Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33093 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CITES — Cactus

Question

Jista' l-Ministru jgħid li jekk meta jidħol cactus f'Malta b'isem żbaljat u jinżamm mill jidħol fil-pajjiż minħabba ic-CITES, dawn għandhomx ikunu konfiskati jew inkella jistgħux jintbagħtu lura mill-importaturi lejn il-pajjiż tal-oriġini a spejjes tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Meta cactus jaslu Malta b`dokumenti invalidi dawn jistgħu jiġu mibgħuta lura lejn il-pajjiż ta` oriġini, dejjem jekk isir dan li ġej: 1. L-importatur jrid jirrijfuta il-kunsinja ta` pjanti; 2. L-Awtorita` Amministrattiva tas-CITES trid tagħmel kuntatt mal-Awtorita` Amministrattiva tal-Pajjiż ta` l-Oriġini, biex jiġi ikkonfermat jekk hijiex lesta li tirċievi il-pjanti lura. Jekk din l-Awtorita` tirrifjuta, il-pjanti ma jistgħux jintbagħtu lura. Jekk l-Awtorita` ta` l-pajjiż ta` l-oriġini taċċetta li l-kunsinna tiġi mibgħuta lura: 3. L-importatur jrid jagħmel l-arranġamenti neċessarji kif ukoll iħallas l-ispejjeż kollha biex jibgħat il-pjanti lura. 4. Kif il-pjanti jaslu lura, dawn ma jmorrux lura għand l-esportatur, iżda jiġu kkonfiskati mill-Awtorita` Amministrattiva ta` l-pajjiż ta` l-Oriġini. Dan kollu pero` mhux irrakkomandat bil-paragrafu (a) (ii), tar-risoluzzjoni 9.9 tal-Konferenza tal-Partijiet.
Leg 9 PQ #32931 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Controlled Landfill

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanti u ta' l-istqarrija dwar id-deskrizzjoni għall-proġett għall-iżvilupp ta' controlled landfill f'Birżebbuġia u fin-Naxxar?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #32954 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija nru. 32667: kemm kien hemm ħwienet u b'hekk sidien involuti fejn inqabdu tfal taħt l-eta fil-postijiet tad-divertiment, bars, eċċ.? F'liema lokalitajiet kienu? Kemm minn dawn is-sidien ġew akkużati li huma reċidivi?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32667, ninsab infurmat illi n-numru ta` stabbilimenti kien ta` 6, li s-sidien ta` ħamsa minnhom kienu diġa` ġew misjuba ħatja ta` ksur tar-Regolamenti biex jinżamm il-Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment u għalhekk saret it-talba għas-sospenzjoni tal-liċenzja relattiva skond kif provdut fl-istess regolamenti. Infurmat ukoll illi dawn l-istabbilmenti huma f`San Ġiljan u l-Mellieħa.
Leg 9 PQ #32980 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati inċidenti lill-pulizija u b'hekk kellhom jieħdu azzjoni: 1 f'Paceville 2 f'Buġibba 3 f'Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri għal din is-sena mill-1 ta' Jannar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-24 ta` April ta` din is-sena fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 74 rapport li b`xi mod jinkwadraw taħt ksur ta` ordni pubbliku.
Leg 9 PQ #32981 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Immigranti Illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm: 1 immigranti illegali 2 nies oħra barranin li huma taħt il-kustodja tal-pulizija? Kemm jiġi jiswa kuljum kull wieħed minnhom f'dak li huwa ikel, ħwejjeġ, eċċ? Fil-każ ta' (1) u (2) kemm ilu l-aktar wieħed/waħda li ilhom f'pajjiżna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 280 immigranti illegali li qed jinżammu taħt il-kustodja ta` l-Awtoritajiet tas-sigurta`. Minn dawn, l-aktar li ilhom huma tnejn li ilhom fil-kustodja tal-Pulizija minn l-1999, minħabba li għad ma ġietx stabbilita` n-nazzjonalita` u l-identita` tagħhom. Infurmat ukoll li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija għal raġunijiet oħra.
Leg 9 PQ #32982 Sitting 729 2002-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fost dawk l-immigranti illegali u oħrajn li huma miżmuma mill-pulizija kemm hemm li għandhom anqas minn sittax-il sena? Peress li hemm minnhom li jdumu anki xhur f'pajjiżna jingħataw xi tagħlim bażiku u /jew liż-żgħar nett jingħata taħriġ dwar kitba u qari? Kemm hu l-iżgħar u kemm l-akbar minn dawn it-tfal li qegħdin jieħdu ħsiebhom il-pulizija? Kemm ilu hawn l-aktar wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fost il-persuni li qed jinżammu mill-Awtoritajiet tas-sigurta` minħabba li daħlu Malta illegalment, hemm 40 li għandhom anqas minn 16-il sena.L-iżgħar fosthom hija tarbija ta` erba` ġimgħat u l-akbar hija ta` 15-il sena. Dawn kollha kienu daħlu Malta nhar l-4 ta` Marzu ta` din is-sena u qed ikunu miżmuma flimkien ma` membri oħra tal-familja fl-Lyster Barracks. Fil-preżent dawn għadhom mhux qed jingħataw tagħlim, għalkemm ġie ipprovdut lilhom xi kotba.
Leg 9 PQ #31356 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu li interċettat il-pulizija matul is-sena li għaddiet? X'irriżulta? X'tip ta' kuntradandu nqabad u kemm tresqu nies il-qorti u weħlu l-piena? X'kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, il-Pulizija investigat 36 każ li jinvolvi xi tip ta` kuntrabandu, li kienu jinkludu fost l-oħrajn apparat elettroniku, sigaretti, xorb, arloġġi, ħwejjeġ, mediċina, fidda u oġġetti ta` l-ikel. Minn dawn, 8 każi ġew konklużi u tressqu 12-il persuna quddiem il-Qorti. Kien hemm 3 każi oħra li ġew konklużi amministrattivament skond l-artikolu 63 ta` l-Ordinanza tad-Dwana. Hemm ukoll 6 każi fejn il-Pulizija ikkonkludiet l-investigazzjoni u ser jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti hekk kif il-Pulizija jkollha l-awtorita` sabiex tipproċedi mingħand il-Kontrollur. Infurmat ukoll li 15-il każ irriżultaw fin-negattiv, filwaqt li l-4 każi l-oħra għadhom qed jiġu nvestigati. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub, ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.

