta' dak li qed jassumi dan il-principal security officer? Jaqbel il-Ministru li jekk dan l-inkarigu jingħata lil xi wieħed minn dawn is-supervisors l-ispiża tal-gvern f'salarju tkun ferm inqas mill-ħlas li qed jiġi mħallas fl-overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Sezzjoni tat-Trasport (Residenza San Vinċenz) inqala' l-bżonn li persuna tieħu l-inkarigu tas-sezzjoni.
Sakemm tinstab il-persuna adatta, id-Dipartiment talab lil Prinċipal Security Officer jassumi din ir-responsabilita' flimkien mad-doveri l-oħra tiegħu. Dan qed isir biex is-Sezzjoni tibqa' tagħti s-servizz lill-anzjani residenti ġewwa San Vinċenz de Paul, fid-djar tal-anzjani fil-komunita' u anke liċ-Ċentri ta' Matul il-Jum.
Is-supervisors li ġew appuntati riċentament ġew assenjati r-rwol li jissorveljaw it-tindif fis-swali, bi qbil mal-Unions konċernati, għal benefiċċju tal-anzjani kif ukoll tal-ħaddiema tar-Residenza.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li waħda mill-ambulanzi l-ġodda ġiet assenjata lil ħaddiem bi grad ta' MTD u mhux lil wieħed mid-diversi ħaddiema li għandhom il-grad ta' ambulance driver?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prerogattiva tal-management li jqasssam ix-xogħol fil-garage ta' l-ambulanzi.
Il-persuna riferuta bħala MTD ilha taħdem bħala acting ambulance driver għal dawn l-aħħar sentejn.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux veru li l-gvern għandu jagħti Lm9 miljun lill-kuntratturi privati fil-qasam tal-kura medika? Għalxiex huma dovuti dawn il-miljuni? Kemm ilhom dovuti dawn il-miljuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu jħallas Lm10,123,474 fl-aħħar ta' Ottubru 2005. Dan l-ammont huwa dovut għal xiri ta' mediċini u tagħmir mediku.
Minn dan l-ammont dovut, Lm2,572,923 imur lura għal aktar minn 150 ġurnata.
Il-Gvern iħallas medja ta' 1.7 miljun fix-xahar lill-importaturi tal-mediċini.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar jekk hux veru li ġew impurtati tiġieġ iffriżati ta' barra u mbagħad inbiegħu bħala tiġieġ lokali? X'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet? X'passi se jittieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mhux opportun li tingħata l-informazzjoni rikjesta f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li jnaddaf iċ-ċentri tas-saħħa, sptarijiet u l-SVPR u kemm qed jitħallas kull siegħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Dipartiment
Kuntrattur
Ħlas fis-siegħa
Lm
Kura Primarja-Ċentru tas-Saħħa B'Kara
Gafa' Safeway Ltd.
1.875 p.p.
Kura Primarja-Ċentri tas-Saħħa Bormla, Floriana, Gżira, Mosta, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Rabat (Malta)
Jescer Cleaning Services Ltd.
1.888 p.p.
Sptar Żammit Clapp-San Ġiljan
Gafa' Safeway Ltd.
1.994 p.p.
Fl-Isptarijiet San Luqa, Sir P. Boffa, Monte Carmeli u fir-Residenza SVPR ma jintużax servizz ta' tindif privat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq il-ħajt fuq il-parti ta' wara li tagħti għal flats Għeriexem, taċ-ċimiterju Santa Margerita, fir-Rabat, Malta li kien qed jinbena biex isaħħaħ l-istruttura li kien hemm qabel, ġie mwaqqaf fin-nofs, xi sena ilu? Peress li fil-preżent din il-parti qed tintuża bħala miżbla b'affarijiet taċ-ċimiterju, jista' il-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex tiġi assigurata s-saħħa tar-residenti fil-bini Għeriexem u jista' jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq dan il-ħajt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol fuq il-ħajt fuq wara taċ-ċimiterju Santa Margerita Rabat, li jagħti għal fuq il-fetħa tal-flats ta' Għexierem kien ġie mwaqqaf wara intervent mis-Superintendence of Heritage, wara li ġie allegatament skopert li waqt ix-xogħlijiet instabu xi fdalijiet ta' importanza arkejoloġika. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu qed jistenna sabiex isir l-istudju arkejoloġiku mitlub qabel ikun jista' jitkompla x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq dan il-ħajt.
