Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli lokali — Ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji privati li jipprovdu s-servizz ta' ġbir ta' skart lill-kunsilli lokali? Kemm hemm kunsilli lokali b'dan it-tip ta' kuntratt? F'kull każ x'inhu l-valur ta' kull kuntratt? X'sorveljanza qed issir biex jiġi żgurat li l-kumpanniji privati huma attrezzati biex jipprovdu dan is-servizz? Jekk saret din is-sorveljanza, x'jirriżulta?

Response (GATT, AUSTIN)

Hemm tlettax (13) il-Kunsill li għandhom is-servizz tal-ġbir ta` l-iskart ma` seba` (7) kumpaniji privati. Il-valur ta` kull kuntratt ivarja skond il-kobor ta` kull Kunsill u t-tip ta` servizz. Hija prerograttiva tal-Kunsill li jara, qabel joħroġ kull kuntratt, li l-kuntrattur huwa attrezzat biex jipprovdi dan is-servizz. Huwa wkoll id-dmir ta` kull Kunsill li jagħmel sorveljanza biex jiġi żgurat li x-xogħol isir skond il-kuntratt u bl-anqas ilmenti mill-pubbliku.
Leg 9 PQ #8338 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Contracting states — Konvenzjonijiet internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8150?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Konvenzjoni dwar l-Aspetti Civili fis-Sekwestru Internazzjonali ta` Minuri iffirmata f`L-Ajja fil-25 ta` Ottubru, 1980 hija fis-sehh bħala riżultat ta` ratifika, accettazzjoni jew approvazzjoni għal dawn il-pajjiżi: Argentina, Awstralja, Awstrija, Belgju, Bosnia u Herzegovina, Kanada, Cina għar-rigward biss tar-Regjun Amministrattiv Specjali ta` Hong Kong, Kroazja, Republika Ceka, Danimarka (eskluzi l-Gzejjer Faroe u Grinlandja), Fillandja, dik li qabel kienet ir-Republika Jugoslava tal-Macedonia, Franza, Germanja, Grecja, Irlanda, Izrael, Italja, Lussemburgu, l-Olanda, ir-Norvegja, l-Portugall, Macau, Spanja, Svezja, Svizzera, r-Renju Unit, L-Isle of Man, l-Gzejjer tal-Cajman, il-Gzejjer tal-Falkland, Montserrat, Bermuda, l-Istati Uniti ta` l-Amerka, Venezwela. L-istess Konvenzjoni tapplika wkoll bejn certi pajjizi u l-pajjizi li gejjin b`irzultat ta` adezjoni mal-Konvenzjoni: Bahamas, Belarus, Belize, Burkina Faso, Cili, Colombia, Costa Rica, Cipru, Ekwador, Giorgia, Onduras, Ungerija, Islanda, Mauritius, Messiku, r-Republika tal-Moldova, Monaco, Nuova Zelandja, Panama, Paragwaj, Polonja, Rumanija, San Kitts u Nevis, Slovenja, Sud Afrika, Turkmenistan, Zimbabwe. Peress li s-sitwazzjoni tinbidel minn zmien ghal zmien ghandu jinghad li l-informazzjoni msemmija turi l-qaghda fl-10 ta` Frar, 1999.
Leg 9 PQ #8339 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali — Pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8151?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li Malta għadha ma rratifikatx il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti ma jistax ikun hemm `applikazzjonijiet` minn pajjizi barranin skond l-istess konvenzjonijiet.

Qrati — Seduti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex b'mod effettiv is-seduti fil-Qorti jkunu rispettati u jsiru u mhux jiġu differiti mingħajr ebda avviż b'ħafna inkonvenjent għall-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-differimenti tal-kawżi quddiem il-Gudikanti normalment jiġu avzati fil-gazzetti lokali sabiex jiġi evitat li l-pubbliku jattendi l-Qorti għal xejn. Is-seduti appuntati quddiem l-Assistenti Gudizzjarji u l-periti legali u\jew teknici jsiru bi ftehim bejn il-partijiet u\jew l-Avukati tagħhom.