Monitoring — Ċomb fl-Arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1995 sa' l-2001 sena b'sena kemm il-darba id-dipartiment ikkonċernat għamel eżerċizzji ta' monitoraġġ ta' livelli taċ-ċomb fl-arja u f'liema lokalitajiet f'Malta? X'irriżultati inkisbu lokal b'lokal, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32711.
Leg 9 PQ #32916 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna li ħadet ħsieb id-drafting tal-white paper dwar att ġdid dwar l-armi? Kemm tħallset din il-persuna?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru. 23467. L-iSpecial Branch tal-Pulizija u l-Ministeru ta` l-Intern naturalment ipparteċipaw fil-versjoni finali. Fuq talba tal-"Gun Lobby", iż-żmien ta` għeluq għal sottomissjonijiet ġie estiż b`xahar sa l-aħħar ta` Mejju 2002.

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li fi Triq Mile End Ħamrun hemm ħafna uffiċċini tista' l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu ħsieb tinforza dwar faċilitajiet ta' parking ta' vetturi?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega x`irid ifisser bit-terminu "tinforza dwar faċilitajiet ta` parking ta` vetturi". Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor. Interpellant li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar m`għandiex is-setgħa li tinforza l-liġijiet tat-traffiku.
Leg 9 PQ #32927 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Fortizza ta' Rinella

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset flus il-kumpanija tal-films li għada kif użat il-fortizza ta' Rinella għal ġbid ta' dan il-film? Din il-kumpanija għamlet xi kontribuzzjoni għax-xogħol ta' restawr bħal ma għamlu kumpaniji oħra?

Response (BORG, TONIO)

Il-kumpanija tal-films mhix qegħda tuża l-fortizza ta` Rinella għal ġbid tal-film imma l-fortizza ta` Ricasoli. Din il-kumpanija qegħda tħallas Lm50 għal kull ġurnata li tuża` l-proprjeta` għall-ġbid tal-film u Lm5 għal kull ġurnata li ma tagħmilx ġbid tal-film. Sa issa l-kumpanija ħallset is-somma totali ta` sitt elef u sitt mitt lira Maltin (Lm6,600) u għad iridu jsiru pagamenti oħra aktar il-quddiem. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għandux informazzjoni dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #32934 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Huts f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar il-huts ta' Dbiegi li qegħdin limiti tal-Għarb, Għawdex, huwa minnu illi s-sidien ta' l-art fejn hemm mibnija l-istess huts qatt ma tħallsu ta' l-art li tteħditilhom mill-gvern? Sar kuntratt ta' espropriazzjoni u meta sar? Huwa minnu li l-gvern ta' b'ċens temporanju posizjonijiet mill-istess art fejn inbnew huts oħra għas-spejjeż taċ-ċenswalisti? Jekk l-art sal-llum għadha tas-sidien u hemm il-biża' li spekulaturi ta' l-artijiet beħsiebhom jixtru l-istess art mingħand is-sidien oriġinali, x'sejjer isir mis-sidien tal-huts, il-ħaddiema impjegati magħhom u l-ispejjeż li nefqu fil-bini u rranġar tal-istess huts?

