Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?ç
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:-
Bank Ċentrali 11
Borża ta' Malta 14
Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji 23
Jista' l-Ministru jara x'sar miċ-cheque tar-refund tat-taxxa li ntbagħat f'Diċembru, 1999 lis-sinjura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament- u li qatt ma wasal għandha? Meta se jerġa' jintbagħat lilha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond il-Bank Ċentrali, ċ-cheque tar-refund tat-taxxa f'isem it-taxpayer konċernat ma' ssarrafx. Billi għaddew is-sitt xhur tal-validita' tiegħu, cheque ġdid ser jintbagħat f'Novembru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mat-Tax Compliance Unit s'issa? F'liema gradi/postijiet jinsabu? Meta ġew ingaġġati individwalment? Kemm minnhom għandhom tertiary education at a degree level? Kemm minnhom għandhom diploma u mhux lawrja?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nies li ġew ingaġġati mat-Tax Compliance Unit s’issa huma kif imsemmi hawn taħt.
Grad
Numru
Data tal-Kuntratt
Data ta’ Nga
ġ
ġ
Head
1
15.05.00
Assistant Principal
1
Misluf mid-Dipartiment tal-VAT
15.05.00
Clerk 1
1
08.06.00
08.06.00
Clerk 1
1
20.09.00
Professional Officer – Accountant
2
20.10.00
01.11.00
Professional Officer – Accountant
1
20.10.00
20.11.00
Professional Officer – Accountant
2
27.10.00
01.12.00
Il-Professional Officers kollha għandhom tertiary education at a Degree level u Warrant ta’ C.P.A.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' fondi dovut lill-Air Malta min-naħa Libjana li ġie trasferit mill-Bank Ċentrali Libjan lill-Bank Ċentrali Malti xi xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni relatata ma' t-'transfers' bejn il-Banek Ċentrali hija ta' natura konfidenzjali.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 14864
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sat-18 ta’ Ottubru 2000, in-numru ta’ persuni attivi reġistrati taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien ta’ 45,317
Jista’ l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi jinsabu għaddejjin jew mistennija jibdew isiru taħdidiet dwar ftehim prospettiv fuq il-protezzjoni reċiproka ta' l-investimenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isiru negozjati mal-pajjizi li lista tagħhom tidher hawn taħt:
Afrika t’Isfel
Albanija
Awstrija
Belarus
Cipru
Danimarka
Estonja
Gordan
Italja
Izrael
Kazakstan
Korea t’Isfel
Kroazja
Kuba
Latvja
Litwanja
Malasja
Marokk
Polonja
Portugal
Renju ta’ l-Għarabja Sawdija
Repubblika Ceka
Rumanija
Russja
Slovenja
Sirja
Turkija
Ungerija
Ukranja
Hemm negozjati għadhom fil-bidu u oħrajn huma fi stadju avvanzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, l-ispiża f'hospitality kienet ta' 68.4% tal-vot allokat għal hospitality.
Peress li l-Ministru ddikjara li kienu 88% li bagħtu ir-returns tal-income tax, jista' l-Ministru jgħid separatament: (a) Mil-liema kategoriji huma dawk li bagħtu r-returns; u (b) Mil-liema kategoriji huma dawk li ma bagħtux ir-returns?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta’ returns li ntbagħtu skond il-kategoriji huwa kif jidher hawn taħt:
A. Individwi Tax Returns 78,609 Defaulters
Tax Declarations 103,606
182,215 20,963
B. Expatriates Tax Returns 1,938 591
C. Non-Residents Tax Returns 1,412 1,051
D. Companies Tax Returns 11,786 10,572
E. Other Entities Tax Returns 615 362
Nota: Individwi taħt kategorija A li ma bagħtux Tax Declaration sussegwentament intbagħtilhom Tax Return.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma rċevitx Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fl-aħħar budget?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tat-Teżor, irriżulta li l-imsemmija persuna ġiet imħallsa flimkien mal-kumplament tal-persuni li jgħixu fl-istess residenza tagħha, b'cheque maħruġ mid-dipartiment tat-Teżor fid-29 ta' Jannar 2000 u li ġie msarraf fit-8 ta' Frar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlasijiet tal-VAT li d-Dipartiment għandu jagħti lill-bdiewa, raħħala u sajjieda fil-mument?
Meta se jitħallsu u meta sar l-aħħar pagamenti lill-bdiewa, raħħala u sajjieda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa’ s-17 ta’ Ottubru 2000, l-ammont ta’ refunds tal-VAT li intalbu mid-Dipartiment mill-bdiewa, sajjieda u raħħala u li jmisshom jitħallsu bejn Novembru 2000 u April 2001 hu ta’ Lm296,519.54. L-aħħar pagament sar f’Ottubru 2000. Dan l-ammont jista’ jinbidel minħabba denunzji oħra li jistgħu jaslu fid-Dipartiment fix-xhur li ġejjin.