Qorti — Entraturi/ħruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed issir b'mod serju s-sorveljanza ma' l-entraturi u l-ħruġ tal-Qorti biex ikun assigurat il-buon ordni fil-bini tal-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-limitazzjoni tar-rizorsi umani li għandu d-dipartiment tal-Qormi għal dan il-għan, nista` nassigura li qed isir l-almu kollu sabiex is-sorveljanza ma l-entraturi u l-ħruġ tal-Qorti jsir b`mod serju. Il-bon ordni fil-bini tal-Qorti jaqa` taħt ir-responsabbilta` tal-Marixxalli u għal dan il-għan kemm ic-Chief Marshal u anke il-Membru tal-Korp tal-Pulizija li huwa adett mal-Qorti ikunu l-ġurnata kollha jissorveljaw l-edificcju tal-Qorti.

Kunsilli Lokali — Għawdex

Question

Barra mis-segretarji, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati oħra jaħdmu part-time jew full time mal-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Min huma? Kif ġew ingaġġati u meta? X'inhu s-salarju tagħhom kull sena? X'inhu xogħlhom fil-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #7888 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Bordijiet governattivi — Membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinghata f` seduta ohra peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Leg 9 PQ #8019 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti? Jista' jgħid x'inhuma r-reati relatati ma' kull każ u d-dati għal meta se jiġu appuntati?

Response (GATT, AUSTIN)

Sal-lum hemm 58 ġurijiet pendenti li l-akkużi tagħhom ivarjaw minn omicidju, tentattiv ta` omicidju, pussess u traffikar ta` droga, serq u frodi. M`huwiex prattiku li jingħataw d-dettalji mitluba specjalment għax att ta` akkuza wieħed jista` jikkomprendi aktar min reat wieħed. Hemm tmintax-il guri li huma appuntati għas-smiegħ quddiem iz-zewg imħallfin li jippresiedu fil-Qorti Kriminali, erbatax minnhom ghal din is-sena, u erba ghas-sena id-dieħla. Jiena nfurmat li fil-ġranet li ġejjin ser jiġu appuntati ġurijiet oħra.
Leg 9 PQ #8012 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 5696 li kienet saret lill-Prim Ministru u ċioe' kemm kienet iċ-ċifra globali li tinkorpora l-ispejjeż kollha, li ntnefqet biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ntefqet is-somma ta` Lm 215,000 biex isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali nhar is-Sibt 13 ta`
Leg 9 PQ #8060 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Stabbilimenti — Bejgħ ta' alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu sidien ta' ħwienet il-qorti, mill-1980 sal-lum, mixlija li biegħu xorb alkoħoliku lil persuni taħt l-eta'? Jista' jgħid ukoll minn fejn kienet kull persuna mressqa l-qorti, kif ukoll x'multi ngħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Kawzi ta` din in-natura jinstemghu bi procedura sommarja u ma tinżammx statistika taghhom. Barra minn hekk il-Prosekuzzjoni f` dawn il-kazi hija l-Pulizija u l-att ta` l-akkuża isir ukoll minnhom. Ghaldaqstant qed jigi ssuġġerit li tali nformazzjoni tintalab lill-Pulizija.

Rabat — Għalqa ta' Kola

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet tiegħi preċedenti dwar is-sitwazzjoni ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, Malta sabiex jintervjeni ħalli l-Kunsill Lokali tar-Rabat jew il-Gvern Ċentrali jagħti kisja tarmak f'din il-parti tar-Rabat, Malta, peress li r-residenti u l-eluf kbar ta' turisti li jaslu f'din il-parti ħalli jibdew iż-żjara tagħhom fl-Imdina, lil Villa Rumana, eċċ kollha jilmentaw dwar l-istat degradanti ta' din l-area, jista' l-Ministru jawtorizza x-xogħlijiet għall-benefiċċju tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru mhux kompetenti li jaghti l-awtorizazzjoni msemmija minnu.

Qrati — Użu ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mill-impjegati li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja, kemm hemm li huma ntitolati għall-użu ta' vettura tal-kiri? Jista' jsir użu ta' tali vetturi minn dawn in-nies wara l-ħinijiet tax-xogħol normali? Jistgħu jintużaw fil-weekend għall-użu tal-membri tal-familja ta' l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

L-impjegati fl-amministrazzjoni tal-Gustizzja li qed jaghmlu uzu mill-karozzi tal-kiri huma tlett Assist

Palazz ta' San Anton — Embellishment

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-fondi li ntużaw fl-embellishment ta' l-area madwar il-Palazz ta' San Anton li hu fir-responsabbilta' tal-kunsilli lokali jsir, peress li dan ix-xogħol jaffettwa d-dehra tal-palazz li hu meqjus bħala bini ta' importanza nazzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghaddejt l-ilment lill-Kunsill Lokali ta` Attard.