Response (BORG, TONIO)

Huwa minnu illi parti mill-art li tifforma ż-żona industrijali f`Ta Dbiegi, l-Għarb Għawdex, ġiet dikjarata bżonnjuża għall-użu pubbliku skond Avviż tal-Gvern Nru. 535 tat-2 ta` Settembru 1977. Huwa minnu wkoll li l-kuntratt ta` xiri għadhom ma ġewx konklużi mas-sidien tal-art privata. Iż-żona industrijali kollha ġiet trasferita lill-Korporazzjoni Maltija ta` l-Iżvilupp bl-Avviż Legali Nru. 73 ta` l-1992 biex tiġi amministrata mill-istess Korporazzjoni. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsijiet l-oħra lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #32942 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Telefonati Annonimi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet s'issa l-pulizija wara r-rapporti li sarulha mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar telefonati malizzjuzi b'insistenza insapportabbli? Fejn waslu s'issa l-investigazzjonijiet tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ għadu qed ikun investigat skond il-liġi.
Leg 9 PQ #32949 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm saru applikazzjonijiet quddiem l-awtorita tal-ippjanar biex jinbnew: 1 lukandi ġodda? 2 estensjoni ta' lukandi? 3 skejjel ġodda? 4 estensjonijiet ta' skejjel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal żvilupp imsemmi mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:- Lukandi ġodda - 1 Estensjoni ta` lukandi - 3 Skejjel ġodda - 3 Estensjoni ta` skejjel - 1
Leg 9 PQ #32959 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dual Citizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet ta' l-applikanti kollha li ħadu d-dual citizenship minn mindu din ġiet fis-seħħ sa fl-aħħar ta' Marzu 2002?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` infurmajt lill-Onor. Interpellanti fit-tweġiba li tajtha għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32629, ma tinżammx statistika ta` l-eta` tal-persuni li jiġi ikkonfermat lilhom li jikkwalifikaw biex iżommu żewġ ċittadinanzi.
Leg 9 PQ #32960 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin, miżmumin, f'ta' Kandia? Jista' jgħid kemm hemm barranin li applikaw għal status ta' refuġjati u kemm intlaqgħu applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` barranin (immigranti illegali) li qed jinżammu fil-Kumpless ġewwa ta` Kandja hu ta` 33. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li f`dan l-istadju, meta għad fadal aktar persuni x`jiġu intervistati, mhux għaqli li tiġi ippubblikata statistika dwar kemm intlaqgħu applikazzjonijiet. Pero`, jekk jixtieq, nista` ngħaddi dan it-tagħrif lill-Onor. Interpellant b`mod kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #32961 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru minn spetturi ta' l-awtorita ta' l-ippjanar biex jivverifikaw jekk is-sid tar-razzett fi Triq San Ġorġ, f'San Pawl il-Baħar hux miexi skond il-permessi u jekk il-bini humiex koperti kollha mill-permessi meħtieġa? X'irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret mill-uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma ġie nnutat l-ebda żvilupp ġdid oltre dak li għalih diġa` hemm applikazzjoni sanatorja b`referenza PA 5356/00 li għadha pendenti. B`referenza għall-risposta preċedenti fuq l-istess każ għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18703, ta` min jinnota wkoll li l-Appell mill-Avviż ta` Twettieq b`numru EC 859/99 issa hu deċiż u s-sentenza ikkonfermat l-imsemmi Avviż. F`każ illi l-applikazzjoni sanatorja tiġi miċħuda l-avviż ta` twettieq jiġi fis-seħħ fi żmien ħmistax-il ġurnata wara l-applikazzjoni sanatorja tiġi definittivament miċħuda.
Leg 9 PQ #33011 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

B'referenza għal mistoqsija nru. 32751, jista' l-Ministru jinfurmani id-dipartiment ta' l-art għandux it-titolu assolut ta' blokk 1, govt. flats fi Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ, u jekk l-inkwilini jistgħux jixtru l-proprjeta li qegħdin jokkupaw bħala residenza?

Response (BORG, TONIO)

Nikkonferma li l-Gvern huwa l-proprjetarju assolut ta` Blokk 1, Triq Sciortino, Govt. Flats, Ħaż Żebbuġ. Għalhekk ir-residenti ta` dan il-blokk jistgħu japplikaw sabiex jixtru r-residenza tagħhom.
Leg 9 PQ #31256 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Rabat

Question

Peress li żied is-serq tal-karozzi fir-Rabat Malta u stabilimenti kummerċjali tant illi s-serq tal-karozzi tela' minn 64 serqa ta' karozza fir-Rabat għal 107 fl-2000 u 103 fl-2001, jista' l-Ministru jara li jiżdiedu l-pulizija fir-Rabat u jingħataw aktar support fosthom karozzi u faċilitajiet oħra? Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ mill-ġdid l-għassa ta' l-Imdina u l-għassa ġdida fl-Imtarfa ħalli l-pulizija jkollha sorveljanza aħjar f'dawn l-inħawi? Jekk fl-affermattiv metta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-Diviżjoni tal-Pulizija tar-Rabat hemm assenjata vettura bħal ma` hemm f`Diviżjonijiet oħra. Barra minn hekk l-Iskwadra Mobbli ukoll tagħmel ir-ronda. Ninsab infurmat ukoll illi l-Għassa tal-Pulizija ta` l-Imdina qed tkun miftuħa, filwaqt li għal dik ta` l-Imtarfa, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30278.