Informat li l-ebda parti taċ-ċimiterju ma ġiet assenjata bħala miżbla b'affarijiet taċ-ċimiterju tar-Rabat. Huwa biss aġir illegali ta' xi persuni li jitfgħu skart ta' fjuri w oġġetti oħra għal fuq din il-parti fejn hemm ix-xogħol. Dan jiġi kkundannat bil-qawwa.
Ma jirriżultax li preżentament hemm xi periklu partikulari għas-saħħa tar-residenti fil-bini ta' Għexierem.
Preżenatment, id-dipartiment mhux f'pożizzjoni li jagħti data speċifika meta x-xogħol jista' jkun lest għalkemm qiegħed jagħmel l-almu tiegħu biex jitkompla fl-inqas żmien possibbli.
Jista' il-Ministru jikkonferma jew jiċħad illi fil-parti taċ-ċimterju Santa Margerita fir-Rabat, Malta li tagħti fuq in-naħa tal-flats Għeriexem jidhru konsenturi fil-ħajt li juru li l-oqbra jistgħu jkunu f'periklu li jinfetħu u dan b'periklu lir-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'qed isir biex din is-sitwazzjoni tirregola ruħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li dawk li l-Onor. Interepellant qiegħed jirreferi għalihom bħala konsenturi, fil-ħitan ta' l-oqbra fiċ-ċimiterju Santa Margerita tar-Rabat, fuq in-naħa ta' wara fejn il-ħajt li kien ġie mwaqqa' huma l-istess ħsarat li kienu jeżistu bħala parti mill-istess ħajt ta' wara. Kien għalhekk li l-ħajt twaqqa' sabiex jinbena mill-ġdid minħabba periklu. Bil-kostruzzjoni l-ġdida tali periklu kien ser jiġi kkontrollat. Ix-xogħlijiet ġew imwaqfa għal raġunijiet kif spjegati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15961. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed jagħmel dak kollu possibbli sabiex kemm jista' ikun malajr jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba jitnaddfu t-toilets fis-swali ta' l-isptar San Luqa matul il-ġurnata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Toilets fis-swali ta' l-Isptar San Luqa jitnadfu regolarment fis-seba' ta' fil-għodu, fis-siegħa u l-erbgħa ta' wara nofs in-nhar. Pero jiġu iċċekjati regolarment u jerġaw jitnadfu kull meta jkun hemm bżonn. Postijiet li huma frekwentati minn aktar nies jiġu mnadfa aktar ta' spiss.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm daħlu pazjenti d-dipartiment ta' l-emerġenza tul is-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-WHO tistabilixxiex nurse patient ratio, jiġifieri kemm għandu jkun hemm nurses għal kull numru ta' pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellnat li l-WHO ma tistabilixxiex nurse patient ratio.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm ġew impjegati nurses fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005, sena b'sena? F'liema gradi ġew impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Nurses li ġew impjegati bejn is-snin 2000-2005 huwa kif ġej:
Sena
EN
SRN
2000
54
53
2001
28
48
2002
38
42
2003
30
61
2004
4
87
2005
-
18
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm telqu nurses minn mal-gvern fis-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u sa l-1 ta' Novembru 2005, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' infermiera li telqu minn mal-Gvern bejn 2000 sa l-1 ta' Novembru 2005 huwa kif ġej:
(Vide P.L. 4415, Seduta nru. 342 - 18.01.06)
Sena
Boarded Out
Retired
Resigned
Total
2000
3
4
7
14
2001
9
9
9
27
2002
7
10
13
30
2003
9
9
12
30
2004
9
22
24
55
2005
3
25
10
38
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' persuni li jaħdmu f'kull shift fil-kċina ta' l-isptar Monte Carmeli? Kemm hu l-full complement ta' l-impjegati f'dan ix-xogħol? Hemm xi ħsieb li l-postijiet vakanti jiġu mimlija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kċina hemm tliet shifts li fil-preżent jikkonsistu kif ġej:
Shift A - 4 persuni
Shift B - 4 persuni
Shift C - 3 persuni
Il-full complement huwa ta' 5 persuna f'kull shift. Dawn il-postijiet vakanti hemm il-ħsieb li jiġu mimlija b'nies ġodda. Sa dan it-tant, qed jingħata overtime biex il-kwalita' ta' servizz mogħti mill-kċina jibqa' jinżamm.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk jeżistux tariffi dwar kemm għandu jitħallas tabib għal vista privata fid-dar ta’ xi pazjent? Jista’ jgħid jekk tabib jitlob ħlas ta’ Lm6 u Lm7 għal kull vista, anke jekk din tkun waħda ta’rutina li ma ddumx aktar minn ħames minuti, tiksirx xi regola, minħabba li għandi rapporti li fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta hemm tobba li qed jagħmlu hekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda tariffi riċenti dwar kemm għandu jitħallas tabib għal vista privata fid-dar ta' pazjent. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ speċifiku fejn iħoss li t-tabib konċernat ma mexiex b'mod etiku, nitolbu jirraporta l-każ lill-Kunsill Mediku.
Jista’ il-Ministru jgħid fl-ewwel għaxar xhur tas-sena kemm tqassmu siringi lil dawk li talbuhom miċ-ċentri tas-saħħa? Jista’ jagħti n-numru għal kull ċentru separatament, xahar b’xahar? Dawn ikunu ngħataw kollha lil dawk li jabbużaw mid-droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-totali ta' siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa bejn Jannar u Ottubru 2005 lil dawk li jabbużaw mid-droga huwa kif ġej:
2005
Floriana
Qormi
Gżira
Paola
Cospicua
Mosta
Rabat
Total
Jannar
3939
1050
4584
5000
2600
1945
836
19954
Frar
3022
918
4389
3600
2000
1881
652
16462
Marzu
4149
1006
4610
4500
1400
1658
762
18085
April
3483
785
5132
3400
1700
1489
658
16647
Mejju
3851
1400
4844
4300
1900
2299
630
19224
Ġunju
4765
1140
4796
4900
1800
1871
740
20012
Lulju
5661
968
4583
4600
2100
1796
315
20023
Awissu
4701
517
3683
5500
2000
1647
607
18655
Settembru
4576
917
3425
4900
1400
967
691
16876
Ottubru
4176
1343
4235
5450
1800
2093
690
11194
Dawn il-figuri huma limitati biss għal dawk li jingħataw lin-nies li jitolbu siringi mir-reception desks taċ-ċentri tas-saħħa. Għal raġunijiet ovvji, ma hemm ebda mezz li bih wieħed ikun ċert illi kull min jagħmel din it-talba fil-fatt jabbuża mid-droga.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn talbiet pendenti għall-home help? Kemm hawn persuni li għandhom home help, meals on wheels, telecare, u għamlu użu mill-handyman service?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 186 talbiet pendenti għall-Home Help u 2364 households li qed jibbenifikaw minn dan is-servizz. Hawn madwar 300 li għandhom is-servizz tal-Meals on Wheels u jużawh b'mod regolari, 9031 persuna għamlu użu mis-servizz tat-Telecare u 1098 mis-servizz tal-Handyman.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-oqbra li hemm vojta fiċ-ċimiterju ta' Burmarrad humiex se jitqassmu? Kemm hemm lesti? Kemm hi t-talba, meta se jitqassmu u liema numri fuq il-waiting list se jinqdew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-oqbra li hemm lesti ser jitqassmu. In-numru t'applikanti għal oqbra f'dan iċ-ċimiterju hija ta' erba' mija u disgħin (490). Bħalissa hemm lesti mija u sittin qabar u li minnhom hemm il-ħsieb li jitqassmu lill-pubbliku mija u tletin. Bħalissa qegħdin isiru riċerki minn nutar tal-gvern sabiex fi żmien qasir dawk intitolati għal dawn l-oqbra jkunu jistgħu jiġu infurmati.