Qrati — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kemm persuni ġew imressqa l-qorti akkużati li mpurtaw u konsegwentement ittraffikaw fid-droga dawn l-aħħar erba' snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalita' Maltija u kemm ta' nazzjonalita' barranija? Kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` persuni mressqa l-Qorti akkuzati b`importazzjoni u traffikar tad-drogi tul dawn l-aħħar erba` snin huma dawn: Sena Akkuzati Maltin Akkuzati Barranin 1995 24 8 1996 35 10 1997 37 7 1998 36 11 1999 (sal-lum) 15 NIL Il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba tirrikjedi li kull kaz jigi vverifikat individwalment. Dan l-ezercizzju jieħu ċertu tul ta` zmien ghalhekk l-informazzjoni ma tistax tinghata f`dan l-istadju.

Mdina — Roundabout

Question

Jaf il-Ministru li fl-Imdina u ċioe' fejn ir-Roman Villa saret roundabout kbira b'periklu għat-traffiku u pedestrians u jaf ukoll li x-xogħlijiet indikati saru mingħajr l-awtorita' tal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina jew ta' xi awtorita' oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant li jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #8150 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Contracting states — Konvenzjonijiet Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7822?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-risposta tinghata f`seduta oħra peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #8151 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Att tal-Konvenzjoni Internazzjonali — Pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7823?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-risposta tinghata f`seduta oħra peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #7757 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

International Centre for Investment Disputes — Applikazzjonijiet

Question

Billi ġie rrapportat fil-media barranija li Malta qed tikkunsidra attivament sħubija fl-International Centre for Investment Disputes (ICSID) u/jew fin-New York Convention ta' l-1951 dwar l-għarfien u l-enforzar ta' foreign arbitration awards, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Issa li c-Centru Malti ta` l-Arbitragg ffinalizza x-xoghol preparatorju kollu biex ic-Centru jibda jopera, il-Gvern qed jikkonsidra li jaccedi ghal Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta` l-1958 dwar l-Gharfien u l-Ezekuzzjoni ta` Decizjonijiet ta` Arbitraggi Barranin. Izda jrid jaghmel dan b`zewg riservi: (1) li l-provvedimenti tal-Konvenzjoni jkunu japplikaw biss ghall- gharfien u ezekuzzjoni ta` dawk id-decizjonijiet arbitrali li jkunu saru fit-territorju ta` Stat Kontraenti (Contracting Stage) iehor. (2) li l-Konvenzjoni tapplika biss fir-rigward ta` Malta ghal dak il- ftehim arbitrali u d-decizzjonijiet segwenti li jkunu gew konkluzi wara li Malta taccedi ghall-Konvenzjoni. Billi din il-Konvenzjoni tifforma parti bhala t-Tieni Skeda ta` l-Att Nru. II ta` 1996, dawn ir-riservi jridu l-ewwel jghaddu mill-Parlament bhala emendi ghall-ligi. L-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID) jaqa` taht il-Konvenzjoni dwar l-Arrangamenti ta` Tilwin dwar l-Investimenti Bejn Stati u Cittadini ta` Stati Ohrajn (Washington, 1965). Dil-Konvenzjoni hija wkoll parti mill-Att Nru. II ta` l-1996 (it-Tielet Skeda ta` l-Att). Din l-Konvenzjoni qed tigi studjata sew bil-hsieb li Malta tkun tista` taccedi ghaliha wkoll.

Proċedura Ċivili

Question

Jikkonsidra l-Ministru li tiġi emendata l-liġi tal-Proċedura Ċivili sabiex kwalunkwe prokura li ssir tkun trid tiġi insinwata fir-Reġistru Pubbliku għal aktar trasparenza u sigurta' għal xi kredituri potenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-Risposta tingħata f`seduta ohra peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Leg 9 PQ #7822 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Contracting States — Konvenzjonijiet internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Contracting States li jipprattikaw iż-żewġ konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu rispettivament ma' l-aspetti ċivili ta' sekwestru internazzjonali ta' minuri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ir-risposta tinghata f`seduta oħra peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar.